|
+ANNESS II |
ANNESS II
ANNESS II Metodoloġiji ta’ konverżjoni għal strumenti derivattivi 1. Il-metodi ta’ konverżjoni li ġejjin għandhom jiġu applikati għal-lista mhux eżawrjenti ta’ derivattivi standard li ġejja:
(a)
Futuri
(b)
Opzjoni konvenzjonali (tpoġġija u ġbid mixtrija/mibjugħa)
(c)
Tpartit
(d)
Forwards
(e)
Skopertura ingranata għal indiċijiet b’ingranaġġ integrat Derivattiv li jipprovdi skopertura ingranata għal indiċi sottostanti, jew indiċijiet li jintegraw skopertura integrata fil-protofoll tagħhom, iridu japplikaw l-approċċ standard applikabbli għall-assi inkwistjoni. 2. Il-metodi ta’ konverżjoni li ġejjin għandhom jiġu applikati għal lista mhux eżawrjenti li ġejja ta’ strumenti finanzjarji li jintegraw derivattivi
3. Lista ta’ eżempji ta’ derivattivi mhux standard flimkien mal-metodoloġija impenn relatata li qed tintuża:
—
Tpartit ta’ varjanza: Tpartit ta’ varjanza huma kuntratti li jippermettu lill-investituri jakkwistaw skopertura għall-varjanza (volatilità kwadrata) ta’ assi sottostanti u, b’mod partikolari, għall-volatilità ta’ negozjar futur realizzat (jew storiku) minflok il-volatilità attwali implikata. Skont il-prassi tas-suq, il-prezz tal-eżerċitar u l-varjanza nozzjonali huma espressi f’termini ta’ volatilità. Għall-varjanza nozzjonali, dan jirriżulta fi:
Il-vega nozzjonali tipprovdi kejl teoretiku tal-profitt jew it-telf li jirriżulta minn bidla ta’ 1 % fil-volatilità.
Peress li l-volatilità realizzata ma tistax tkun inqas minn żero, it-telf massimu ta’ pożizzjoni ta’ tpartit twil jkun magħruf. It-telf massimu fuq tpartit qasir ta’ sikwit ikun limitat permezz ta’ limitu fuq il-volatilità. Madankollu mingħajr limitu, il-potenzjal ta’ telf minn tpartit qasir huma illimitat.
Il-metodoloġija tal-konverżjoni li għandha tintuża għal kuntratt speċifiku fil-ħin t hija:
Varjanza nozzjonali * varjanzat (attwali, mingħajr limitu fuq il-volatilità)
Varjanza nozzjonali * min [limitu tal-volatilità tal-varjanzat (attwali)2] (b’limitu fuq il-volatilità)
fejn: varjanzat (attwali) hija funzjoni tal-volatilità realizzata u implikata kwadra, aktar preċiżament:
—
Tpartit tal-volatilità
B’analoġija mat-tpartit tal-varjanza, il-formuli tal-konverżjoni li ġejjin għandhom jiġu applikati għat-tpartit tal-volatilità:
—
Vega nozzjonali * volatilitàt (attwali, mingħajr limitu fuq il-volatilità)
—
Vega nozzjonali * minimu tal-[volatilitàt (attwali); limitu fuq il-volatilità] (b’limitu fuq il-volatilità)
fejn il-volatilitàt (attwali) hija funzjoni tal-volatilità realizzata u implikata.
4. Opzjonijiet ta’ ostaklu (knock-in knock-out) Għadd ta’ kuntratti * daqs nozzjonali tal-kuntratt * prezz tas-suq tas-sehem ta’ ekwità sottostanti * delta 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|