+Artikolu 23 1
|
Artikolu 23 1
1. Meta tiġi vvalutata l-konformità tal-istituzzjoni mal-Artikolu 325bh(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit li fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji jiġu inklużi tal-anqas dawk il-fatturi tar-riskju li jintużaw fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont l-approċċ standardizzat alternattiv, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk:
|
(a)
|
l-istituzzjoni tiddokumentax jekk hemmx fatturi tar-riskju użati fl-approċċi standardizzati li ma humiex inklużi fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji;
|
|
(b)
|
l-istituzzjoni tenfasizzax l-aspetti kollha li ġejjin:
|
(i)
|
jekk hemmx muniti li għalihom ma jkunx immudellat ir-riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax, inkluż ir-riskju tal-inflazzjoni jew ir-riskju ta’ bażi bejn il-muniti;
|
|
(ii)
|
jekk hemmx firxiet tal-kreditu tal-emittent li ma humiex immudellati;
|
|
(iii)
|
jekk hemmx prezzijiet spot tal-ekwità u rati ta’ repo tal-ekwità li ma humiex immudellati;
|
|
(iv)
|
jekk hemmx prezzijiet spot tal-komoditajiet li ma humiex immudellati;
|
|
(v)
|
jekk hemmx rati tal-kambju spot li ma humiex immudellati;
|
|
(vi)
|
jekk hemmx każijiet li fihom il-volatilità implikata fi strumenti bl-opzjonalità ma tiġix immudellata;
|
|
|
(c)
|
meta jkun hemm fatturi tar-riskju użati fl-approċċ standardizzat alternattiv li ma humiex inklużi fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji, l-istituzzjoni, minbarra li tipprovdi informazzjoni dwar l-impatt tal-esklużjoni ta’ dawk il-fatturi tar-riskju fuq ir-riżultati tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf kif meħtieġ mill-Artikolu 325bh(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:
|
(i)
|
tipprovdi raġuni xierqa għan-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ dawk il-fatturi tar-riskju fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji u, meta tali esklużjoni tkun dovuta għal nuqqas ta’ prezzijiet rappreżentattivi għal dawk il-fatturi tar-riskju, ir-raġuni għan-nuqqas ta’ kopertura ta’ dawk il-fatturi tar-riskju fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u tiddokumenta tali raġuni;
|
|
(ii)
|
tikkalkola u timmonitorja l-impatt fuq ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji li jirriżulta mill-esklużjoni ta’ dawk il-fatturi tar-riskju mill-mudell intern tal-kejl tar-riskji.
|
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|