+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 2 (12)
---+Artikolu 2 (13)
---+Artikolu 2 (14)
---+Artikolu 2 (15)
---+Artikolu 2 (16)
---+Artikolu 2 (17)
---+Artikolu 2 (18)
---+Artikolu 2 (19)
---+Artikolu 2 (20)
---+Artikolu 2 (21)
---+Artikolu 2 (22)
---+Artikolu 2 (23)
---+Artikolu 2 (24)
---+Artikolu 2 (25)
---+Artikolu 2 (26)
---+Artikolu 2 (27)
---+Artikolu 2 (28)
---+Artikolu 2 (29)
---+Artikolu 2 (30)
---+Artikolu 2 (31)
---+Artikolu 2 (32)
---+Artikolu 2 (33)
---+Artikolu 2 (34)
---+Artikolu 2 (35)
---+Artikolu 2 (36)
---+Artikolu 2 (37)
---+Artikolu 2 (38)
---+Artikolu 2 (39)
---+Artikolu 2 (40)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“deterġent” tfisser sustanza, taħlita jew mikroorganiżmi, jew kombinazzjoni ta' dawn, li huma maħsuba biex:
|
—
|
inaddfu d-drapp, il-platti jew is-superfiċji;
|
|
—
|
ixarrbu (qabel il-ħasla), ilaħilħu jew jibbliċjaw drapp, platti jew superfiċji;
|
|
—
|
jimmodifikaw kif jinħass jew kif jinxtamm id-drapp fi proċessi li jikkomplementaw il-ħasil tad-drapp;
|
|
—
|
jappoġġaw il-proċess tat-tindif meta jintużaw flimkien ma' deterġent tal-ħasil tal-ħwejjeġ jew deterġent tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi;
|
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“deterġent tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumaturi” tfisser deterġent għall-ħwejjeġ li jiġi introdott fis-suq għall-użu minn persuni mhux professjonisti, inkluż fil-laundrettes pubbliċi;
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“deterġent tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumaturi” tfisser deterġent introdott fis-suq għall-użu f'magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi minn persuni mhux professjonisti;
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“deterġent li fih mikroorganiżmi” tfisser deterġent li fih żdied intenzjonalment mikroorganiżmu wieħed jew aktar, jew waħdu jew permezz ta' wieħed mill-komponenti tad-deterġent;
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“deterġent industrijali u istituzzjonali” tfisser deterġent imqiegħed fis-suq għall-użu biss barra mill-isfera domestika, minn persunal speċjalizzat;
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“tindif” tfisser il-proċess li bih depożitu mhux mixtieq jiġi degradat jew maqlugħ minn substrat jew minn ġo substrat u jinġieb fi stat ta' soluzzjoni jew dispersjoni;
|
|
Artikolu 2 (7)
|
“sustanza” tfisser sustanza kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (1), tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;
|
|
Artikolu 2 (8)
|
“taħlita” tfisser taħlita kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;
|
|
Artikolu 2 (9)
|
“mikroorganiżmu” tfisser mikroorganiżmu kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012;
|
|
Artikolu 2 (10)
|
“mikroorganiżmi ġenetikament modifikati” tfisser mikroorganiżmi li fihom il-materjal ġenetiku jkun inbidel b'tali mod li ma jseħħx b'mod naturali permezz tat-tgħammir jew permezz tar-rikombinazzjoni naturali; fit-termini ta' din id-definizzjoni:
|
—
|
il-modifika ġenetika sseħħ tal-anqas permezz tal-użu tat-tekniki elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I A tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18);
|
|
—
|
it-tekniki elenkati fil-Parti 2 tal-Anness I A tal-istess Direttiva ma jitqisux li jirriżultaw f'modifika ġenetika;
|
|
|
Artikolu 2 (11)
|
“aġent tensjoattiv” tfisser kwalunkwe sustanza organika jew taħlita li tkun fid-deterġenti jew maħsuba li tintuża fid-deterġenti li għandha proprjetajiet tensjoattivi, u li tikkonsisti minn grupp idrofiliku, wieħed jew aktar, u minn grupp idrofobiku, wieħed jew aktar, ta' tali natura u daqs li kapaċi twettaq l-azzjonijiet kollha li ġejjin:
|
—
|
tnaqqas it-tensjoni ta' wiċċ l-ilma għal taħt il-45 mN/m;
|
|
—
|
tifforma monosaffi ta' tixrid jew ta' adsorbiment fl-interfaċċa bejn l-ilma u l-arja;
|
|
—
|
tifforma emulsjonijiet, mikroemulsjonijiet jew miċelli, jew kombinazzjonijiet tagħhom;
|
|
—
|
tadsorbi fl-interfaċċi bejn l-ilma u solidi;
|
|
|
Artikolu 2 (12)
|
“aġent tensjoattiv għall-utenti finali” tfisser aġent tensjoattiv li jitqiegħed fis-suq għall-utenti professjonali jew għall-konsumaturi;
|
|
Artikolu 2 (13)
|
“bijodegradazzjoni aerobika finali” tfisser il-livell ta' bijodegradazzjoni miksub meta s-sustanza jew it-taħlita tintuża totalment minn mikroorganiżmi fil-preżenza tal-ossiġenu, bir-riżultat li tiddekomponi f'diossidu tal-karbonju, ilma u imlieħ minerali ta' kwalunkwe element ieħor preżenti, kif imkejjel bil-metodi tal-ittestjar elenkati fil-Parti A tal-Anness I, u kostitwenti ċellulari mikrobiċi ġodda (bijomassa);
|
|
Artikolu 2 (14)
|
“riti” tfisser riti polimeriċi li jinħallu fl-ilma użati bħala kapsuli tad-deterġenti;
|
|
Artikolu 2 (15)
|
“tqegħid fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk bla ħlas;
|
|
Artikolu 2 (16)
|
“introduzzjoni fis-suq” tfisser l-ewwel tqegħid fis-suq tal-Unjoni;
|
|
Artikolu 2 (17)
|
