+ANNESS I

ANNESS I




ANNESS I

▼M3



Kolonna 1

Deżinjazzjoni tas-sustanza jew tal-grupp ta’ sustanzi

Kolonna 2

Kondizzjonijiet tar-restrizzjoni

1.  Merkurju CAS Nru 7439-97-6 KE Nru 231-106-7 u l-komposti tiegħu

Il-batteriji, kemm jekk preżenti fi u inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra kif ukoll jekk le, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,0005  % ta’ merkurju (espress bħala metall tal-merkurju) skont il-piż.

2.  Kadmju CAS Nru 7440-43-9 KE Nru 231-152-8 u l-komposti tiegħu

1.  Il-batteriji portabbli, kemm jekk preżenti fi u inkorporati f’apparati, mezzi tat-trasport ħfief jew vetturi oħra kif ukoll jekk le, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,002  % ta’ kadmju (espress bħala metall tal-kadmju) skont il-piż.

2.  Il-batteriji tal-vetturi elettriċi u dawk SLI, inkorporati fil-vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,01  % ta’ kadmju (espress bħala metall tal-kadmju) skont il-piż f’materjal omoġenju.

3.  Il-punt 2 ma għandux japplika għall-batteriji tal-vetturi elettriċi użati bħala spare parts għall-vetturi elettriċi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858 imqiegħda fis-suq qabel il-31 ta’ Diċembru 2008.

3.  Ċomb CAS Nru 7439-92-1 KE Nru 231-100-4 u l-komposti tiegħu

1.  Mit-18 ta’ Awwissu 2024, il-batteriji portabbli, kemm jekk preżenti fi u inkorporati f’apparati kif ukoll jekk le, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,01  % ta’ ċomb (espress bħala metall taċ-ċomb) skont il-piż.

2.  Ir-restrizzjoni stabbilita fil-punt 1 ma għandhiex tapplika għal ċelluli buttuna taż-żingu-arja portabbli sat-18 ta’ Awwissu 2028.

3.  Il-batteriji portabbli inkorporati f’vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,1  % ta’ ċomb (espress bħala metall taċ-ċomb) skont il-piż f’materjal omoġenju.

4.  Il-punt 3 ma għandux japplika għall-batteriji portabbli inkorporati fi, jew użati bħala spare parts għal, vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858, b’approvazzjoni tat-tip qabel l-1 ta’ Jannar 2024.

5.  Il-batteriji tal-vetturi elettriċi inkorporati f’vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,1  % ta’ ċomb (espress bħala metall taċ-ċomb) skont il-piż f’materjal omoġenju.

 

6.  Il-punt 5 ma għandux japplika għal:

(a)  Batteriji tal-vetturi elettriċi użati f’sistemi ta’ voltaġġ għoli (2) inkorporati fi, jew użati bħala spare parts għal, vetturi tal-kategoriji M1 u N1, kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858 u b’approvazzjoni tat-tip qabel l-1 ta’ Jannar 2019;

(b)  Batteriji tal-vetturi elettriċi mhux koperti mill-punt (a) ta’ dan il-punt inkorporati fi, jew użati bħala spare parts għal vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1, kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858 u b’approvazzjoni tat-tip qabel l-1 ta’ Jannar 2024.

7.  Il-batteriji SLI inkorporati f’vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,1  % ta’ ċomb (espress bħala metall taċ-ċomb) skont il-piż f’materjal omoġenju.

 

8.  Il-punt 7 ma għandux japplika għal:

(a)  Batteriji SLI użati f’applikazzjonijiet 12 V f’vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858 (3).

(b)  Batteriji SLI użati f’applikazzjonijiet 24 V f’vetturi bi skop speċjali tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858. (4)

(c)  Batteriji SLI użati f’applikazzjonijiet oħra għajr dawk koperti mill-punti (a) u (b) ta’ dan il-punt f’vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858 u b’approvazzjoni tat-tip qabel l-1 ta’ Jannar 2024.

4.  Kromu eżavalenti CAS Nru 18540-29-9 KE Nru 606-053-1 u l-komposti tiegħu

Il-batteriji inkorporati f’vetturi, inklużi vetturi bi skop speċjali, tal-kategoriji M1 u N1 kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858, ma għandux ikun fihom aktar minn 0,1  % ta’ kromu eżavalenti, espress bħala metall tal-kromu eżavalenti, skont il-piż f’materjal omoġenju.

(1)   

Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/35/oj).

(2)   

Sistemi li għandhom voltaġġ ta’ > 75 V DC kif provdut fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(3)   

Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata fl-2030.

(4)   

Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata fl-2030.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.