+77. Bħala parti mill-valutazzjoni globali tal-governanza interna u tal-kontrolli fl-istituzzjoni …

77. Bħala parti mill-valutazzjoni globali tal-governanza interna u tal-kontrolli fl-istituzzjoni …

Bħala parti mill-valutazzjoni globali tal-governanza interna u tal-kontrolli fl-istituzzjoni kollha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li tirrimedja b’mod effettiv u fil-ħin in-nuqqasijiet identifikati u/jew it-tħassib superviżorju espress mill-awtoritajiet kompetenti. Fit-twettiq ta’ din l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk ir-rekord tal-istituzzjoni jurix il-kapaċità u l-intenzjoni tagħha li tindirizza t-tħassib superviżorju u/jew in-nuqqasijiet identifikati b’mod effettiv u fil-ħin, u jekk dan diġà ġiex ikkunsidrat fil-valutazzjoni ta’ oqsma oħra tal-SREP. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jisfruttaw il-valutazzjoni tal-elementi li ġejjin:

  • a. ir-rwol tal-korp maniġerjali (i) fil-valutazzjoni tal-effettività tal-arranġamenti ta’ governanza tal-istituzzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ rimedjazzjoni, u (ii) fit-teħid ta’ miżuri xierqa biex jiġi indirizzat it-tħassib superviżorju u/jew in-nuqqasijiet (reazzjoni effettiva għat-tħassib superviżorju);
  • b. il-kultura ta’ riskju fi ħdan l-istituzzjoni;
  • c. l-adegwatezza u l-puntwalità tal-informazzjoni mogħtija u skambjata mal-awtorità kompetenti;
  • d. il-kwalità tar-rapportar intern dwar l-azzjonijiet ta’ rimedjazzjoni lill-korp maniġerjali, lill-maniġment superjuri u lill-funzjonijiet ta’ kontroll intern;
  • e. ir-rwol tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern fir-reviżjoni tal-adegwatezza u l-effettività tal-azzjonijiet ta’ rimedjazzjoni mwettqa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.