|
+ANNESS VIII |
ANNESS VIII
ANNESS VIII PROĊEDURI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ Parti A MODULU A – KONTROLL INTERN TAL-PRODUZZJONI 1. Deskrizzjoni tal-modulu Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-batteriji kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 6, 9, 10, 12, 13 u 14 applikabbli għalihom. 2. Dokumentazzjoni teknika Il-manifattur għandu jfassal id-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tippermetti l-valutazzjoni tal-konformità tal-batterija mar-rekwiżiti rilevanti msemmija fil-punt 1 u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-batterija. Fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)
deskrizzjoni ġenerali tal-batterija u l-użu maħsub tagħha;
(b)
id-disinn kunċettwali u tpinġijiet tal-manifattura u skemi tal-komponenti, tas-subassemblaġġi u taċ-ċirkwiti;
(c)
id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa għall-fehim tat-tpinġijiet u l-iskemi msemmija fil-punt (b) u għat-tħaddim tal-batterija;
(d)
eżemplari tat-tikketta meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 13;
(e)
lista tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 15, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li tinkludi indikazzjoni ta’ liema partijiet ġew applikati, lista tal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16, applikati b’mod sħiħ jew parzjali, li tinkludi indikazzjoni ta’ liema partijiet ġew applikati, u lista tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oħra rilevanti użati għal skopijiet ta’ kejl jew kalkolu;
(f)
fejn l-istandards armonizzati u l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-punt (e) ma jkunux ġew applikati jew ma jkunux disponibbli, deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikoli 6, 9, 10, 12, 13 u 14 jew biex tiġi vverifikata l-konformità tal-batteriji ma’ dawk ir-rekwiżiti;
(g)
ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula u l-eżamijiet imwettqa, u l-evidenza teknika jew dokumentarja użata; u
(h)
ir-rapporti tat-testijiet. 3. Il-manifattura Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw li l-batteriji jikkonformaw mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti applikabbli msemmija fil-punt 1. 4. Il-markatura CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE Il-manifattur għandu jwaħħal il-markatura CE ma’ kull batterija individwali li tissodisfa r-rekwiżiti applikabbli msemmija fil-punt 1, jew, fejn dak ma jkunx possibbli jew mhux ġustifikat minħabba n-natura tal-batterija, mal-imballaġġ u mad-dokumenti li jakkumpanjaw il-batterija. Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal kull mudell ta’ batterija f’konformità mal-Artikolu 18 u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar batterija li tappartjeni għall-mudell tal-batterija rispettiv. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-batterija li għalih tkun tħejjiet. Kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tingħata lill-awtoritajiet nazzjonali meta tintalab. 5. Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 4 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat. Parti B MODULU D1 - ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ TAL-PROĊESS TA’ PRODUZZJONI 1. Deskrizzjoni tal-modulu L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta’ produzzjoni hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 4 u 7, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ operaturi ekonomiċi oħra f’konformità ma’ dan ir-Regolament, li l-batteriji kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Artikoli 7 u 8, jew, skont l-għażla tal-manifattur, ir-rekwiżiti applikabbli kollha stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14. 2. Dokumentazzjoni teknika Il-manifattur għandu jfassal id-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti l-valutazzjoni tal-konformità tal-batterija mar-rekwiżiti rilevanti msemmija fil-punt 1, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-batterija. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-anqas l-elementi li ġejjin:
(a)
deskrizzjoni ġenerali tal-batterija u l-użu maħsub tagħha;
(b)
id-disinn kunċettwali u t-tpinġijiet tal-manifattura u l-iskemi tal-komponenti, tas-subassemblaġġi u taċ-ċirkwiti;
(c)
id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa għall-fehim tat-tpinġijiet u l-iskemi msemmija fil-punt (b) u għat-tħaddim tal-batterija;
(d)
eżemplari tat-tikketta meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 13;
(e)
lista tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 15, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16, jew tat-tnejn li huma, li ġew applikati, u, fil-każ ta’ standards armonizzati, speċifikazzjonijiet komuni, jew it-tnejn li huma, applikati parzjalment, indikazzjoni ta’ liema partijiet ġew applikati;
(f)
lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra użati għall-finijiet ta’ kejl jew ta’ kalkolu u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14 jew biex tiġi vverifikata l-konformità tal-batteriji ma’ dawk ir-rekwiżiti, meta l-istandards armonizzati, l-ispeċifikazzjonijiet komuni, jew it-tnejn li huma, ma jkunux ġew applikati jew ma jkunux disponibbli;
(g)
ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula, u l-eżamijiet imwettqa, u l-evidenza teknika jew dokumentarja użata;
(h)
studju li jappoġġa l-valuri tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7(1) u l-klassi tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7(2), li jkun fih il-kalkoli magħmula f’konformità mal-metodoloġija stipulata fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 7(1), ir-raba’ subparagrafu, il-punt (a), u l-evidenza u l-informazzjoni li jiddeterminaw id-data tal-input għal dawk il-kalkoli;
