4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), sabiex tiġi ttestjata l-konservazzjoni tal-approċċi ta’ approssimazzjoni indiretta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu kampjun ta’ approċċi u japplikaw, għal kull approċċ ta’ indikatur, il-passi kollha li ġejjin f’din l-ordni:
|
(a)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi s-serje kronoloġika ta’ kampjun ta’ fatturi tar-riskju li ma jingħatawx b’indikatur u li, jekk jingħataw b’indikatur, isegwu l-approċċ ta’ indikatur li jkun qed jiġi vvalutat;
|
|
(b)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi s-serje kronoloġika li tintuża billi jiġi applikat l-approċċ ta’ indikatur li jkun qed jiġi vvalutat għas-serje kronoloġika tal-fatturi tar-riskju msemmija fil-punt (a);
|
|
(c)
|
għaż-żewġ serje kronoloġiċi, jiksbu l-volatilitajiet tal-fatturi tar-riskju fil-perjodu ta’ stress u fl-aħħar perjodu ta’ 12-il xahar, u jivverifikaw li l-volatilità li tirriżulta mis-serje kronoloġika ta’ indikatur imsemmija fil-punt (b) ma tissottovalutax il-volatilità li tirriżulta mis-serje kronoloġika msemmija fil-punt (a).
|
Meta japplikaw dak il-metodu ta’ valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu kampjun ta’ fatturi tar-riskju li jirriflettu varjetà ta’ approċċi ta’ indikatur, inklużi, meta jintużaw, mudelli ta’ fatturi, approssimazzjonijiet beta, u l-immappjar tal-fatturi tar-riskju mal-parametri referenzjarji, inklużi l-ismijiet rappreżentattivi ta’ settur u ta’ reġjun partikolari jew tal-indiċijiet.