+ANNESS III

ANNESS III




ANNESS III

INFORMAZZJONI DWAR L-IMPOSSIBBILTÀ LI JIĠU EŻEGWITI EPOC / EPOC-PR

Skont ir-Regolament (UE) 2023/1543 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ), f’każijiet fejn id-destinatarju ma jkunx jista’ jikkonforma mal-obbligu tiegħu li jippreserva d-data mitluba skont EPOC-PR jew li jipproduċiha skont EPOC, ma jkunx jista’ jirrispetta l-iskadenza speċifikata jew ma jipprovdix id-data b’mod eżawrjenti, din il-formola għandha timtela mid-destinatarju u tintbagħat lura lill-awtorità emittenti kif ukoll, fejn tkun saret notifika u f’każijiet oħra fejn applikabbli, lill-awtorità tal-infurzar imsemmija fl-EPOC, mingħajr dewmien żejjed.

Fejn possibbli, id-destinatarju għandu jippreserva d-data mitluba anki fejn tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali biex tiġi identifikata b’mod preċiż, ħlief jekk l-informazzjoni fl-EPOC/EPOC-PR ma tkunx suffiċjenti għal dak il-għan. Jekk ikunu meħtieġa kjarifiki mill-awtorità emittenti, id-destinatarju għandu jfittixhom, mingħajr dewmien żejjed, billi juża din il-formola.

TAQSIMA A: Ċertifikat ikkonċernat

L-informazzjoni segwenti tikkonċerna:

image 

Ċertifikat ta’ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea (EPOC)

image 

Ċertifikat ta’Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea (EPOC-PR)

TAQSIMA B: Awtorità/awtoritajiet rilevanti

Awtorità emittenti:…

Numru tal-fajl tal-awtorità emittenti:…

Jekk applikabbli, l-awtorità ta’ validazzjoni:…

Jekk applikabbli, in-numru tal-fajl tal-awtorità ta’ validazzjoni:…

Data tal-ħruġ tal-EPOC/EPOC-PR:…

Data ta’ meta jiġi riċevut l-EPOC/EPOC-PR:…

Jekk applikabbli, l-awtorità tal-infurzar:…

Jekk applikabbli, in-numru tal-fajl tal-awtorità tal-infurzar:…

TAQSIMA C: Destinatarju tal-EPOC/EPOC-PR

Destinatarju tal-EPOC/tal-EPOC-PR:…

Numru tal-fajl tad-destinatarju:…

TAQSIMA D: Raġunijiet għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni

(a) 

L-EPOC/EPOC-PR ma jistax jiġi eżegwit jew ma jistax ikun eżegwit fl-iskadenza speċifikata għar-raġuni(jiet) segwenti:

image 

mhux komplut

image 

fih żbalji manifesti

image 

ma fihx informazzjoni suffiċjenti

image 

ma jikkonċernax data maħżuna minn fornitur tas-servizz, jew f’ismu, fil-mument li jiġi riċevut l-EPOC/EPOC-PR

image 

raġunijiet oħra ta’ impossibbiltà de facto minħabba ċirkostanzi mhux attribwibbli lid-destinatarju jew lill-fornitur tas-servizz fil-mument li jiġi riċevut l-EPOC/EPOC-PR

image 

l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea/Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea ma nħarġitx jew ma ġietx ivvalidata minn awtorità emittenti kif speċifikat fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2023/1543.

image 

l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea biex tinkiseb data tat-traffiku li mhix mitluba għall-iskop uniku li jiġi identifikat l-utent kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (10), tar-Regolament (UE) 2023/1543, jew biex tinkiseb data ta’ kontenut, inħarġet għal reat mhux kopert mill-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2023/1543.

image 

is-servizz ma jkunx kopert mir-Regolament (UE) 2023/1543.

image 

the id-data mitluba tkun protetta minn immunitajiet jew privileġġi mogħtija skont il-liġi tal-Istat tal-infurzar, jew id-data mitluba tkun koperta minn regoli dwar id-determinazzjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbiltà kriminali relatati mal-libertà tal-istampa jew il-libertà tal-espressjoni f’media oħra, li jipprevjenu l-eżekuzzjoni tal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea/Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea.

image 

il-konformità mal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea tkun tmur kontra l-liġi applikabbli ta’ pajjiż terz. Jekk jogħġbok imla wkoll it-Taqsima E.

