+Artikolu 21 Skema ta’ prestazzjoni
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
---+Artikolu 21 3
---+Artikolu 21 4
---+Artikolu 21 5
---+Artikolu 21 6
---+Artikolu 21 7

Artikolu 21 Skema ta’ prestazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1

1.   Biex titjieb il-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u l-ġestjoni tan-networks fl-Ajru Uniku Ewropew, għandha tapplika skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-ġestjoni tan-network f’konformità ma’ dan l-Artikolu u l-Artikoli 22 sa 28.

Artikolu 21 2

2.   Dan l-Artikolu u l-Artikoli 21 sa 28 ma għandhomx japplikaw għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal ipprovduti f’ajruporti, li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat, b’inqas minn 80 000 movimenti tat-trasport bl-ajru IFR fis-sena. Madankollu, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li tali servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal ikunu soġġetti għal dawk l-Artikoli.

Artikolu 21 3

3.   L-iskema ta’ prestazzjoni għandha tiġi implimentata fuq perjodi referenzjarji, li għandu jkollhom minimu ta’ 3 snin u massimu ta’ 5 snin. L-iskema ta’ prestazzjoni għandha tinkludi:

(a)

oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni tal-klima u l-ambjent, tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza;

(b)

miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route fl-oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni msemmija fil-punt (a) għal kull perjodu referenzjarju;

(c)

pjanijiet ta’ prestazzjoni inkluż, għal kull perjodu referenzjarju:

(i)

miri ta’ prestazzjoni vinkolanti u, fejn applikabbli, skemi ta’ inċentivi, għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route, fl-oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni msemmija fil-punt (a);

(ii)

miri ta’ prestazzjoni vinkolanti u, fejn applikabbli, skemi ta’ inċentivi, għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal fl-oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza u tal-kapaċità; u

(iii)

fejn il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-klima u tal-ambjent abbażi tal-Artikolu 28, il-punt (g), bil-kundizzjonijiet stipulati fih, miri ta’ prestazzjoni vinkolanti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal f’dak il-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-klima u tal-ambjent u fejn applikabbli, skemi ta’ inċentivi;

(d)

rieżami u monitoraġġ perjodiċi tal-prestazzjoni fl-oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni msemmija fil-punt (a) u tal-indikaturi tas-sikurezza rilevanti definiti f’koordinazzjoni mal-Aġenzija.

Artikolu 21 4

4.   L-iskema ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha tkun ibbażata fuq:

(a)

il-ġbir, il-validazzjoni, l-eżami, l-evalwazzjoni u d-disseminazzjoni tad-data rilevanti relatata mal-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u mal-ġestjoni tan-network mill-partijiet rilevanti kollha, inkluż il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-operaturi tal-ajruporti, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, u awtoritajiet nazzjonali oħrajn, l-Aġenzija, il-Maniġer tan-Network u l-EUROCONTROL;

(b)

indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-iffissar tal-miri fl-oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (a) ta’ dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-punt (c)(iii) ta’ dan l-Artikolu, u għall-Artikolu 28, il-punt (g);

(c)

indikaturi għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni fl-oqsma ewlenin ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (a) u indikaturi rilevanti tas-sikurezza definiti f’koordinazzjoni mal-Aġenzija;

(d)

metodoloġija għall-kalkolu tal-valuri diżaggregati;

(e)

proċeduri għall-istabbiliment u r-reviżjoni ta’ pjanijiet ta’ prestazzjoni u ta’ miri ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, u għall-ġestjoni tan-network, kif ukoll il-mudelli, il-kontenut u l-iskedi taż-żmien ta’ tali pjanijiet;

(f)

il-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni u tal-miri għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-ġestjoni tan-network;

(g)

il-monitoraġġ ta’ pjanijiet ta’ prestazzjoni, inkluż il-mekkaniżmi ta’ allerti xierqa għal reviżjoni tal-pjanijiet u l-miri ta’ prestazzjoni u għal reviżjoni tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha tul perjodu referenzjarju;

