+Artikolu 45 Trattament ta’ nuqqas ta’ konformità
---+Artikolu 45 1
---+Artikolu 45 2
---+Artikolu 45 3
---+Artikolu 45 4
---+Artikolu 45 5

Artikolu 45 Trattament ta’ nuqqas ta’ konformità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45 1

1.   Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq tagħmel sejba ta’ nuqqas ta’ konformità, hija għandha tirrikjedi li l-manifattur tas-sistema ta’ EHR ikkonċernata, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu u l-operaturi ekonomiċi rilevanti l-oħrajn, jieħdu, sa skadenza speċifika, azzjonikorrettiva adegwata biex iġibu s-sistema ta’ EHR f’konformità: Tali sejbiet ta’ ninkonformità jinkludu, iżda mhumiex limitati, għal dan li ġej:

(a)

is-sistema ta’ EHR ma tkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II jew mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijal-Artikolu 36;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli, inkella ma tkunx kompluta jew f’konformità mal-Artikolu 37;

(c)

id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx tfasslet jew ma tkunx tfasslet b’mod korrett f’konformità mal-Artikolu 39;

(d)

il-markatura ta’ konformità CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 41 jew ma tkunx twaħħlet;

(e)

l-obbligi ta’ reġistrazzjoni tal-Artikolu 49 ma ġewx issodisfati.

Artikolu 45 2

2.   Meta l-manifattur tas-sistema ta’ EHR kkonċernata, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew kwalunkwe operatur ekonomiku rilevanti ma jiħdux azzjoni korrettiva adegwata fi żmien adegwat, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu s-sistema ta’ EHR milli ssir disponibbli fis-suq tal-Istati Membru tagħhom, jew biex isejħu lura jew jirtiraw is-sistema ta’ EHR minn dak is-suq

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri oħra dwar dawk il-miżuri proviżjonali. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tas-sistema ta’ EHR mhux konformi, l-oriġini ta’ dik is-sistema ta’ EHR, in-natura tan-nuqqas ta’ konformità allegata u r-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri meħudin mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nonkonformità hijiex dovuta għal xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

in-nuqqas tas-sistema ta’ EHR li tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II;

(b)

nuqqasijiet fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 36

Artikolu 45 3

3.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għajr l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jkunu bdew il-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe miżura adottata, dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta’ konformità tas-sistema ta’ EHR ikkonċernata u, f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil mal-miżura nazzjonali adottata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom;

Artikolu 45 4

4.   Meta, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-pragrafu 2, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi awtorità tas-sorveljanza tas-suq minn Stat Membru ieħor jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ miżura provviżorja meħuda minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

Artikolu 45 5

5.   Meta n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1 jippersisti, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ikkonċernata għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa tipprojbixxi jew tirrestrinġi li s-sistema ta’ EHR tiġi introdotta fis-suq jew tiżgura li din tissejjaħ lura jew tiġi rtirata mis-suq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.