“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura jew li jkollha deterġent jew aġent tensjoattiv iddisinjat jew immanifatturat, u li tintroduċi dak id-deterġent jew aġent tensjoattiv fis-suq taħt isimha jew it-trade mark tagħha;
|
|
Artikolu 2 (18)
|
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur biex taġixxi f'ismu fir-rigward ta' kompiti speċifikati;
|
|
Artikolu 2 (19)
|
“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tintroduċi deterġent jew aġent tensjoattiv minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;
|
|
Artikolu 2 (20)
|
“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, għajr il-manifattur jew l-importatur, li tqiegħed deterġent jew aġent tensjoattiv fis-suq;
|
|
Artikolu 2 (21)
|
“operatur ekonomiku” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur jew id-distributur;
|
|
Artikolu 2 (22)
|
“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiżguraw li l-prodotti jikkonformaw ma' dan ir-Regolament;
|
|
Artikolu 2 (23)
|
“awtorità tas-sorveljanza tas-suq” tfisser awtorità tas-sorveljanza tas-suq kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (4), tar-Regolament (UE) 2019/1020;
|
|
Artikolu 2 (24)
|
“sejħa lura” tfisser sejħa lura kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (22), tar-Regolament (UE) 2019/1020;
|
|
Artikolu 2 (25)
|
“irtirar” tfisser irtirar kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (23), tar-Regolament (UE) 2019/1020;
|
|
Artikolu 2 (26)
|
“azzjoni korrettiva” tfisser azzjoni korrettiva kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2019/1020;
|
|
Artikolu 2 (27)
|
“rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa” tfisser il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
|
|
Artikolu 2 (28)
|
“mezz ta' data” tfisser mezz ta' data kif definit fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (29), tar-Regolament (UE) 2024/1781;
|
|
Artikolu 2 (29)
|
“identifikatur uniku tal-prodott” tfisser identifikatur uniku tal-prodott kif definit fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (30), tar-Regolament (UE) 2024/1781;
|
|
Artikolu 2 (30)
|
“identifikatur uniku tal-formula” tfisser identifikatur uniku tal-formula kif imsemmi fil-Parti A, il-punt 5, tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;
|
|
Artikolu 2 (31)
|
“identifikatur uniku tal-operatur” tfisser identifikatur uniku tal-operatur kif definit fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (31), tar-Regolament (UE) 2024/1781;
|
|
Artikolu 2 (32)
|
“passaport diġitali tal-prodott” tfisser sett ta' data speċifika għal prodott li fih l-informazzjoni stipulata fil-Parti A tal-Anness VI u li jkun aċċessibbli b'mezzi elettroniċi permezz ta' mezz ta' data f'konformità mal-Artikolu 21(4);
|
|
Artikolu 2 (33)
|
“fornitur tas-servizzi tal-passaport diġitali tal-prodott” tfisser fornitur tas-servizzi tal-passaport diġitali tal-prodott kif definit fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, il-punt (32), tar-Regolament (UE) 2024/1781;
|
|
Artikolu 2 (34)
|
“awtoritajiet doganali” tfisser l-awtoritajiet doganali kif definiti fl-Artikolu 5, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;
|
|
Artikolu 2 (35)
|
“Sistema ta' Skambju ta' Ċertifikati tat-Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana” tfisser is-sistema stabbilita bir-Regolament (UE) 2022/2399;
|
|
Artikolu 2 (36)
|
“imballaġġ individwali” tfisser imballaġġ li fih id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv għall-utenti finali jitqiegħed fis-suq u li jkun maħsub biex jakkumpanja l-kontenut fil-post tal-użu;
|
|
Artikolu 2 (37)
|
“rikarika” tfisser l-operazzjoni fuq il-post li biha deterġent jew aġent tensjoattiv offrut minn operatur ekonomiku lill-utenti finali waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas, jimtela f'imballaġġ;
|
|
Artikolu 2 (38)
|
“stazzjon ta' rikarika” tfisser post fejn operatur ekonomiku joffri lill-utenti finali deterġent jew aġent tensjoattiv li jista' jinkiseb permezz tal-mili mill-ġdid, manwalment jew permezz ta' tagħmir awtomatiku jew semiawtomatiku;
|
|
Artikolu 2 (39)
|
“mudell” tfisser tip ta' deterġent jew aġent tensjoattiv li l-unitajiet kollha tiegħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
—
|
ikollhom l-istess manifattur u jiġu introdotti fis-suq taħt l-istess isem kummerċjali;
|
|
—
|
ikollhom l-istess kontenut, f'konformità mal-Parti A, il-punt 1(h), tal-Anness V ta' dan ir-Regolament, u jkunu manifatturati bl-użu tal-istess proċessi ta' manifattura;
|
|
—
|
fejn applikabbli, ikunu soġġetti għall-istess klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008; u
|
|
—
|
ikunu definiti b'numru tat-tip jew element ieħor li jippermettilhom li jiġu identifikati bħala grupp;
|
|
|
Artikolu 2 (40)
|
“utent finali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika residenti jew stabbilita fl-Unjoni li deterġent jew aġent tensjoattiv ikun tqiegħed fis-suq għad-dispożizzjoni tagħha, jew bħala konsumatur barra minn kwalunkwe kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni jew bħala utent finali professjonali matul l-attivitajiet industrijali jew professjonali tagħha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|