2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-istituzzjoni tista’ tmexxi programm ta’ ttestjar retrospettiv li japplika l-prinċipji li ġejjin:
(a)
qabża fil-valur hija identifikata bħala bidla ta’ ġurnata fi HPLMRF jew fi
(b)
APLMRF li taqbeż in-numru tal-valur fir-riskju msemmi fl-Artikolu 325bf(6), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
HPLMRF u APLMRF jiġu kkalkolati kif ġej:
Fejn:
—
HPL hija t-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll;
—
APL hija t-tibdil attwali fil-valur tal-portafoll;
—
RTPL hija t-tibdil teoretiku għar-riskju fil-valur tal-portafoll tal-istituzzjoni;
—
RTPLMRF hija t-tibdil teoretiku għar-riskju fil-valur tal-portafoll tal-istituzzjoni meta jitqies biss it-tibdil fil-fatturi tar-riskju mudellabbli;
(d)
l-istituzzjoni tidentifika dgħufijiet potenzjali fil-mudell tagħha tal-kejl tar-riskji billi tgħodd il-qabżdiet fil-valur, kif identifikati f’konformità mal-punt (a), li seħħew matul l-aħħar 250 jum ta’ negozju, u billi tqabbel l-ammont tal-qabżiet fil-valur identifikati mal-limiti msemmijin fl-Artikolu 325bf(3), il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.