+ANNESS I

ANNESS I

ANNESS I

REVIŻJONI AMBJENTALI

Ir-reviżjoni ambjentali għandha tkopri l-oqsma li ġejjin:

1.    Stabbiliment tal-kuntest organizzattiv

L-organizzazzjoni għandha tiddetermina dawk il-kwistjonijiet esterni u interni li jistgħu jaffettwaw b'mod pożittiv jew negattiv il-ħila tagħha li tikseb ir-riżultati mistennija tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha.

Kwistjonijiet bħal dawn jinkludu kundizzjonijiet ambjentali rilevanti bħall-klima, il-kwalità tal-arja, il-kwalità tal-ilma, id-disponibbiltà tar-riżorsi naturali, il-bijodiversità.

Huma jistgħu jinkludu wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin, iżda mhumiex limitati għal dawn biss:

— 
kundizzjonijiet esterni (bħaċ-ċirkustanzi kulturali, soċjali, politiċi, legali, regolatorji, finanzjarji, teknoloġiċi, ekonomiċi, naturali u kompetittivi),
— 
kundizzjonijiet interni relatati mal-karatteristiċi tal-organizzazzjoni (bħall-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi, id-direzzjoni strateġika, il-kultura u l-kapaċitajiet tagħha).

2.    Identifikazzjoni tal-partijiet interessati u determinazzjoni tal-ħtiġijiet u l-aspettattivi rilevanti tagħhom.

L-organizzazzjoni għandha tiddetermina l-partijiet interessati li jkunu rilevanti għas-sistema tal-ġestjoni ambjentali, il-ħtiġijiet u l-aspettattivi rilevanti ta' dawk il-partijiet interessati u liema minn dawk il-ħtiġijiet u l-aspettattivi hija trid jew tagħżel li tikkonforma magħhom.

Jekk l-organizzazzjoni tiddeċiedi li tadotta jew taqbel volontarjament mal-ħtiġijiet jew l-aspettattivi rilevanti ta' partijiet interessati li ma jkunux koperti minn rekwiżiti legali, dawn isiru parti mill-obbligi ta' konformità tagħha.

3.    Identifikazzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent

Minbarra l-istabbiliment ta' reġistru tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, l-organizzazzjoni għandha tindika wkoll kif tista' tiġi pprovduta l-evidenza li qed tikkonforma mar-rekwiżiti ġuridiċi differenti.

4.    Identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti u stabbiliment ta' dawk li huma sinifikanti

L-organizzazzjoni għandha tidentifika l-aspetti ambjentali diretti u indiretti kollha b'impatt pożittiv jew negattiv fuq l-ambjent, ikkwalifikati u kkwantifikati kif xieraq, u tikkompila reġistru tal-aspetti ambjentali kollha identifikati. L-organizzazzjoni għandha tiddetermina wkoll liema minn dawk l-aspetti huma sinifikanti abbażi ta' kriterji stabbiliti skont il-punt 5 ta' dan l-Anness.

Meta jkunu qegħdin jidentifikaw l-aspetti ambjentali diretti u indiretti, huwa essenzjali li l-organizzazzjonijiet jikkunsidraw ukoll l-aspetti ambjentali assoċjati mal-attività ewlenija tagħhom. Inventarju limitat għall-aspetti ambjentali tas-sit u l-faċilitajiet ta' organizzazzjoni mhuwiex biżżejjed.

Meta tkun qiegħda tidentifika l-aspetti ambjentali diretti u indiretti tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha, l-organizzazzjoni għandha tadotta perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja, billi tqis l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja li hija tista' tikkontrolla jew tinfluwenza. Dawn l-istadji ġeneralment jinkludu l-akkwiżizzjoni tal-materja prima, ix-xiri u l-akkwist, id-disinn, il-produzzjoni, it-trasport, l-użu, it-trattament fi tmiem il-ħajja u r-rimi finali skont l-attività tal-organizzazzjoni.

4.1.    Aspetti ambjentali diretti

L-aspetti ambjentali diretti huma assoċjati ma' attivitajiet, prodotti u servizzi tal-organizzazzjoni nnifisha li fuqhom għandha l-kontroll dirett tal-ġestjoni.

