+5.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
---+73. Meta jivvalutaw il-governanza interna u l-kontrolli fl-istituzzjoni kollha, l-awtoritajiet …
---+74. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-arranġamenti ta’ governanza …
---+75. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu r-riskji tal-ESG, filwaqt li jagħtu prijorità …
---+76. Il-valutazzjoni tal-governanza interna għandha tinforma l-valutazzjoni speċifika tal-ġestjoni …
---+77. Bħala parti mill-valutazzjoni globali tal-governanza interna u tal-kontrolli fl-istituzzjoni …
---+78. Meta jwettqu l-valutazzjoni tal-governanza interna u tal-kontrolli fl-istituzzjoni kollha …
|
5.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
5.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
73. Meta jivvalutaw il-governanza interna u l-kontrolli fl-istituzzjoni kollha, l-awtoritajiet …
|
Meta jivvalutaw il-governanza interna u l-kontrolli fl-istituzzjoni kollha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw inter alia l-konformità tal-istituzzjoni mal-atti legali ppubblikati separatament fuq is-sit web tal-EBA kif imsemmi fil-paragrafu 12.
|
|
74. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-arranġamenti ta’ governanza …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-arranġamenti ta’ governanza interna tal-istituzzjoni, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni n-natura, id-daqs u l-kumplessità tar-riskji inerenti fil-mudell tan-negozju u fl-attivitajiet tal-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw sa liema punt l-istituzzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti legali u regolatorji applikabbli rigward arranġamenti ta’ governanza interna soda, inklużi dawk elenkati fil-paragrafu preċedenti, u jidentifikaw kwalunkwe nuqqas. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk hemmx riskji materjali imposti minn arranġamenti dgħajfa ta’ governanza interna u l-effett potenzjali tagħhom fuq il-profil ta’ riskju, ir-reżiljenza operazzjonali u s-sostenibbiltà tal-istituzzjoni. Għal dawn l-iskopijiet, għandhom jiġu vvalutati l-oqsma li ġejjin, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u l-involviment superviżorju kif deskritt fit-Titolu 2: - a. l-istruttura organizzazzjonali, il-korp maniġerjali u l-kumitati tiegħu;
- b. il-kultura tar-riskju u l-kondotta kummerċjali;
- c. il-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni;
- d. il-funzjonijiet ta’ kontroll intern;
- e. il-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju;
- f. is-sistemi tal-ICT, l-aggregazzjoni tad-data tar-riskju u r-rapportar tar-riskju;
- g. ir-riskji tal-ML/TF u tħassib prudenzjali;
- h. governanza tal-ippjanar għall-irkupru.
|
|
75. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu r-riskji tal-ESG, filwaqt li jagħtu prijorità …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu r-riskji tal-ESG, filwaqt li jagħtu prijorità lit-tranżizzjoni ambjentali u r-riskji fiżiċi, meta jivvalutaw l-oqsma koperti mill-punti (a) sa (f) tal-paragrafu preċedenti.
|
|
76. Il-valutazzjoni tal-governanza interna għandha tinforma l-valutazzjoni speċifika tal-ġestjoni …
|
Il-valutazzjoni tal-governanza interna għandha tinforma l-valutazzjoni speċifika tal-ġestjoni tar-riskju u l-kontrolli kif speċifikat fit-Titoli 6 u 8, kif ukoll il-valutazzjoni tal-ICAAP u tal-ILAAP fil-valutazzjoni tal-kapital tal-SREP (Titolu 7) u l-valutazzjoni tal-likwidità u tal-finanzjament tal-SREP (Titolu 8). Bl-istess mod, analiżi tar-riskji individwali tal-kalkoli/stimi tal-kapital tal-ICAAP riveduti taħt it-Titolu 7, u kwalunkwe nuqqas identifikatpermezz ta’ dik l-analiżi, għandhom jinformaw il-valutazzjoni tal-qafas globali tal-ICAAP ivvalutat taħt dan it-Ttolu.
|
|
77. Bħala parti mill-valutazzjoni globali tal-governanza interna u tal-kontrolli fl-istituzzjoni …
|
Bħala parti mill-valutazzjoni globali tal-governanza interna u tal-kontrolli fl-istituzzjoni kollha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li tirrimedja b’mod effettiv u fil-ħin in-nuqqasijiet identifikati u/jew it-tħassib superviżorju espress mill-awtoritajiet kompetenti. Fit-twettiq ta’ din l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk ir-rekord tal-istituzzjoni jurix il-kapaċità u l-intenzjoni tagħha li tindirizza t-tħassib superviżorju u/jew in-nuqqasijiet identifikati b’mod effettiv u fil-ħin, u jekk dan diġà ġiex ikkunsidrat fil-valutazzjoni ta’ oqsma oħra tal-SREP. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jisfruttaw il-valutazzjoni tal-elementi li ġejjin: - a. ir-rwol tal-korp maniġerjali (i) fil-valutazzjoni tal-effettività tal-arranġamenti ta’ governanza tal-istituzzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ rimedjazzjoni, u (ii) fit-teħid ta’ miżuri xierqa biex jiġi indirizzat it-tħassib superviżorju u/jew in-nuqqasijiet (reazzjoni effettiva għat-tħassib superviżorju);
- b. il-kultura ta’ riskju fi ħdan l-istituzzjoni;
- c. l-adegwatezza u l-puntwalità tal-informazzjoni mogħtija u skambjata mal-awtorità kompetenti;
- d. il-kwalità tar-rapportar intern dwar l-azzjonijiet ta’ rimedjazzjoni lill-korp maniġerjali, lill-maniġment superjuri u lill-funzjonijiet ta’ kontroll intern;
- e. ir-rwol tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern fir-reviżjoni tal-adegwatezza u l-effettività tal-azzjonijiet ta’ rimedjazzjoni mwettqa.
|
|
78. Meta jwettqu l-valutazzjoni tal-governanza interna u tal-kontrolli fl-istituzzjoni kollha …
|
Meta jwettqu l-valutazzjoni tal-governanza interna u tal-kontrolli fl-istituzzjoni kollha fil-livell sussidjarju, minbarra l-elementi elenkati f’dan it-titolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-politiki u l-proċeduri fil-grupp kollu humiex implimentati b’mod konsistenti fil-livell sussidjarju u jekk l-entitajiet tal-grupp ħadux miżuri xierqa biex jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom huma konformi mal-liġijiet u r-regolamenti kollha applikabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|