+Artikolu 12
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
|
Artikolu 12
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Ladarba jkunu saru l-verifiki tal-format tad-data u tat-trasferiment tagħha msemmijin fl-Artikolu 11, ir-router għandu jittrażmetti d-data tal-API kriptata u kwalunkwe data oħra tal-PNR, ittrasferiti lilu mit-trasportaturi bl-ajru skont l-Artikolu 5(1) u (2), u fejn applikabbli, l-Artikolu 7(3) u (4), lill-PIUs tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu se tinżel it-titjira jew li mit-territorju tiegħu se titlaq it-titjira, jew lit-tnejn li huma fil-każ ta’ titjiriet intra-UE. Huwa għandu jittrażmetti dik id-data minnufih u b’mod awtomatizzat, mingħajr ma jbiddel, b’ebda mod, il-kontenut tagħha. Meta titjira jkollha waqfa waħda jew aktar fit-territorju ta’ Stati Membri oħrajn għajr dak li minnu tkun telqet, ir-router għandu jittrażmetti d-data tal-API u kwalunkwe data oħra tal-PNR lill-PIUs tal-Istati Membri kollha kkonċernati. Għall-finijiet ta’ tali trażmissjoni, l-eu-LISA għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornata tabella ta’ korrispondenza bejn l-ajruporti differenti tal-oriġini u tad-destinazzjoni u l-pajjiżi li jappartjenu għalihom. Madankollu, għat-titjiriet intra-UE, ir-router għandu jittrażmetti biss id-data tal-API u data oħra tal-PNR tat-titjiriet inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 4 lill-PIUs rilevanti.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Ir-router għandu jittrażmetti d-data tal-API u data oħra tal-PNR f’konformità mar-regoli dettaljati msemmijin fil-paragrafu 6, ladarba tali regoli jkunu ġew adottati u jkunu applikabbli.
|
|
Artikolu 12 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-PIUs tagħhom, ladarba jirċievu d-data tal-API u data oħra tal-PNR f’konformità mal-paragrafu 1, jikkonfermaw lir-router, minnufih u b’mod awtomatizzat, li jkunu rċevew tali data.
|
|
Artikolu 12 4.
|
L-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw id-Direttiva (UE) 2016/681 għal titjiriet intra-UE f’konformità mal-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva għandhom jistabbilixxu individwalment lista tat-titjiriet intra-UE jew rotot magħżula. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-kodiċi tal-ajruport tat-tluq u tal-ajruport tal-wasla biex jindikaw it-titjiriet jew ir-rotot magħżula. Dawk l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament, jagħmlu rieżami regolarment u, fejn meħtieġ, jaġġornaw dawk il-listi. Stat Membru jista’ jagħżel it-titjiriet jew ir-rotot kollha intra-UE meta jkun debitament iġġustifikat, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/681 u mal-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom, sad-data rilevanti tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 45, it-tieni paragrafu, idaħħlu t-titjiriet jew ir-rotot magħżula fir-router, b’mezzi awtomatizzati permezz tal-kanal ta’ komunikazzjoni sigur imsemmi fl-Artikolu 98(2)(b), u wara dan jipprovdu lir-router bi kwalunkwe aġġornament tagħhom.
|
|
Artikolu 12 5.
|
L-informazzjoni li l-Istati Membri jdaħħlu fir-router għandha tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali u l-aċċess għal dik l-informazzjoni mill-persunal tal-eu-LISA għandu jkun limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jissolvew problemi tekniċi. L-eu-LISA għandha tiżgura, malli r-router jirċievi dik l-informazzjoni jew kwalunkwe aġġornament tagħha minn Stat Membru, li r-router jittrażmetti minnufih id-data tal-API u data oħra tal-PNR lill-PIU ta’ dak l-Istat Membru fir-rigward tat-titjiriet jew ir-rotot magħżula, f’konformità mal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 12 6.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-regoli tekniċi u proċedurali dettaljati meħtieġa għat-trażmissjonijiet tad-data tal-API u data oħra tal-PNR mir-router imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għad-dħul ta’ informazzjoni fir-router imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, inkluż dwar ir-rekwiżiti għas-sigurtà tad-data. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 42(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|