L-organizzazzjonijiet kollha jridu jqisu l-aspetti diretti tal-operazzjonijiet tagħhom.

L-aspetti ambjentali diretti jinkludu, iżda mhumiex limitati għal

(1) 

l-emissjonijiet fl-arja;

(2) 

ir-rilaxx fl-ilma (inklużi l-infiltrazzjonijiet fl-ilma tal-pjan),

(3) 

il-produzzjoni, ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid, it-trasport u r-rimi ta' skart solidu u skart ieħor, b'mod partikolari l-iskart perikoluż;

(4) 

l-użu u l-kontaminazzjoni tal-art;

(5) 

l-użu tal-enerġija, ir-riżorsi naturali (inkluż l-ilma, il-fawna u l-flora) u l-materja prima;

(6) 

l-użu ta' addittivi u awżiljari kif ukoll prodotti semimanifatturati;

(7) 

kwistjonijiet lokali (il-ħsejjes, il-vibrazzjoni, l-irwejjaħ, it-trab, id-dehra viżiva, eċċ.).

Fl-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll dawn li ġejjin:

— 
ir-riskji ta' inċidenti ambjentali u sitwazzjonijiet oħra ta' emerġenza b'impatt ambjentali potenzjali (eż. inċidenti kimiċi) u sitwazzjonijiet abnormali potenzjali li jistgħu jwasslu għal impatt ambjentali potenzjali.
— 
kwistjonijiet tat-trasport għall-prodotti u s-servizz u għall-persunal li jivvjaġġa fuq xogħol tal-kumpanija

4.2.    Aspetti ambjentali indiretti

Aspetti ambjentali indiretti jistgħu jirriżultaw mill-interazzjoni ta' organizzazzjoni ma' partijiet terzi, li jistgħu jiġu influwenzati sa livell raġonevoli mill-organizzazzjoni.

Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(1) 

kwistjonijiet relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u s-servizzi (l-akkwiżizzjoni tal-materja prima, id-disinn, ix-xiri u l-akkwist, il-produzzjoni, it-trasport, it-trattament fi tmiem il-ħajja u r-rimi finali);

(2) 

l-investimenti kapitali, l-għoti ta' self u s-servizzi tal-assigurazzjoni;

(3) 

swieq ġodda;

(4) 

l-għażla u l-kompożizzjoni tas-servizzi (eż. it-trasport jew il-kummerċ tal-forniment tal-ikel);

(5) 

deċiżjonijiet amministrattivi u ta' ppjanar;

(6) 

il-kompożizzjoni ta' firxiet ta' prodotti;

(7) 

il-prestazzjoni u l-prattiċi ambjentali tal-kuntratturi, is-sottokuntratturi, il-fornituri u s-sottofornituri.

L-organizzazzjonijiet iridu jkunu kapaċi juru li l-aspetti ambjentali sinifikanti u l-impatti assoċjati ma' dawn l-aspetti jiġu indirizzati fis-sistema ta' ġestjoni.

L-organizzazzjoni għandha tagħmel l-almu tagħha sabiex tassigura illi l-fornituri u dawk li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni jikkonformaw mal-politika ambjentali tal-organizzazzjoni fl-ambitu tal-attivitajiet imwettqa għall-kuntratt.

Organizzazzjoni għandha tikkunsidra kemm jista' jkollha influwenza fuq dawk l-aspetti ambjentali indiretti, u liema miżuri tista' tieħu biex tnaqqas l-impatt ambjentali jew biex iżżid il-benefiċċju ambjentali.

5.    Valutazzjoni tas-sinifikat tal-aspetti ambjentali

Organizzazzjoni għandha tiddefinixxi l-kriterji sabiex tivvaluta s-sinifikat tal-aspetti ambjentali tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha u tapplikahom sabiex tistabbilixxi liema aspetti ambjentali jkollhom impatt ambjentali sinifikanti minn perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja.