(i)
studju li jappoġġa s-sehem tal-kontenut riċiklat imsemmi fl-Artikolu 8, li jkun fih il-kalkoli magħmula f’konformità mal-metodoloġija stipulata fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu, u l-evidenza u l-informazzjoni li jiddeterminaw id-data tal-input għal dawk il-kalkoli; u
(j)
ir-rapporti tat-testijiet. 3. Disponibbiltà tad-dokumentazzjoni teknika Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-batterija. 4. Il-manifattura Il-manifattur għandu jopera sistema approvata tal-kwalità għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni tal-prodott finali u għall-ittestjar tal-batteriji kkonċernati kif speċifikat fil-punt 5 u għandu jkun soġġett għal sorveljanza kif speċifikat fil-punt 6. 5. Sistema tal-kwalità 1. Il-manifattur għandu jiddepożita applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema tiegħu tal-kwalità mal-korp innotifikat tal-għażla tiegħu għall-batterji kkonċernati. L-applikazzjoni għandha tinkludi:
(a)
l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni ssir mir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur, l-isem u l-indirizz ta’ dan ukoll;
(b)
dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma tressqet għand ebda korp innotifikat ieħor;
(c)
l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija tal-batterija maħsuba;
(d)
id-dokumentazzjoni li tirrigwarda s-sistema tal-kwalità msemmija fil-punt 5.2;
(e)
id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2. 2. Is-sistema tal-kwalità għandha tiżgura li l-batteriji jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14. L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom jiġu dokumentati b’mod sistematiku u b’mod ordnat fl-għamla ta’ politiki, proċeduri u struzzjonijiet miktuba. Id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità għandha tagħmilha possibbli li jkun hemm interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, pjanijiet, manwali u reġistri tal-kwalità. Id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità għandha, b’mod partikolari, ikun fiha deskrizzjoni xierqa ta’ dawn li ġejjin:
(a)
l-għanijiet ta’ kwalità u l-istruttura, ir-responsabbiltajiet u l-poteri organizzattivi tal-ġestjoni f’dak li jkollu x’jaqsam mal-kwalità tal-prodott;
(b)
il-proċeduri għad-dokumentazzjoni u l-monitoraġġ tal-parametri u d-data meħtieġa għall-kalkolu u l-aġġornament tas-sehem tal-kontenut riċiklat imsemmi fl-Artikolu 8 u, fejn applikabbli, il-valuri u l-klassi tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7;
(c)
it-tekniki, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi korrispondenti tal-manifattura, tal-kontroll tal-kwalità u tal-assigurazzjoni tal-kwalità li ser jintużaw;
(d)
l-eżamijiet, il-kalkoli, il-kejl u t-testijiet li ser jitwettqu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha ser isiru;
(e)
ir-reġistri tal-kwalità, bħalma huma rapporti ta’ spezzjonijiet, u data tal-kalkoli, il-kejl u t-testijiet, data dwar il-kalibrazzjoni, rapporti dwar il-kwalifiki dwar il-persunal ikkonċernat;
(f)
il-mezzi ta’ monitoraġġ tal-ksib tal-kwalità meħtieġa tal-prodott u tal-funzjonament effettiv tas-sistema tal-kwalità. 3. Il-korp innotifikat għandu jivvaluta s-sistema tal-kwalità biex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 5.2. Huwa għandu jassumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema tal-kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat rilevanti. Minbarra esperjenza fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, it-tim tal-awditjar għandu jkollu tal-anqas membru wieħed b’esperjenza ta’ evalwazzjoni fil-qasam tal-prodott rilevanti u t-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat, u għarfien tar-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14. L-awditu għandu jinkludi żjara ta’ valutazzjoni fil-bini tal-manifattur. It-tim tal-awditjar għandu jeżamina d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 sabiex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14 u jwettaq l-eżamijiet, il-kalkoli, il-kejl u t-testijiet neċessarji bil-ħsieb li jiżgura l-konformità tal-batterija ma’ dawk ir-rekwiżiti. It-tim tal-awditjar għandu jivverifika l-affidabbiltà tad-data użata għall-kalkolu tas-sehem tal-kontenut riċiklat imsemmi fl-Artikolu 8 u, fejn applikabbli, il-valuri u l-klassi tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7 kif ukoll l-implimentazzjoni xierqa tal-metodoloġija rilevanti tal-kalkolu. Wara li jkun ivvaluta s-sistema ta’ kwalità, il-korp innotifikat għandu jjinnotifikata d-deċiżjoni tiegħu lill-manifattur. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-awditu u r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. 4. Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jissodisfa l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema tal-kwalità kif approvata u li jżommha hekk sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti. 5. Il-manifattur għandu jżomm informat lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema tal-kwalità dwar kull tibdil maħsub għas-sistema tal-kwalità. Il-korp innotifikat għandu jevalwa kwalunkwe bidla proposta u jiddeċiedi jekk is-sistema tal-kwalità modifikata hix ser tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 5.2 jew jekk hemmx bżonn ta’ valutazzjoni mill-ġdid. Il-korp innotifikat għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni. 6. Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat
1.
