+357. Fl-istabbiliment tal-punteġġ għall-adegwatezza tal-kapital, fejn applikabbli, l-awtoritajiet …

357. Fl-istabbiliment tal-punteġġ għall-adegwatezza tal-kapital, fejn applikabbli, l-awtoritajiet …

Fl-istabbiliment tal-punteġġ għall-adegwatezza tal-kapital, fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-punteġġ tal-kapaċità globali ta’ rkupru fir-rigward tal-kapital (dgħajjef, adegwat b’potenzjal għal titjib, jew sodisfaċenti) kif speċifikat fil-paragrafi 41 sa 43 tal-Linji Gwida tal-EBA dwar il-Kapaċità Globali ta’ Rkupru fl-Ippjanar għall-Irkupru44 . Il-kunsiderazzjoni tal-punteġġ tal-kapaċità globali ta’ rkupru fil-kuntest tal-adegwatezza tal-kapital hija speċjalment rilevanti f’każ ta’ punteġġ “dgħajjef” tal-kapaċità globali ta’ rkupru għall-kapital.

Tabella 15. Kunsiderazzjonijiet superviżorji biex jiġi assenjat punteġġ għall-adegwatezza tal-kapital Punteġġ Perspettiva superviżorja Kunsiderazzjonijiet

Il-kwantità u l-kompożizzjoni tal-fondi 1 proprji miżmuma joħolqu livell baxx ta’ riskju għall-vijabbiltà tal-istituzzjoni.      L-istituzzjoni hija kapaċi tissodisfa l-P2G u l-P2G LR tagħha mingħajr problemi. L-istituzzjoni żżomm livell ta’ fondi proprji sew ’il fuq mill-OCR u l-OLRR tagħha, u hija mistennija li tagħmel dan fil-futur. L-ittestjar tal-istress ma jiżvela l-ebda riskju ċar fir-rigward tal-impatt ta’ reċessjoni ekonomika severa iżda plawżibbli fuq il-fondi proprji jew fuq l-ingranaġġ. Il-fluss liberu tal-kapital bejn l-entitajiet fil-grupp, fejn rilevanti, ma huwiex imfixkel, jew l-entitajiet kollha huma kapitalizzati sew ’il fuq mir-rekwiżiti superviżorji. L-istituzzjoni għandha pjan ta’ kapital plawżibbli u kredibbli li għandu l-potenzjal li jkun effettiv jekk meħtieġ. Il-kapaċità globali ta’ rkupru tal-istituzzjoni fir-rigward tal-kapital, li tirriżulta mill-valutazzjoni superviżorja, hija “sodisfaċenti”. Ma hemm l-ebda riskju materjali/hemm riskju baxx ħafna ta’ ingranaġġ eċċessiv.
Il-kwantità u l-kompożizzjoni tal-fondi 2 proprji baxx ta’ miżmuma riskju joħolqu għall-vijabbiltà livell medju- tal-L-istituzzjoni għandha diffikultà biex tissodisfa l-P2G tal-maniġment jew il-P2G LR sabiex tagħha. dan L-azzjonijiet jiġi indirizzat mitiganti huma
istituzzjoni.vvalutati bħala kredibbli.
Punteġġ Perspettiva superviżorja        Kunsiderazzjonijiet L-istituzzjoni waslet biex tikser xi wħud mill-bafers kapitali tagħha iżda għadha b’mod ċar ’il fuq mit-TSCR u mit-TSLRR tagħha. L-ittestjar tal-istress jiżvela livell baxx ta’ riskju fir-rigward tal-impatt ta’ reċessjoni ekonomika severa iżda plawżibbli fuq il-fondi proprji jew l-ingranaġġ, iżda l-azzjonijiet tal-maniġment biex jindirizzaw dan jidhru kredibbli. Il-fluss liberu tal-kapital bejn l-entitajiet fil-grupp, fejn rilevanti, huwa jew jista’ jiġi mfixkel marġinalment. L-istituzzjoni għandha pjan ta’ kapital plawżibbli u kredibbli li, minkejja li ma huwiex bla riskju, għandu l-potenzjal li jkun effettiv jekk meħtieġ. Il-kapaċità globali ta’ rkupru tal-istituzzjoni fir-rigward tal-kapital, li tirriżulta mill-valutazzjoni superviżorja, hija “sodisfaċenti” jew “adegwata b’potenzjal għal titjib”. Hemm livell baxx ta’ riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv. L-istituzzjoni ma tissodisfax il-P2G jew il-P2G LR tagħha. Hemm tħassib dwar il-kredibbiltà tal-azzjonijiet mitiganti tal-maniġment biex jindirizzaw dan. L-istituzzjoni qiegħda tuża xi wħud mill-bafers kapitali tagħha. Hemm potenzjal għall-istituzzjoni li tikser it-TSCR jew it-TSLRR tagħha jekk is-sitwazzjoni tmur għall-agħar. L-ittestjar tal-istress jiżvela livell medju ta’ riskju rigward l-impatt ta’ reċessjoni ekonomika severa
Il-kwantità u l-kompożizzjoni tal-fondi 3 proprji għoli ta’ miżmuma riskju joħolqu għall-vijabbiltà livell medju- tal-iżda plawżibbli fuq fondi proprji jew ingranaġġ. L-azzjonijiet jindirizzawx dan tal-maniġment b’mod kredibbli. jistgħu ma
istituzzjoni.    Il-fluss liberu tal-kapital bejn l-entitajiet fil-grupp, fejn rilevanti, huwa mfixkel. L-istituzzjoni għandha pjan ta’ kapital li aktarx ma huwiex effettiv. Il-kapaċità globali ta’ rkupru tal-istituzzjoni fir-rigward tal-kapital, li tirriżulta mill-valutazzjoni superviżorja, hija “adegwata b’potenzjal għal titjib” jew “dgħajfa”. Hemm livell medju ta’ riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv. L-istituzzjoni ma tissodisfax il-P2G jew il-P2G LR tagħha (jew intenzjonalment ma stabbilietx P2G jew P2G-LR) u ma hijiex se tkun tista’ tagħmel dan fil-futur prevedibbli. L-azzjonijiet mitiganti
Il-kwantità u l-kompożizzjoni tal-fondi 4 proprji miżmuma joħolqu livell għoli ta’ riskju għall-vijabbiltà tal-istituzzjoni. tal-maniġment biex jindirizzaw dan huma vvalutati bħala mhux kredibbli. L-istituzzjoni waslet biex tikser it-TSCR jew it-TSLRR tagħha. L-ittestjar tal-istress jiżvela li t-TSCR jew it-TSLRR jinkisru qrib il-bidu ta’ reċessjoni ekonomika
Punteġġ Perspettiva superviżorja   Kunsiderazzjonijiet severa iżda plawżibbli. L-azzjonijiet ta’ ġestjoni ma humiex se jindirizzaw dan b’mod kredibbli. Il-fluss liberu tal-kapital bejn l-entitajiet fil-grupp, fejn rilevanti, huwa mfixkel. L-istituzzjoni m’għandha l-ebda pjan ta’ kapital, jew wieħed li b’mod ċar ma huwiex adegwat. Il-kapaċità globali ta’ rkupru tal-istituzzjoni fir-rigward tal-kapital, li tirriżulta mill-valutazzjoni superviżorja, hija “dgħajfa” Hemm livell għoli ta’ riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv.

44 EBA/GL/2023/06

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.