Il-kriterji żviluppati minn organizzazzjoni għandhom iqisu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u għandhom ikunu komprensivi, jistgħu jiġu ċċekkjati b'mod indipendenti, jistgħu jiġu riprodotti u magħmula disponibbli għall-pubbliku.

Meta tkun qiegħda tistabbilixxi dawn il-kriterji, organizzazzjoni għandha tikkunsidra l-elementi li ġejjin:

(1) 

il-ħsara jew il-benefiċċju potenzjali għall-ambjent, inkluża l-bijodiversità

(2) 

il-kundizzjoni tal-ambjent (bħall-fraġilità tal-ambjent lokali, reġjonali jew globali);

(3) 

id-daqs, l-għadd, il-frekwenza u r-riversibbiltà tal-aspett jew tal-impatt;

(4) 

l-eżistenza u r-rekwiżiti ta' leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti;

(5) 

il-fehmiet tal-partijiet interessati, inklużi l-impjegati tal-organizzazzjoni

Jistgħu jiġu kkunsidrati elementi rilevanti oħra skont it-tip ta' attivitajiet, prodotti u servizzi tal-organizzazzjoni.

Abbażi tal-kriterji stabbiliti, l-organizzazzjoni għandha tivvaluta s-sinifikat tal-aspetti u l-impatti ambjentali tagħha. Biex tagħmel dan, l-organizzazzjoni għandha tqis kunsiderazzjonijiet li jistgħu jinkludu iżda li mhumiex limitati għal:

(1) 

id-dejta eżistenti tal-organizzazzjoni dwar l-inputs ta' materjal u enerġija, l-iskariki, l-iskart u l-emissjonijiet f'termini ta' riskju;

(2) 

l-attivitajiet tal-organizzazzjoni li huma regolati b'leġiżlazzjoni ambjentali

(3) 

l-attivitajiet ta' akkwist;

(4) 

id-disinn, l-iżvilupp, il-fabbrikazzjoni, id-distribuzzjoni, il-manutenzjoni, l-użu, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-rimi tal-prodotti tal-organizzazzjoni;

(5) 

dawk l-attivitajiet tal-organizzazzjoni li għandhom l-aktar spejjeż ambjentali u benefiċċji ambjentali sinifikattivi.

Meta tkun qiegħda tivvaluta s-sinifikat tal-impatti ambjentali tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni għandha tikkunsidra l-kundizzjonijiet normali tal-ħidma, il-kundizzjonijiet tal-bidu u tal-għeluq u l-kundizzjonijiet ta' emerġenza li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli. Għandhom jiġu kkunsidrati l-attivitajiet tal-passat, tal-preżent u dawk ippjanati.

6.    Evalwazzjoni tal-feedback mill-investigazzjoni ta' inċidenti preċedenti.

L-organizzazzjoni għandha tqis il-feedback mill-investigazzjoni ta' inċidenti preċedenti li jista' jinfluwenza l-ħila tagħha li tikseb ir-riżultati mistennija tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha.

7.    Stabbiliment u dokumentazzjoni tar-riskji u l-opportunitajiet.

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u tiddokumenta r-riskji u l-opportunitajiet assoċjati mal-aspetti ambjentali tagħha, l-obbligi ta' konformità u kwistjonijiet u rekwiżiti oħra identifikati fil-punti 1 sa 4.

L-organizzazzjoni għandha tiffoka fuq dawk ir-riskji u l-opportunitajiet li jenħtieġ li jiġu indirizzati sabiex ikun assigurat li s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tkun tista' tikseb l-objettivi tagħha, biex jiġu evitati effetti mhux mixtieqa jew inċidenti u biex jinkiseb titjib kontinwu tal-prestazzjonijiet ambjentali tal-organizzazzjoni.

8.    Eżami tal-proċessi, prattiċi u proċeduri eżistenti.

L-organizzazzjoni għandha teżamina l-proċessi, il-prattiċi u l-proċeduri eżistenti u tistabbilixxi liema jkunu meħtieġa sabiex jiġi assigurat il-manteniment fit-tul tal-ġestjoni ambjentali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1221
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.