+Artikolu 23 2

Artikolu 23 2

2.   Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bh(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit li fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji jiġu inklużi numru suffiċjenti ta’ fatturi tar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-passi li ġejjin fl-ordni li ġej:

(a)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-fatturi użati fil-kalkolu tal-valur ta’ tmiem il-jum tal-portafoll, inkluż, meta xieraq, lista ta’ aggregati tal-fatturi użati fil-kalkolu tal-valur fi tmiem il-jum, li tispeċifika, għal kull aggregat, dawn kollha li ġejjin:

(i)

in-numru ta’ fatturi għal kull aggregat;

(ii)

il-kategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju u s-subkategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju, kif imsemmijin fit-Tabella 2 tal-Artikolu 325bd tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li għalihom jistgħu jiġu mmappjati l-fatturi fl-aggregat;

(iii)

sensittività grossa u netta tal-portafoll tal-istituzzjoni għall-fatturi li huma parti mill-aggregat;

(iv)

jekk il-fatturi humiex inklużi jew le fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji, u:

(1)

meta jkun inkluż, jekk kull fattur ikunx immudellat direttament bħala fattur tar-riskju fil-mudell tal-kejl tar-riskji intern mingħajr ma jintuża xi indikatur, jew jekk jintużawx tekniki oħrajn;

(2)

meta ma tkunx inkluża, ir-raġuni għal dik l-għażla.

(b)

fuq il-bażi tal-ħarsa ġenerali msemmija fil-punt (a):

(i)

jivverifikaw li ma hemm l-ebda fattur materjali li ma jkunx immudellat, u li r-raġunijiet li jappoġġaw l-esklużjonijiet ta’ fatturi mhux immudellati huma xierqa;

(ii)

jivvalutaw kif l-istituzzjoni, għal fatturi li ma humiex immudellati direttament bħala fatturi tar-riskju fil-mudell tal-kejl tar-riskji msemmi fil-punt (a)(iv), jiżguraw li r-riskji materjali kollha, inklużi r-riskji materjali ta’ bażi, ikunu koperti.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-istituzzjonijiet għandhom jaggregaw fatturi sabiex kull aggregat jikkondividi l-istess attributi fir-rigward tal-punt (ii), tal-punt (iv)(1), u tal-punt (iv)(2).

Għall-finijiet tal-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 3, u jistgħu jikkomplementaw dak il-metodu bil-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 4.

Għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw postijiet tan-negozjar jew portafolli ipotetiċi użati mill-istituzzjoni għall-validazzjoni interna msemmija fl-Artikolu 325bj(3), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li l-valuri tagħhom jiddependu fuq fatturi li ma humiex inklużi fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw għal dawk il-postijiet tan-negozjar jekk ir-riżultati tal-ittestjar retrospettiv imsemmi fl-Artikolu 325bf tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew tat-testijiet proprji ta’ validazzjoni tal-mudell intern imsemmijin fl-Artikolu 325bj(3), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jindikawx dgħufijiet fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.