+Artikolu 21 4

Artikolu 21 4

4.   L-iskema ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha tkun ibbażata fuq:

(a)

il-ġbir, il-validazzjoni, l-eżami, l-evalwazzjoni u d-disseminazzjoni tad-data rilevanti relatata mal-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u mal-ġestjoni tan-network mill-partijiet rilevanti kollha, inkluż il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-operaturi tal-ajruporti, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, u awtoritajiet nazzjonali oħrajn, l-Aġenzija, il-Maniġer tan-Network u l-EUROCONTROL;

(b)

indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-iffissar tal-miri fl-oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (a) ta’ dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-punt (c)(iii) ta’ dan l-Artikolu, u għall-Artikolu 28, il-punt (g);

(c)

indikaturi għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni fl-oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (a) u indikaturi rilevanti tas-sikurezza definiti f’koordinazzjoni mal-Aġenzija;

(d)

metodoloġija għall-kalkolu tal-valuri diżaggregati;

(e)

proċeduri għall-istabbiliment u r-reviżjoni ta’ pjanijiet ta’ prestazzjoni u ta’ miri ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, u għall-ġestjoni tan-network, kif ukoll il-mudelli, il-kontenut u l-iskedi taż-żmien ta’ tali pjanijiet;

(f)

il-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni u tal-miri għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-ġestjoni tan-network;

(g)

il-monitoraġġ ta’ pjanijiet ta’ prestazzjoni, inkluż il-mekkaniżmi ta’ allerti xierqa għal reviżjoni tal-pjanijiet u l-miri ta’ prestazzjoni u għal reviżjoni tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha tul perjodu referenzjarju;

(h)

valutazzjoni komparattiva tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru deżinjati skont l-Artikoli 8 u 10 fejn rilevanti;

(i)

skemi ta’ inċentivi li jinkludu kemm inċentivi finanzjarji pożittivi kif ukoll diżinċentivi;

(j)

mekkaniżmi tal-kondiviżjoni tar-riskju fir-rigward tat-traffiku u l-kostijiet;

(k)

skedi taż-żmien għall-iffissar tal-miri, il-valutazzjoni tal-pjanijiet u l-miri ta’ prestazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni komparattiva;

(l)

prinċipji ġenerali stabbiliti mill-Kummissjoni fuq allokazzjoni proporzjonali tal-kostijiet komuni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u fit-terminal bejn iż-żewġ kategoriji ta’ servizzi;

(m)

mekkaniżmi li jindirizzaw avvenimenti mhux prevedibbli u sinifikanti li jħallu impatt materjali fuq l-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ prestazzjoni u ta’ imposti.

L-inċentivi finanzjarji pożittivi u d-diżinċentivi msemmija fil-punt (i) għandhom ikunu proporzjonati għad-daqs tad-devjazzjoni tal-prestazzjoni miksuba mill-mira. Huma għandhom iqisu l-impatt fuq in-network u l-punt sa fejn il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandu mezzi raġonevoli biex itaffi l-impatt ta’ fatturi esterni. L-inċentivi u d-diżinċentivi għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jrawwem b’mod effettiv il-forniment tal-kwalità tas-servizz u ma għandhomx ifixklu l-kapaċità tal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2018/1139, inkluż dwar ir-robustezza finanzjarja.

Sabiex jiġu stabbiliti l-prinċipji ġenerali msemmija fil-punt (l), il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-kriterji nazzjonali eżistenti għall-allokazzjoni tal-kostijiet komuni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u fit-terminal u għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u lill-partijiet ikkonċernati. Abbażi ta’ dan ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jew, kif xieraq, taġġorna dawk il-prinċipji ġenerali mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel il-bidu ta’ kull perjodu referenzjarju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.