+Artikolu 23 Valutazzjoni tal-kopertura tar-riskju tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji
---+Artikolu 23 1
---+Artikolu 23 2
---+Artikolu 23 3
|
Artikolu 23 Valutazzjoni tal-kopertura tar-riskju tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1
|
1. Meta tiġi vvalutata l-konformità tal-istituzzjoni mal-Artikolu 325bh(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit li fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji jiġu inklużi tal-anqas dawk il-fatturi tar-riskju li jintużaw fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont l-approċċ standardizzat alternattiv, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk:
|
(a)
|
l-istituzzjoni tiddokumentax jekk hemmx fatturi tar-riskju użati fl-approċċi standardizzati li ma humiex inklużi fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji;
|
|
(b)
|
l-istituzzjoni tenfasizzax l-aspetti kollha li ġejjin:
|
(i)
|
jekk hemmx muniti li għalihom ma jkunx immudellat ir-riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax, inkluż ir-riskju tal-inflazzjoni jew ir-riskju ta’ bażi bejn il-muniti;
|
|
(ii)
|
jekk hemmx firxiet tal-kreditu tal-emittent li ma humiex immudellati;
|
|
(iii)
|
jekk hemmx prezzijiet spot tal-ekwità u rati ta’ repo tal-ekwità li ma humiex immudellati;
|
|
(iv)
|
jekk hemmx prezzijiet spot tal-komoditajiet li ma humiex immudellati;
|
|
(v)
|
jekk hemmx rati tal-kambju spot li ma humiex immudellati;
|
|
(vi)
|
jekk hemmx każijiet li fihom il-volatilità implikata fi strumenti bl-opzjonalità ma tiġix immudellata;
|
|
|
(c)
|
meta jkun hemm fatturi tar-riskju użati fl-approċċ standardizzat alternattiv li ma humiex inklużi fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji, l-istituzzjoni, minbarra li tipprovdi informazzjoni dwar l-impatt tal-esklużjoni ta’ dawk il-fatturi tar-riskju fuq ir-riżultati tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf kif meħtieġ mill-Artikolu 325bh(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:
|
(i)
|
tipprovdi raġuni xierqa għan-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ dawk il-fatturi tar-riskju fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji u, meta tali esklużjoni tkun dovuta għal nuqqas ta’ prezzijiet rappreżentattivi għal dawk il-fatturi tar-riskju, ir-raġuni għan-nuqqas ta’ kopertura ta’ dawk il-fatturi tar-riskju fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u tiddokumenta tali raġuni;
|
|
(ii)
|
tikkalkola u timmonitorja l-impatt fuq ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji li jirriżulta mill-esklużjoni ta’ dawk il-fatturi tar-riskju mill-mudell intern tal-kejl tar-riskji.
|
|
|
|
Artikolu 23 2
|
2. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bh(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit li fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji jiġu inklużi numru suffiċjenti ta’ fatturi tar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-passi li ġejjin fl-ordni li ġej:
|
(a)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-fatturi użati fil-kalkolu tal-valur ta’ tmiem il-jum tal-portafoll, inkluż, meta xieraq, lista ta’ aggregati tal-fatturi użati fil-kalkolu tal-valur fi tmiem il-jum, li tispeċifika, għal kull aggregat, dawn kollha li ġejjin:
|
(i)
|
in-numru ta’ fatturi għal kull aggregat;
|
|
(ii)
|
il-kategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju u s-subkategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju, kif imsemmijin fit-Tabella 2 tal-Artikolu 325bd tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li għalihom jistgħu jiġu mmappjati l-fatturi fl-aggregat;
|
|
(iii)
|
sensittività grossa u netta tal-portafoll tal-istituzzjoni għall-fatturi li huma parti mill-aggregat;
|
|
(iv)
|
jekk il-fatturi humiex inklużi jew le fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji, u:
|
(1)
|
meta jkun inkluż, jekk kull fattur ikunx immudellat direttament bħala fattur tar-riskju fil-mudell tal-kejl tar-riskji intern mingħajr ma jintuża xi indikatur, jew jekk jintużawx tekniki oħrajn;
|
|
(2)
|
meta ma tkunx inkluża, ir-raġuni għal dik l-għażla.
|
|
|
|
(b)
|
fuq il-bażi tal-ħarsa ġenerali msemmija fil-punt (a):
|
(i)
|
jivverifikaw li ma hemm l-ebda fattur materjali li ma jkunx immudellat, u li r-raġunijiet li jappoġġaw l-esklużjonijiet ta’ fatturi mhux immudellati huma xierqa;
|
|
(ii)
|
jivvalutaw kif l-istituzzjoni, għal fatturi li ma humiex immudellati direttament bħala fatturi tar-riskju fil-mudell tal-kejl tar-riskji msemmi fil-punt (a)(iv), jiżguraw li r-riskji materjali kollha, inklużi r-riskji materjali ta’ bażi, ikunu koperti.
|
|
Għall-finijiet tal-punt (a), l-istituzzjonijiet għandhom jaggregaw fatturi sabiex kull aggregat jikkondividi l-istess attributi fir-rigward tal-punt (ii), tal-punt (iv)(1), u tal-punt (iv)(2).
Għall-finijiet tal-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 3, u jistgħu jikkomplementaw dak il-metodu bil-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 4.
Għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw postijiet tan-negozjar jew portafolli ipotetiċi użati mill-istituzzjoni għall-validazzjoni interna msemmija fl-Artikolu 325bj(3), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li l-valuri tagħhom jiddependu fuq fatturi li ma humiex inklużi fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw għal dawk il-postijiet tan-negozjar jekk ir-riżultati tal-ittestjar retrospettiv imsemmi fl-Artikolu 325bf tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew tat-testijiet proprji ta’ validazzjoni tal-mudell intern imsemmijin fl-Artikolu 325bj(3), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jindikawx dgħufijiet fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji.
|
|
Artikolu 23 3
|
3. Għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jidentifikaw postijiet tan-negozjar jew portafolli ipotetiċi użati mill-istituzzjoni għall-validazzjoni interna msemmija fl-Artikolu 325bj(3), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li l-valuri tagħhom jiddependu fuq fatturi li ma humiex inklużi fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji, u japplikaw il-passi li ġejjin fl-ordni li ġej:
|
(a)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tikkalkola:
|
(i)
|
it-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll ta’ post tan-negozjar jew fil-valur tal-portafoll ipotetiku kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(ii)
|
il-bidliet ipotetiċi fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar jew fil-valur tal-portafoll ipotetiku kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, filwaqt li jinżammu l-istess il-fatturi li ma humiex inklużi bħala fatturi tar-riskju fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji;
|
|
(iii)
|
it-tibdil teoretiku għar-riskju fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar jew fil-valur tal-portafoll ipotetiku kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059.
|
|
|
(b)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tispjega d-devjazzjonijiet fil-bidliet fil-valuri tal-portafoll ikkalkolati f’konformità mal-punti (a)(i), (ii), u (iii).
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|