+ANNESS II

ANNESS II




ANNESS II

Monitoraġġ ta' informazzjoni rilevanti oħra

A.   MONITORAĠĠ GĦAL KULL VJAĠĠ (ARTIKOLU 9)

1. Għall-finijiet tal-monitoraġġ ta' informazzjoni rilevanti oħra fuq bażi ta' kull vjaġġ (Artikolu 9 (1)), il-kumpanniji għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin:

(a) 

►M1  id-data u s-siegħa tat-tluq mill-irmiġġ u tal-wasla fl-irmiġġ għandhom jiġu kkunsidrati bl-użu tal-Ħin Universali ta' Greenwich (GMT/UTC). ◄ Il-ħin ta' tbaħħir għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-informazzjoni tat-tluq mill-port u tal-wasla fil-port u għandu jeskludi l-ankraġġ.

(b) 

id-distanza tal-vjaġġ tista' tkun jew id-distanza tal-aktar rotta diretta bejn il-port tat-tluq u l-port tal-wasla jew id-distanza reali. Fil-każ tal-użu tad-distanza tal-aktar rotta diretta bejn il-port tat-tluq u tal-port tal-wasla, għandu jintuża l-fattur ta' korrezzjoni konservattiv sabiex jiġi żgurat li d-distanza mbaħħra ma tkunx sottovalutata b'mod sinifikanti. Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jispeċifika liema kalkolu ta' distanza jintuża u, jekk neċessarju, il-fattur ta' korrezzjoni użat. ►M1  Id-distanza vvjaġġata għandha tkun determinata mill-irmiġġ fil-port tat-tluq sal-irmiġġ fil-port tal-wasla u għandha tkun espressa f'mili nawtiċi. ◄

(c) 

ix-xogћol ta' trasport gћandu jkun iddeterminat billi d-distanza ta' tbaħħir tiġi mmultiplikata bl-ammont ta' merkanzija li tinġarr.

(d) 

għall-bastimenti tal-passiġġieri, in-numru ta' passiġġieri għandu jintuża biex jirrappreżenta l-merkanzija li tinġarr. Għall-kategoriji l-oħra kollha ta' bastimenti, l-ammont ta' merkanzija li tinġarr għandu jkun espress jew bħala tunnellati metriċi jew bħala metri kubi standard ta' merkanzija, skont il-każ;

(e) 

►M1  għal bastimenti ro-ro, il-merkanzija li tkun qed tinġarr għandha tiġi definita bħala l-massa ta' merkanzija abbord, stabbilita bħala l-massa attwali jew bħala n-numru ta' unitajiet ta' merkanzija (trakkijiet, karozzi, eċċ.) jew il-metri fil-korsija okkupati mmultiplikat bil-valuri predefiniti għall-piż tagħhom. ◄

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “bastiment ro-ro” tfisser bastiment mibni għall-ġarr ta' unitajiet għat-trasport ta' merkanzija roll-on-roll-off jew li jkollu spazju għal merkanzija roll-on-roll-off.

(f) 

għal bastimenti tal-kontejners, il-merkanzija li tinġarr għandha tiġi definita bħala l-piż totali tal-merkanzija f'tunnellati metriċi jew, fin-nuqqas ta' dan,l-ammont ta' Għoxrin Pied ta' Unitajiet Ekwivalenti (TEUs, Twenty HUF Equivalent Units) multiplikat b'valuri prestabbiliti għall-piż tgaħhom. Fejn il-merkanzija li tkun qed tinġarr minn bastiment tal-kontejners tiġi definita skont il-linji gwida applikabbli tal-IMO jew strumenti skont il-Konvenzjoni għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (il-Konvenzjoni SOLAS), dik id-definizzjoni għandha titqies bħala konformi ma' dan ir-Regolament.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “bastiment tal-kontejners” tfisser bastiment mibni esklużivament għall-ġarr ta' kontejners fl-istiva jew fuq il-gverta;

