+Artikolu 15 Prinċipji ġenerali
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
---+Artikolu 15 5
---+Artikolu 15 6
---+Artikolu 15 7
---+Artikolu 15 8
---+Artikolu 15 9
---+Artikolu 15 10
---+Artikolu 15 11
---+Artikolu 15 12
---+Artikolu 15 13
---+Artikolu 15 14

Artikolu 15 Prinċipji ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1

1.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiżguraw l-indipendenza tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tagħhom, inkluż mill-influwenzi jew ir-restrizzjonijiet politiċi u ekonomiċi kollha.

Artikolu 15 2

2.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jkollhom fis-seħħ regoli u proċeduri li jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom jinħarġu, jiġu ppubblikati, u ddistribwiti f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 15 3

3.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jużaw sistemi, riżorsi u proċeduri li huma adegwati u effettivi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 15 4

4.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jadottaw u jimplimentaw politiki u proċeduri bil-miktub li jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom ikunu bbażati fuq analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha li tkun disponibbli għalihom u li tkun rilevanti għall-analiżi tagħhom f’konformità mal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tagħhom.

Artikolu 15 5

5.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jadottaw u jimplimentaw politiki u proċeduri interni ta’ diliġenza dovuta li jiżguraw li l-interessi kummerċjali tagħhom ma jfixklux l-indipendenza jew l-akkuratezza tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjonijiet ESG.

Artikolu 15 6

6.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jadottaw u jimplimentaw proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tajbin, mekkaniżmi ta’ kontroll intern, u arranġamenti ta’ kontroll u salvagwardja effettivi għas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni.

Artikolu 15 7

7.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jużaw metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni għall-klassifikazzjonijiet ESG li jipprovdu, li jkunu rigorużi, sistematiċi, indipendenti u kapaċi li jiġu ġġustifikati u għandhom japplikaw dawk il-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni b’mod kontinwu u b’mod trasparenti.

Artikolu 15 8

8.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jirrieżaminaw il-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 fuq bażi kontinwa u mill-inqas kull sena.

Artikolu 15 9

9.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw l-adegwatezza u l-effettività tas-sistemi, tar-riżorsi u tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 3 mill-inqas kull sena u jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas.

Artikolu 15 10

10.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jistabbilixxu u jżommu funzjoni ta’ sorveljanza permanenti, indipendenti u effettiva biex jiżguraw sorveljanza fuq l-aspetti kollha tal-forniment tal-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom.

Il-funzjoni ta’ sorveljanza għandu jkollha r-riżorsi u l-għarfien espert neċessarji u jkollha aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja biex twettaq l-obbligi tagħha. Għandu jkollha aċċess dirett għall-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG.

Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiżviluppaw u jżommu proċeduri robusti fir-rigward tal-funzjoni ta’ sorveljanza tagħhom.

Artikolu 15 11

11.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni li jużaw biex joħorġu l-klassifikazzjonijiet ESG tkun ta’ kwalità suffiċjenti u miksuba minn sorsi affidabbli. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiddikjaraw b’mod ċar li l-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom huma l-opinjoni tagħhom stess.

Artikolu 15 12

12.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jinnotifikaw lill-element ikklassifikat jew lill-emittent tal-element ikklassifikat matul is-sigħat tax-xogħol tiegħu u mill-inqas jumejn tax-xogħol sħaħ qabel l-ewwel ħruġ tal-klassifikazzjoni ESG sabiex jagħtu l-opportunità lill-element ikklassifikat jew lill-emittent tal-element ikklassifikat li jinforma lill-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG bi kwalunkwe żball fattwali. Għal dak l-għan, il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jagħmlu disponibbli, fuq talba mill-element ikklassifikat jew mill-emittent tal-element ikklassifikat, mingħajr ħlas u fuq bażi mhux kummerċjali, l-informazzjoni msemmija fil-punt 1, il-punti (b) u (c), u l-punt 2, il-punt (b)(ii), tal-Anness III, flimkien mad-data tal-aħħar aġġornament tad-data kif ukoll, fejn rilevanti, kwalunkwe data oħra miġbura, stmata jew ikkalkolata li tirrelata mal-element ikklassifikat jew mal-emittent tal-element ikklassifikat.

Artikolu 15 13

13.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG ma għandhomx ikunu obbligati li jiddivulgaw informazzjoni dwar il-kapital intellettwali, il-proprjetà intellettwali, l-għarfien espert jew ir-riżultati tal-innovazzjoni tagħhom li jikkwalifikaw bħala sigrieti kummerċjali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39).

Artikolu 15 14

14.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jagħmlu biss bidliet fil-klassifikazzjonijiet ESG tagħhom f’konformità mal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tagħhom ippubblikati skont l-Artikolu 23.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.