(h)

valutazzjoni komparattiva tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru deżinjati skont l-Artikoli 8 u 10 fejn rilevanti;

(i)

skemi ta’ inċentivi li jinkludu kemm inċentivi finanzjarji pożittivi kif ukoll diżinċentivi;

(j)

mekkaniżmi tal-kondiviżjoni tar-riskju fir-rigward tat-traffiku u l-kostijiet;

(k)

skedi taż-żmien għall-iffissar tal-miri, il-valutazzjoni tal-pjanijiet u l-miri ta’ prestazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni komparattiva;

(l)

prinċipji ġenerali stabbiliti mill-Kummissjoni fuq allokazzjoni proporzjonali tal-kostijiet komuni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u fit-terminal bejn iż-żewġ kategoriji ta’ servizzi;

(m)

mekkaniżmi li jindirizzaw avvenimenti mhux prevedibbli u sinifikanti li jħallu impatt materjali fuq l-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ prestazzjoni u ta’ imposti.

L-inċentivi finanzjarji pożittivi u d-diżinċentivi msemmija fil-punt (i) għandhom ikunu proporzjonati għad-daqs tad-devjazzjoni tal-prestazzjoni miksuba mill-mira. Huma għandhom iqisu l-impatt fuq in-network u l-punt sa fejn il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandu mezzi raġonevoli biex itaffi l-impatt ta’ fatturi esterni. L-inċentivi u d-diżinċentivi għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jrawwem b’mod effettiv il-forniment tal-kwalità tas-servizz u ma għandhomx ifixklu l-kapaċità tal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2018/1139, inkluż dwar ir-robustezza finanzjarja.

Sabiex jiġu stabbiliti l-prinċipji ġenerali msemmija fil-punt (l), il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-kriterji nazzjonali eżistenti għall-allokazzjoni tal-kostijiet komuni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u fit-terminal u għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u lill-partijiet ikkonċernati. Abbażi ta’ dan ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jew, kif xieraq, taġġorna dawk il-prinċipji ġenerali mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel il-bidu ta’ kull perjodu referenzjarju.

Artikolu 21 5

5.   L-istabbiliment tal-miri tal-prestazzjoni inklużi fil-pjanijiet ta’ prestazzjoni, it-tħejjija u l-evalwazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni u l-monitoraġġ u l-valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-ġestjoni tan-network għandhom jikkunsidraw l-impatt taċ-ċirkostanzi lokali kif ukoll fatturi esterni li l-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru ma għandu ebda mezz raġonevoli biex itaffi, fejn adatt.

L-impatt taċ-ċirkostanzi lokali li diġà tqiesu fl-istabbiliment tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha, f’konformità mal-Artikolu 22(2), il-punt (d), u fl-istabbiliment tal-valuri diżaggregati stabbiliti skont l-Artikolu 22(1) sussegwentement ma għandux jitqies meta tiġi vvalutata l-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha sabiex tiġi ġġustifikata d-devjazzjoni ta’ dawk il-miri preċedenti minn dawk il-miri tal-aħħar. L-impatt taċ-ċirkostanzi lokali li diġà tqiesu għall-istabbiliment tal-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni sussegwentement ma għandux jitqies meta tiġi mmonitorjata l-kisba ta’ dawk il-miri.

Artikolu 21 6

6.   Il-livell tal-miri ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (c)(iii) għandu jiġi stabbilit filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi lokali, b’mod partikolari r-rekwiżiti tal-politika ambjentali lokali.

Artikolu 21 7

7.   Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni stabbilita skont dan ir-Regolament, għandu jitqies il-fatt li s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route, is-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal u l-funzjonijiet tan-network għandhom karatteristiċi differenti u għalhekk għandhom jiġu ttrattati b’dan il-mod, inkluż, jekk meħtieġ, għall-finijiet tal-kejl tal-prestazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.