(g) 

id-determinazzjoni ta' merkanzija li tinġarr għall-kategoriji ta' bastimenti li mhumiex bastimenti tal-passiġġieri, bastimenti ro-ro u bastimenti tal-kontejners għandha tiffaċilita li jiġu kkunsidrati, fejn applikabbli, il-piż u l-volum tal-merkanzija li tinġarr u l-għadd ta' passiġġieri li jinġarru. Dawn il-kategoriji għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, tankers, bastimenti ta' tagħbija bl-ingrossa, bastimenti ta' merkanzija ġenerali, bastimenti tal-merkanzija bil-friża, bastimenti tal-vetturi u bastimenti li jġorru kombinazzjoni ta' dawn.

2. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni ►M3  il-punt 1(g) ◄ , il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti implimentattivi, regoli tekniċi li jispeċifikaw il-parametri applikabbli għall-kull kategorija oħra ta' bastimenti msemmija taħt dak il-punt.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016 skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tista' tirrivedi, fejn ikun il-każ, il-parametri applikabbli msemmija ►M3  il-punt 1(g) ◄ . Fejn rilevanti, il-Kummissjoni għandha tirrivedi wkoll dawk il-parametri biex jittieħed kont tal-emendi f'dan l-Anness skont l-Artikolu 5(2). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

3. Waqt li jikkonformaw mar-regoli msemmija ►M3  il-punti 1 u 2 ◄ , il-kumpanniji jistgħu wkoll jiddeċiedu li jinkludu informazzjoni speċifika relatata mal-klassi tas-silġ tal-bastiment u man-navigazzjoni minn ġos-silġ.

▼M3

B.   MONITORAĠĠ FUQ BAŻI TA’ KULL SENA (ARTIKOLU 10)

Għall-finijiet tal-monitoraġġ ta’ informazzjoni rilevanti oħra fuq bażi annwali, il-kumpaniji għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin:

Il-valuri li tagħhom għandu isir monitoraġġ taħt l-Artikolu 10 għandhom ikunu determinati bl-aggregazzjoni tad-data rispettiva għal kull vjaġġ.

L-effiċjenza enerġetika medja għandha tiġi mmonitorjata bl-użu ta’ mill-inqas erba’ indikaturi: il-konsum tal-fjuwil għal kull distanza, il-konsum tal-fjuwil għal kull xogħol ta’ trasport, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull distanza u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull xogħol ta’ trasport, li għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

Konsum tal-fjuwil għal kull distanza = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total tad-distanza vjaġġata

Konsum tal-fjuwil għal kull xogħol ta’ trasport = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total ta’ xogħol ta’ trasport

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull distanza = l-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet serra/id-distanza totali vvjaġġata

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal kull xogħol ta’ trasport = l-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet serra/ix-xogħol totali ta’ trasport.

Barra minn hekk, meta jkun rilevanti, il-bastimenti jistgħu jimmonitorjaw l-effiċjenza enerġetika medja billi jużaw iż-żewġ indikaturi tal-effiċjenza enerġetika li ġejjin: il-konsum tal-fjuwil għall-ħin kollu li jitqatta’ fuq il-baħar u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-ħin kollu li jitwettaq fuq il-baħar, li għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Il-konsum tal-fjuwil għall-ħin kollu li jitwettaq fuq il-baħar = il-konsum annwali totali tal-fjuwil/il-ħin totali li jitwettaq fuq il-baħar

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-ħin kollu li jitqatta’ fuq il-baħar = l-emissjonijiet annwali totali tal-gassijiet serra/il-ħin totali li jitqatta’ fuq il-baħar

Waqt li jikkonformaw ma’ dawn ir-regoli, il-kumpaniji jistgħu wkoll jiddeċiedu li jinkludu informazzjoni speċifika relatata mal-klassi tas-silġ tal-bastiment u man-navigazzjoni ġos-silġ, kif ukoll informazzjoni oħra relatata mal-fjuwil ikkunsmat u l-emissjoni tal-gassijiet serra, waqt li jkun hemm differenzazzjoni abbażi ta’ kriterji oħrajn indikati fil-pjan ta’ monitoraġġ.

