4. L-Istati Membri jistgħu, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, jirrevedu mira ta’ prestazzjoni waħda jew diversi tul perjodu referenzjarju meta jintlaħqu l-livelli limiti ta’ allert, jew meta jintwera li d-data inizjali, is-suppożizzjonijiet u r-raġunamenti li jirfdu l-miri ta’ prestazzjoni ma għadhomx aktar preċiżi b’mod sinifikanti u dejjiemi minħabba ċirkostanzi li ma kinux imbassra waqt l-adozzjoni tal-pjan ta’ prestazzjoni. Jekk tikkonkludi li r-reviżjoni hija meħtieġa u proporzjonata u li l-miri ta’ prestazzjoni riveduti huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha tapprova din ir-reviżjoni.
F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jirrevedu l-pjanijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-miri kkonċernati, f’konformità mal-proċeduri stipulati fl-Artikoli 23 u 24. Il-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(8) tista’ tkun limitata, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, għall-miri ta’ prestazzjoni u partijiet mill-pjanijiet ta’ prestazzjoni li huma direttament jew indirettament affettwati mir-reviżjoni.