|
+ANNESS X POTENZJAL GĦAL EFFIĊJENZA FIT-TISĦIN U FIT-TKESSIĦ |
ANNESS X POTENZJAL GĦAL EFFIĊJENZA FIT-TISĦIN U FIT-TKESSIĦ
ANNESS X POTENZJAL GĦAL EFFIĊJENZA FIT-TISĦIN U FIT-TKESSIĦ Il-valutazzjoni komprensiva tal-potenzjali nazzjonali tat-tisħin u tat-tkessiħ imsemmija fl-Artikolu 25(1) għandha tinkludi u għandha tkun ibbażata fuq dan li ġej: Parti I ĦARSA KUMPLESSIVA LEJN IT-TISĦIN U T-TKESSIĦ 1. id-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ f’termini ta’ enerġija utli vvalutata ( 20 ) u ta’ konsum tal-enerġija finali kkwantifikat f’GWh kull sena ( 21 ) skont is-settur:
(a)
is-settur residenzjali;
(b)
is-servizzi;
(c)
l-industrija;
(d)
kwalunkwe settur ieħor li individwalment jikkonsma aktar minn 5 % tad-domanda nazzjonali totali għat-tisħin u t-tkessiħ utli; 2. l-identifikazzjoni, jew fil-każ tal-punt (a)(i), l-identifikazzjoni jew l-istima, tal-provvista attwali tat-tisħin u t-tkessiħ:
(a)
skont it-teknoloġija, f’GWh kull sena ( 22 ), fis-setturi msemmija fil-punt 1 meta possibbli, filwaqt li ssir distinzjoni bejn l-enerġija minn sorsi fossili u dik minn sorsi rinnovabbli:
(i)
ipprovduta fuq il-post f’siti residenzjali u ta’ servizz permezz ta’:
—
bojlers tas-sħana biss;
—
koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija ta’ effiċjenza għolja;
—
pompi tas-sħana;
—
teknoloġiji u sorsi oħra fuq il-post;
(ii)
ipprovduta fuq il-post f’siti mhux ta’ servizz u mhux residenzjali permezz ta’:
—
bojlers tas-sħana biss;
—
koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija ta’ effiċjenza għolja;
—
pompi tas-sħana;
—
teknoloġiji u sorsi oħra fuq il-post;
(iii)
ipprovduta mhux fuq il-post permezz ta’:
—
koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija ta’ effiċjenza għolja;
—
sħana mormija;
—
teknoloġiji u sorsi oħra mhux fuq il-post;
(b)
l-identifikazzjoni ta’ installazzjonijiet li jiġġeneraw sħana jew kesħa mormija u l-forniment potenzjali tagħhom ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ, f’GWh kull sena:
(i)
l-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija termali li jistgħu jfornu jew li jistgħu jiġu modifikati retroattivament biex ifornu s-sħana mormija b’input termali totali li jaqbeż il-50 MW;
(ii)
l-installazzjonijiet tal-koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija li jużaw it-teknoloġiji msemmija fil-Parti II tal-Anness II b’input termali totali li jaqbeż l-20 MW;
(iii)
l-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart;
(iv)
l-installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli b’input termali totali li jaqbeż l-20 MW, għajr l-installazzjonijiet speċifikati fil-punti (i) u (ii) li jiġġeneraw it-tisħin jew it-tkessiħ bl-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli;
(v)
l-installazzjonijiet industrijali b’input termali totali li jaqbeż l-20 MW u li jistgħu jipprovdu s-sħana mormija;
(c)
is-sehem rapportat tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u minn sħana jew kesħa mormija fil-konsum tal-enerġija finali tas-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali ( 23 ) fl-aħħar ħames snin, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001; 3. data aggregata dwar unitajiet ta’ koġenerazzjoni fin-networks eżistenti ta’ tisħin u t-tkessiħ distrettwali f’ħames meded ta’ kapaċità li jkopru:
(a)
il-konsum tal-enerġija primarja;
(b)
l-effiċjenza ġenerali;