▼M3

C.   MONITORAĠĠ TAL-EMISSJONIJIET TOTALI AGGREGATI TAL-GASSIJIET SERRA KOPERTI MID-DIRETTIVA 2003/87/KE FIR-RIGWARD TAL-ATTIVITAJIET TAT-TRASPORT MARITTIMU U TAL-INFORMAZZJONI BIEX JIĠU ĠĠUSTIFIKATI D-DEROGI MILL-ARTIKOLU 12(3) TA’ DIK ID-DIRETTIVA (ARTIKOLU 10, PUNT (K))

1.    Regoli għall-monitoraġġ fuq bażi annwali tal-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra ta’ bastiment koperti mid-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-attivitajiet tat-trasport marittimu elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u li għandhom jiġu rrapportati skont dik id-Direttiva

Il-kumpaniji għandhom jiddeterminaw l-ammonti rilevanti ta’ kull gass serra separatament u t-total ta’ dawk l-ammonti espressi f’ekwivalenti ta’ CO2.

Il-kumpaniji għandhom jikkunsidraw l-ammonti ta’ kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat għall-attivitajiet tat-trasport marittimu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-perjodu li matulu l-bastiment kien taħt ir-responsabbiltà tagħhom fir-rigward tal-obbligi stabbiliti f’dik id-Direttiva.

Il-kumpaniji għandhom, fejn applikabbli, iwettqu l-kalkoli stipulati fil-punti 1.1. sa 1.7 fl-ordni stabbilita hawn taħt.

1.1.    Prinċipju ġenerali

Għall-fini tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet aggregati totali ta’ gassijiet serra tal-bastiment li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, il-kumpaniji għandhom japplikaw il-formuli stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, b’kunsiderazzjoni tat-tipi ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE.

1.2.    Deroga mill-prinċipju ġenerali u l-użu ta’ fatturi tal-emissjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/87/KE

B’deroga mill-punt 1.1, il-kumpaniji ma għandhomx japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tad-determinazzjoni tal-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 fejn il-kumpanija tuża fjuwil li jikkonforma mal-kriterji ta’ sostenibbiltà u mal-kriterji għall-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-użu tal-bijomassa stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), bi kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-applikazzjoni kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. F’każijiet bħal dawn, il-fattur tal-emissjoni tas-CO2 tal-frazzjoni tal-bijomassa tal-fjuwil għandu jkun żero.

▼M4

Permezz ta’ deroga mill-punt 1.1., il-kumpaniji ma għandhomx japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tad-determinazzjoni tal-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 meta l-kumpanija tuża fjuwil rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika (RFNBO, Renewable Fuels of Non-Biological Origin), fjuwil tal-karbonju riċiklat (RCF, Recycled Carbon Fuel) jew fjuwil sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju. F’każijiet bħal dawn, il-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 għandu jiġi ddeterminat f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.

▼M3

1.3.    Deroga mill-prinċipju ġenerali fil-każ ta’ vjaġġ bejn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u port barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru

F’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku msemmi fl-Artikolu 3ga tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ammonti kkalkolati f’konformità mal-punti 1.1 u 1.2 ta’ din il-Parti għandhom jiġu mmultiplikati b’50 % meta l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiġu rilaxxati minn bastiment li jwettaq vjaġġ li jitlaq minn port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jasal f’port tal-waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, jew vjaġġ li jitlaq minn port tal-waqfa barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u li jasal f’port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

1.4.    Deroga mill-prinċipju ġenerali fil-każ ta’ emissjonijiet tas-CO2 imsemmija fl-Artikolu 12(3a) u (3b) tad-Direttiva 2003/87/KE

B’deroga mill-punt 1.1, fejn l-emissjonijiet tas-CO2 jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3a) jew (3b) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ammonti ta’ tali emissjonijiet ikkalkolati f’konformità mal-punti 1.1, 1.2 u 1.3 ta’ din il-Parti għandhom jiġu mmultiplikati b’żero.