(b) 

Jekk jogħġbok spjega ulterjorment ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fil-punt (a), u, fejn meħtieġ, indika u spjega kwalunkwe raġuni oħra li mhix elenkata taħt il-punt (a):

……

TAQSIMA E: Obbligi konfliġġenti li jirriżultaw mil-liġi ta’ pajjiż terz

F’każ ta’ obbligi konfliġġenti li jirriżultaw minn liġi ta’ pajjiż terz, jekk jogħġbok inkludi l-informazzjoni segwenti:

— 
it-titolu tal-liġi(jiet) tal-pajjiż terz:
……
— 
id-dispożizzjoni(jiet) statutorja/i applikabbli u t-test tad-dispożizzjoni(jiet) rilevanti:
……
— 
in-natura tal-obbligi konfliġġenti, inkluż l-interess imħares mil-liġi tal-pajjiż terz:
image 

id-drittijiet fundamentali tal-individwi (jekk jogħġbok speċifika):

……

image 

l-interessi fundamentali tal-pajjiż terz relatati mas-sigurtà nazzjonali u mad-difiża (jekk jogħġbok speċifika)ù

……

image 

interessi oħrajn (jekk jogħġbok speċifika):

……

— 
spjega għaliex f’dan il-każ il-liġi hija applikabbli:
……
— 
spjega għaliex f’dan il-każ tqis li hemm kunflitt:
……
— 
spjega r-rabta bejn il-fornitur tas-servizzi u l-pajjiż terz inkwistjoni:
……
— 
il-konsegwenzi possibbli għad-destinatarju jekk jikkonforma mal-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea, inklużi l-penali li jistgħu jiġġarrbu:
……

Jekk jogħġbok żid kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rilevanti:…

TAQSIMA F: Talba għal informazzjoni/kjarifika addizzjonali (imla, jekk applikabbli)

Hija meħtieġa informazzjoni ulterjuri mill-awtorità emittenti sabiex l-EPOC/EPOC-PR jiġi eżegwit:

……

TAQSIMA G: Preservazzjoni tad-data

Id-data mitluba (immarka l-kaxxa rilevanti u imla):

image 

qed tiġi ppreservata sakemm id-data tiġi prodotta jew sakemm l-awtorità emittenti jew, fejn applikabbli, l-awtorità tal-infurzar, tinforma li ma għadx hemm aktar bżonn li d-data tiġi ppreservata u prodotta jew sakemm l-informazzjoni meħtieġa tiġi pprovduta mill-awtorità emittenti sabiex id-data li tagħmilha possibbli li d-data li għandha tiġi ppreservata/prodotta tkun tista’ titnaqqas

image 

mhix se tiġi ppreservata (dan għandu jiġri biss f’każijiet eċċezzjonali, pereżempju jekk il-fornitur tas-servizz meta jirċievi t-talba ma jkollux id-data jew ma jkunx jista’ jidentifika d-data mitluba b’mod suffiċjenti)

TAQSIMA H: Dettalji ta’ kuntatt tal-istabbiliment/rappreżentant legali deżinjat tal-fornitur tas-servizz

Isem l-istabbiliment/ir-rappreżentant legali deżinjat tal-fornitur tas-servizz: …

Isem il-persuna ta’ kuntatt:…

Kariga:…

Indirizz:…

Nru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)…

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)…

Email:…

Isem il-persuna awtorizzata:…

Data…

Firma ( 22 ):…

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1543
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.