+Artikolu 13
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 13 7.
---+Artikolu 13 8.
|
Artikolu 13
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
L-Istati Membri li jiddeċiedu, f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/681, li japplikaw dik id-Direttiva u konsegwentement dan ir-Regolament għal titjiriet intra-UE għandhom jagħżlu tali titjiriet intra-UE f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 13 2.
|
L-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttiva (UE) 2016/681 u konsegwentement dan ir-Regolament unikament għat-titjiriet intra-UE kollha li jaslu fit-territorju tagħhom jew jitilqu minnu biss f’sitwazzjonijiet ta’ theddida terroristika ġenwina u attwali jew prevedibbli, abbażi ta’ deċiżjoni li tkun ibbażata fuq valutazzjoni tat-theddida, limitata fiż-żmien għal dak li huwa strettament meħtieġ u miftuħa għal rieżami effettiv jew minn qorti jew minn korp amministrattiv indipendenti li d-deċiżjoni tagħhom tkun vinkolanti.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Fin-nuqqas ta’ theddida terroristika ġenwina u attwali jew prevedibbli, l-Istati Membri li japplikaw id-Direttiva (UE) 2016/681 u konsegwentement dan ir-Regolament għal titjiriet intra-UE għandhom jagħżlu tali titjiriet intra-UE skont l-eżitu ta’ valutazzjoni mwettqa abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 4 sa 7 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 13 4.
|
Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha:
(a)
titwettaq b’mod oġġettiv, motivat kif jixraq u mhux diskriminatorju f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/681;
(b)
tqis biss il-kriterji li huma rilevanti għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja li għandhom rabta oġġettiva, inkluża rabta indiretta, mat-trasport ta’ passiġġieri bl-ajru, u ma jkunux ibbażati purament fuq ir-raġunijiet kif elenkati fl-Artikolu 21 tal-Karta ta’ kwalunkwe passiġġier jew grupp ta’ passiġġieri;
(c)
tuża biss informazzjoni li tista’ tappoġġa valutazzjoni oġġettiva, motivata kif jixraq u mhux diskriminatorja.
|
|
Artikolu 13 5.
|
Abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jagħżlu biss titjiriet intra-UE relatati ma’, fost l-oħrajn, rotot speċifiċi, xejriet tal-ivvjaġġar jew ajruporti li għalihom hemm indikazzjonijiet ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja u li jiġġustifikaw l-ipproċessar tad-data tal-API u ta’ data oħra tal-PNR. L-għażla ta’ titjiriet intra-UE għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva (UE) 2016/681 u ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 13 6.
|
L-Istati Membri għandhom iżommu d-dokumentazzjoni kollha tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, inkluż fejn rilevanti kwalunkwe rieżami tagħha, u jagħmluha disponibbli, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680, għall-awtoritajiet superviżorji indipendenti u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tagħhom fuq talba.
|
|
Artikolu 13 7.
|
L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/681, jirrieżaminaw il-valutazzjoni tagħhom imsemmija fil-paragrafu 3 regolarment u mill-inqas kull 12-il xahar, sabiex jitqiesu l-bidliet fiċ-ċirkostanzi li ġġustifikaw l-għażla ta’ titjiriet intra-UE u għall-fini li jiġi żgurat li l-għażla ta’ titjiriet intra-UE tkompli tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ.
|
|
Artikolu 13 8.
|
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita skambju regolari ta’ fehmiet dwar il-kriterji tal-għażla għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, inkluża l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, kif ukoll, fuq bażi volontarja, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar titjiriet magħżula.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|