(c)
l-iffrankar tal-enerġija primarja;
(d)
fatturi tal-emissjoni tas-CO2; 4. data aggregata dwar in-networks eżistenti tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fornuti mill-koġenerazzjoni f’ħames meded ta’ kapaċità li jkopru:
(a)
il-konsum tal-enerġija primarja ġenerali;
(b)
il-konsum tal-enerġija primarja ta’ unitajiet ta’ koġenerazzjoni;
(c)
il-kondiviżjoni ta’ koġenerazzjoni fil-forniment ta’ tisħin jew tkessiħ distrettwali;
(d)
it-telf tas-sistema tat-tisħin distrettwali;
(e)
it-telf tas-sistema tat-tkessiħ distrettwali;
(f)
id-densità tal-konnessjoni;
(g)
sehem tas-sistemi skont il-gruppi tat-temperatura operattiva differenti; 5. mappa li tkopri t-territorju nazzjonali kollu, li, filwaqt li tippreserva informazzjoni kummerċjalment sensittiva, tidentifika:
(a)
iż-żoni tad-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ wara l-analiżi tal-punt 1, filwaqt li tuża kriterji konsistenti li jagħmlu enfasi fuq dawk iż-żoni tal-muniċipalitajiet u tal-konurbazzjonijiet li għandhom densità tal-enerġija;
(b)
il-punti tal-provvista eżistenti tat-tisħin u tat-tkessiħ identifikati skont il-punt 2(b) u l-installazzjonijiet eżistenti tat-trażmissjoni tat-tisħin distrettwali;
(c)
il-punti tal-provvista ppjanati tat-tisħin u tat-tkessiħ tat-tip deskritt skont il-punt 2(b) u żoni ġodda identifikati għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali; 6. tbassir tax-xejriet fid-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ biex tinżamm perspettiva tat-tletin sena li ġejjin f’GWh u filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, l-projezzjonijiet għall-għaxar snin li ġejjin, il-bidla fid-domanda fil-bini u f’setturi differenti tal-industrija, u l-impatt tal-politiki u tal-istrateġiji relatati mal-ġestjoni tad-domanda, bħall-istrateġiji fit-tul ta’ rinnovazzjoni tal-bini skont id-Direttiva (UE) 2018/844 ( 24 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; Parti II OBJETTIVI, STRATEĠIJI U MIŻURI TA’ POLITIKA 7. il-kontribut ippjanat tal-Istat Membru fir-rigward tal-objettivi, il-miri u l-kontributi nazzjonali tiegħu għall-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, kif stabbilit fl-Artikolu 3(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2018/1999, miksub b’tisħin u tkessiħ effiċjenti, b’mod partikolari b’rabta mal-Artikolu 4, il-punt (b), il-punti 1 sa 4 u mal-Artikolu 15(4), il-punt (b) ta’ dak ir-Regolament, li jidentifika liema minn dawk l-elementi hu addizzjonali meta mqabbel mal-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima notifikat skont lill-Artikolu 3 u l-Artikoli 7 sa 12 ta’ dak ir-Regolament; 8. ħarsa kumplessiva ġenerali lejn il-politiki u l-miżuri eżistenti kif deskritt fl-aktar rapport riċenti ppreżentat f’konformità mal-Artikoli 3, 20 u 21 u l-Artikolu 27(a) tar-Regolament (UE) 2018/1999; Parti III ANALIŻI TAL-POTENZJAL EKONOMIKU TA’ EFFIĊJENZA FIT-TISĦIN U FIT-TKESSIĦ 9. analiżi tal-potenzjal ekonomiku ( 25 ) ta’ teknoloġiji differenti tat-tisħin u tat-tkessiħ għandha ssir għat-territorju nazzjonali kollu billi tintuża l-analiżi tal-kostbenefiċċji msemmija fl-Artikolu 25(3) u għandha tidentifika xenarji alternattivi għal teknoloġiji aktar effiċjenti u rinnovabbli tat-tisħin u tat-tkessiħ, filwaqt li ssir distinzjoni bejn l-enerġija minn sorsi fossili u dik minn sorsi rinnovabbli, meta applikabbli. Għandhom jiġu kkunsidrati t-teknoloġiji li ġejjin:
(a)
is-sħana u l-kesħa mormija industrijali;
(b)
l-inċinerazzjoni tal-iskart;
(c)
il-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja;
(d)
sorsi tal-enerġija rinnovabbli, pereżempju l-enerġija ġeotermali, l-enerġija termali solari u l-bijomassa, għajr dawk użati għall-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja;
(e)
il-pompi tas-sħana;
(f)
it-tnaqqis fit-telf tas-sħana u tal-kesħa min-networks distrettwali eżistenti;
(g)
it- tisħin u t-tkessiħ distrettwali; 10. l-analiżi tal-potenzjal ekonomiku għandha tinkludi l-passi u l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
(a)
Kunsiderazzjonijiet:
(i)
l-analiżi tal-kostbenefiċċji għall-finijiet tal-Artikolu 25(3) għandha tinkludi analiżi ekonomika li tikkunsidra l-fatturi soċjoekonomiċi u ambjentali ( 26 ), u analiżi finanzjarja li tivvaluta l-proġetti mill-perspettiva tal-investituri, fejn kemm l-analiżi ekonomika u dik finanzjarja jużaw il-valur preżenti nett bħala kriterju għall-valutazzjoni;
(ii)
ix-xenarju bażi għandu jservi ta’ parametru referenzjarju u jqis il-politiki eżistenti waqt it-tħejjija ta’ din il-valutazzjoni komprensiva ( 27 ), u jintrabat mad-data miġbura skont il-Parti I u l-Parti II, il-punt 6 ta’ dan l-Anness;
(iii)
ix-xenarji alternattivi għal-linja bażi għandhom iqisu l-effiċjenza fl-enerġija u l-objettivi tal-enerġija rinnovabbli tar-Regolament (UE) 2018/1999, fejn kull xenarju jippreżenta l-elementi li ġejjin meta mqabbel max-xenarju bażi:
—
il-potenzjal ekonomiku tat-teknoloġiji, eżaminat billi l-valur preżenti nett jintuża bħala kriterju;
—
it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass serra;
—
l-iffrankar tal-enerġija primarja f’GWh kull sena;
—
l-impatt fuq is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija nazzjonali.
Ix-xenarji li ma jkunux fattibbli minħabba raġunijiet tekniċi jew finanzjarji, jew minħabba regolamentazzjoni nazzjonali jistgħu jiġu esklużi fi stadju bikri tal-analiżi tal-kostbenefiċċji, jekk ġustifikat fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet retti, espliċiti u dokumentati sew. Il-valutazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet għandhom iqisu l-iffrankar tal-kostijiet u tal-enerġija miksub b’aktar flessibbiltà fil-provvista tal-enerġija u b’operazzjoni aktar ottimali tan-networks tal-elettriku, inkluż il-kostijiet evitati u l-iffrankar miksub bit-tnaqqis fl-investiment fl-infrastruttura, fix-xenarji analizzati.
(b)
Kostijiet u benefiċċji Il-kostijiet u l-benefiċċji msemmija fil-punt (a) għandhom jinkludu mill-inqas il-kostijiet u l-benefiċċji li ġejjin:
(i)
kostijiet:
—
il-kostijiet kapitali tal-impjanti u tat-tagħmir;
—
il-kostijiet kapitali tan-networks tal-enerġija assoċjati;
—
il-kostijiet operatorji varjabbli u fissi;
—
il-kostijiet tal-enerġija;
—
il-kostijiet ambjentali, tas-saħħa u tas-sikurezza, kemm jista’ jkun;
—
il-kostijiet tas-suq tax-xogħol, is-sigurtà tal-enerġija u l-kompetittività, kemm jista’ jkun.
(ii)
benefiċċji:
—
il-valur tal-output għall-konsumatur (it-tisħin, it-tkessiħ u l-elettriku);
—
benefiċċji esterni bħall-benefiċċji ambjentali, it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u benefiċċji tas-saħħa u tas-sikurezza, kemm jista’ jkun;
—
l-effetti fuq is-suq tax-xogħol, is-sigurtà tal-enerġija u l-kompetittività, kemm jista’ jkun.