1.5.    Deroga mill-prinċipju ġenerali fil-każ ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra minn vjaġġ jew attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(3-d), (3-c) jew (3-b) tad-Direttiva 2003/87/KE

B’deroga mill-punt 1.1, fejn l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3-d), (3-c), jew (3-b) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ammonti kkalkolati f’konformità mal-punti 1.1 sa 1.4 ta’ din il-Parti għandhom jiġu mmultiplikati b’żero.

1.6.    Kalkolu tal-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra tal-bastiment li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE fil-każ li l-kumpanija tkun trid tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 12(3-e) ta’ dik id-Direttiva

Il-kumpaniji li jridu jibbenefikaw mid-deroga għall-bastimenti tal-klassi tas-silġ prevista fl-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom inaqqsu 5 % mill-ammonti kkalkolati f’konformità mal-punti 1.1 sa 1.5 ta’ din il-Parti, kif applikabbli.

1.7.    Kalkolu tal-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra tal-bastiment li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE, b’kont meħud tal-Artikolu 3gb ta’ dik id-Direttiva

Fir-rigward tal-emissjonijiet għas-snin ta’ rapportar 2024 u 2025, il-kumpaniji għandhom japplikaw il-perċentwali ta’ introduzzjoni gradwali previsti fl-Artikolu 3gb tad-Direttiva 2003/87/KE għall-ammonti kkalkolati f’konformità mal-punti 1.1 sa 1.6 ta’ din il-Parti, kif applikabbli. Il-kumpaniji għandhom jaggregaw l-ammonti ta’ kull gass biex jikkalkulaw l-emissjonijiet aggregati totali tal-gassijiet serra tal-bastiment li għandhom jiġu rrapportati skont id-Direttiva 2003/87/KE.

2.    Monitoraġġ tal-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe deroga rilevanti mill-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE

2.1. Meta l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3-d), (3-c), jew (3-b) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw, għall-perjodu li matulu l-bastiment kien taħt ir-responsabbiltà tagħhom, l-informazzjoni li ġejja għal kull tip ta’ deroga prevista f’dawk id-dispożizzjonijiet, fuq bażi ta’ kull vjaġġ:

(a) 

il-port tat-tluq u l-port tal-wasla inkluża d-data u l-ħin tat-tluq u tal-wasla;

(b) 

l-ammont u l-fattur tal-emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkonsmat, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1.2;

(c) 

l-emissjonijiet tal-gassijiet serra emessi, ikkalkolati f’konformità mal-punti 1.1, 1.2 u 1.3;

(d) 

id-distanza vvjaġġata;

(e) 

il-ħin imqatta’ fuq il-baħar.

2.2. Meta l-emissjonijiet kollha tal-gassijiet serra rilaxxati minn bastiment matul perjodu ta’ rapportar jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3-d), (3-c) jew (3-b) tad-Direttiva 2003/87/KE u fejn, skont l-iskeda tagħha, il-bastiment iwettaq aktar minn 300 vjaġġ matul dak il-perjodu ta’ rapportar, il-kumpanija ma għandhiex tkun obbligata timmonitorja l-informazzjoni msemmija fil-punt 2.1 ta’ din il-Parti fuq bażi ta’ kull vjaġġ fir-rigward ta’ dak il-bastiment matul dak il-perjodu ta’ rapportar.

2.3. Meta l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12(3-e) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kumpaniji għandhom jipprovdu informazzjoni relatata mal-klassi tas-silġ tal-bastiment.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0757
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.