L-għan tas-sorveljanza hu li jkun aċċertat li l-manifattur iwettaq kif dovut l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema tal-kwalità approvata.
2.
Il-manifattur għandu, għal finijiet ta’ valutazzjoni, jagħti aċċess lill-korp innotifikat għas-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħżin u għandu jagħtih l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:
(a)
id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità msemmija fil-punt 5.2;
(b)
id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2;
(c)
ir-reġistri tal-kwalità, bħalma huma rapporti ta’ spezzjonijiet, u data tal-kalkoli, il-kejl u t-testijiet, data dwar il-kalibrazzjoni u rapporti dwar il-kwalifiki dwar il-persunal ikkonċernat.
3.
Il-korp innotifikat għandu jwettaq awditi perjodiċi biex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema tal-kwalità, u għandu jipprovdi lill-manifattur rapport tal-awditu. Matul tali awditi, il-korp innotifikat għandu jivverifika mill-inqas l-affidabbiltà tad-data użata għall-kalkolu tas-sehem tal-kontenut riċiklat imsemmi fl-Artikolu 8 u, fejn applikabbli, il-valuri u l-klassi tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7, kif ukoll l-implimentazzjoni xierqa tal-metodoloġija rilevanti tal-kalkolu.
4.
Barra minn hekk, il-korp innotifikat jista’ jagħmel żjarat mhux mistennija lill-manifattur. Waqt tali żjarat, il-korp innotifikat, jekk ikun neċessarju, jista’ jwettaq eżamijiet, kalkoli, kejl u testijiet, jew iqabbad lil min jagħmilhom, sabiex jivverifika li s-sistema tal-kwalità tkun qed taħdem sewwa. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-manifattur rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu xi testijiet, rapport tat-testijiet. 7. Il-markatura CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE
1.
Il-manifattur għandu jwaħħal il-markatura CE, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 5.1, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull batterija individwali li tissodisfa r-rekwiżiti applikabbli msemmija fil-punt 1, jew, fejn dan ma jkunx possibbli jew mhux ġustifikat minħabba n-natura tal-batterija, mal-imballaġġ u mad-dokumenti li jakkumpanjaw il-batterija.
2.
Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal kull mudell ta’ batterija f’konformità mal-Artikolu 18 u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar batterija li tappartjeni għall-mudell tal-batterija rispettiv. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-batterija li għalih tkun tħejjiet. Kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tingħata lill-awtoritajiet nazzjonali meta tintalab. 8. Disponibbiltà tad-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità Il-manifattur għandu, għal perjodu ta’ 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-batterija, iżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:
(a)
id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità msemmija fil-punt 5.2;
(b)
il-bidla msemmija fil-punt 5.5, kif approvata;
(c)
id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat imsemmija fil-punti 5.5, 6.3 u 6.4. 9. Obbligi ta’ informazzjoni tal-korp innotifikat Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika tiegħu bl-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità maħruġa jew irtirati u għandu, perjodikament jew fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtorità tan-notifika l-lista tal-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità rifjutati, sospiżi jew inkella limitati. Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi nnotifikati l-oħrajn bl-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità li rrifjuta, irtira, issospenda jew b’xi mod ieħor illimita, u, fuq talba, bl-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità maħruġa minnu. 10. Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 3, 5.1, 5.5, 7 u 8 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur, f’isem il-manifattur u taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur, dment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat. Parti C MODULU G - KONFORMITÀ ABBAŻI TAL-VERIFIKA TAL-UNITÀ 1. Deskrizzjoni tal-modulu Il-konformità abbażi tal-verifika tal-unità hija l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3 u 5, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ operaturi ekonomiċi oħra f’konformità ma’ dan ir-Regolament, li l-batterija kkonċernata, li tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-punt 4, tkun konformi mar-rekwiżiti applikabli stipulati fl-Artikoli 7 u 8, jew, skont l-għażla tal-manifattur, ir-rekwiżiti applikabbli kollha stipulati fl-Artikoli 6 sa 10 u l-Artikoli 12, 13 u 14. 2. Dokumentazzjoni teknika 1. Il-manifattur għandu jħejji d-dokumentazzjoni teknika u jqegħidha għad-dispożizzjoni tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 4. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti l-valutazzjoni tal-konformità tal-batterija mar-rekwiżiti rilevanti msemmija fil-punt 1 u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-batterija. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, fejn applikabbli, mill-anqas l-elementi li ġejjin:
(a)
deskrizzjoni ġenerali tal-batterija u l-użu maħsub tagħha;
(b)
id-disinn kunċettwali u tpinġijiet tal-manifattura u skemi tal-komponenti, tas-subassemblaġġi u taċ-ċirkwiti;
(c)
id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa għall-fehim tat-tpinġijiet u l-iskemi msemmija fil-punt (b) u għat-tħaddim tal-batterija;
(d)
eżemplari tat-tikketta meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 13;
(e)
lista tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 15, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16, jew fit-tnejn li huma, li ġew applikati, u, fil-każ ta’ standards armonizzati, speċifikazzjonijiet komuni applikati parzjalment, jew fit-tnejn li huma, indikazzjoni ta’ liema partijiet ġew applikati;
(f)
lista ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra użati għall-finijiet ta’ kejl jew ta’ kalkolu u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli msemmija fil-punt 1 jew biex tiġi vverifikata l-konformità tal-batteriji ma’ dawk ir-rekwiżiti, meta l-istandards armonizzati, l-ispeċifikazzjonijiet komuni, jew it-tnejn li huma, ma jkunux ġew applikati jew ma jkunux disponibbli;
(g)
ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula u tal-eżamijiet imwettqa, u l-evidenza teknika jew dokumentarja użata;
(h)
studju li jappoġġa l-valuri u l-klassi tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 7, li jkun fih il-kalkoli magħmula f’konformità mal-metodoloġija stipulata fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 7(1), ir-raba’ subparagrafu, il-punt (a), u l-evidenza u l-informazzjoni li jiddeterminaw id-data tal-input għal dawk il-kalkoli;
(i)
studju li jappoġġa s-sehem tal-kontenut riċiklat imsemmi fl-Artikolu 8, li jkun fih il-kalkoli magħmula f’konformità mal-metodoloġija stipulata fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu, u l-evidenza u l-informazzjoni li jiddeterminaw id-data tal-input għal dawk il-kalkoli; u
(j)
ir-rapporti tat-testijiet. 2. Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-batterija. 3. Il-manifattura Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw li l-batterija manifatturata hija konformi mar-rekwiżiti applikabbli msemmija fil-punt 1. 4. Verifika
1.
Korp innotifikat magħżul mill-manifattur għandu jwettaq eżamijiet, kalkoli, kejl u testijiet xierqa, kif stipulati fl-istandards armonizzati rilevanti msemmija fl-Artikolu 15, fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 16, jew it-tnejn li huma, jew testijiet ekwivalenti, biex jivverifika l-konformità tal-batterija mar-rekwiżiti applikabbli msemmija fil-punt 1, jew iqabbad lil min jagħmilhom. Fin-nuqqas ta’ tali standard armonizzat jew speċifikazzjoni komuni, il-korp innotifikat ikkonċernat għandu jiddeċiedi dwar l-eżamijiet, il-kalkoli, il-kejl u t-testijiet xierqa li għandhom jitwettqu. Il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ konformità fir-rigward tal-eżamijiet, il-kalkoli, il-kejl u t-testijiet li jkunu twettqu u għandu jwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu mal-batterija approvata, jew iqabbad lil min iwaħħlu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
2.
Il-manifattur għandu jżomm iċ-ċertifikati ta’ konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-batterija. 5. Il-markatura CE u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE Il-manifattur għandu jwaħħal il-markatura CE, u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat imsemmi fil-punt 4, in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma’ kull batterija li tissodisfa r-rekwiżiti applikabbli msemmija fil-punt 1, jew, fejn dan ma jkunx possibbli jew mhux ġustifikat minħabba n-natura tal-batterija, mal-imballaġġ u mad-dokumenti li jakkumpanjaw il-batterija. Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE f’konformità mal-Artikolu 18 għal kull batterija u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara t-tqegħid fis-suq tal-batterija. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tidentifika l-batterija li għaliha tkun tħejjiet. Kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tingħata lill-awtoritajiet nazzjonali meta tintalab. 6. Rappreżentant awtorizzat tal-manifattur L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punti 2.2., 4.2. u 5 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur, f’isem il-manifattur u taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur, dment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|