(c)
Xenarji rilevanti għax-xenarju bażi: Għandu jitqies kull xenarju rilevanti għax-xenarju bażi, inkluż ir-rwol ta’ tisħin u tkessiħ individwali effiċjenti. L-analiżijiet tal-kostbenefiċċji jistgħu ikopru jew valutazzjoni ta’ proġett inkella ta’ grupp ta’ proġetti għal valutazzjoni lokali, reġjonali jew nazzjonali usa’, ħalli tinstab l-aktar soluzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ kosteffettiva u ta’ benefiċċju meta mqabbla max-xenarju bażi għal żona ġeografika partikolari għall-finijiet tal-ippjanar.
(d)
Konfini u approċċ integrat:
(i)
il-konfini ġeografiku għandu jkopri żona ġeografika adegwata u definita sew;
(ii)
l-analiżijiet tal-kostbenefiċċji għandhom iqisu r-riżorsi ċentralizzati jew deċentralizzati rilevanti kollha ta’ provvista, fis-sistema u fil-konfini ġeografiku, inkluż it-teknoloġiji kkunsidrati fil-Parti III, il-punt 9, ta’ dan l-Anness, kif ukoll ix-xejriet u l-karatteristiki kollha tat-tisħin u tat-tkessiħ.
(e)
Suppożizzjonijiet:
(i)
l-Istati Membri għandhom jipprovdu suppożizzjonijiet, għall-finijiet tal-analiżijiet tal-kostbenefiċċji, dwar il-prezzijiet ta’ fatturi maġġuri ta’ input u ta’ output, u dwar ir-rata tal-iskont;
(ii)
ir-rata tal-iskont użata fl-analiżi ekonomika biex jiġi kkalkulat il-valur preżenti nett għandha tingħażel skont linji gwida Ewropej jew nazzjonali;
(iii)
l-Istati Membri għandhom jużaw projezzjonijiet nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali tal-iżvilupp tal-prezz tal-enerġija, jekk xieraq, fil-kuntest nazzjonali, reġjonali jew lokali tagħhom;
(iv)
il-prezzijiet użati fl-analiżi ekonomika għandhom jirriflettu l-kostijiet u l-benefiċċji soċjoekonomiċi. Il-kostijiet esterni, bħall-effetti ambjentali u tas-saħħa, għandhom jiġu inklużi kemm jista’ jkun, jiġifieri meta jkun jeżisti prezz tas-suq jew meta dan ikun diġà inkluż fir-regolamentazzjoni Ewropea jew nazzjonali.
(f)
Analiżi tas-sensittività: għandha tiġi inkluża analiżi tas-sensittività biex jiġu vvalutati l-kostijiet u l-benefiċċji ta’ proġett jew ta’ grupp ta’ proġetti abbażi ta’ fatturi varjabbli li jħallu impatt sinifikanti fuq l-eżitu tal-kalkoli, bħal pereżempju prezzijiet differenti tal-enerġija, il-livelli tad-domanda, ir-rati tal-iskont u oħrajn. Parti IV STRATEĠIJI U MIŻURI TA’ POLITIKA ĠODDA POTENZJALI 11. ħarsa kumplessiva lejn il-miżuri ta’ politika leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi ( 28 ) ġodda biex jitwettaq il-potenzjal ekonomiku identifikat f’konformità mal-punti 9 u 10, flimkien ma’ tbassir ta’:
(a)
it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra;
(b)
l-iffrankar tal-enerġija primarja f’GWh kull sena;
(c)
l-impatt fuq is-sehem ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja;
(d)
l-impatt fuq is-sehem tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija nazzjonali u fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ;
(e)
ir-rabtiet mal-programmazzjoni finanzjarja nazzjonali u l-iffrankar tal-kostijiet għall-baġit pubbliku u għall-parteċipanti tas-suq;
(f)
il-miżuri stmati ta’ appoġġ pubbliku, jekk ikun hemm, bil-baġit annwali tagħhom u l-identifikazzjoni tal-element ta’ għajnuna potenzjali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|