+Artikolu 325ad Kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-ACTP
---+Artikolu 325ad 1.
---+Artikolu 325ad 2.
---+Artikolu 325ad 3.
---+Artikolu 325ad 4.

Artikolu 325ad Kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-ACTP

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325ad 1.

L-ammonti netti ta' JTD għandhom jiġu mmoltiplikati bi:

(a) 

għal prodotti mhux issegmentati, il-piżijiet tar-riskju ta' inadempjenza li jikkorrispondu għall-kwalità kreditizja kif speċifikat fl-Artikolu 325y(1) u (2);

(b) 

għal prodotti ssegmentati, il-piżijiet tar-riskju ta' inadempjenza msemmija fl-Artikolu 325aa(1).

Artikolu 325ad 2.
L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għar-riskju għandhom jiġu assenjati għal buckets li jikkorrispondu għal indiċi.
Artikolu 325ad 3.

L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għandhom jiġu aggregati f'kull bucket f'konformità mal-formula li ġejja:

image
fejn:

DRCb

=

ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-bucket b;

i

=

strument li jappartjeni għall-bucket b; u

WtSACTP

=

il-proporzjon li jirrikonoxxi benefiċċju għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar fi ħdan bucket, li għandu jiġi kalkulat f'konformità mal-formula WtS stabbilita fl-Artikolu 325y(4), iżda bl-użu ta' pożizzjonijiet twal u pożizzjonijiet qosra fl-ACTP kollu kemm hu u mhux biss il-pożizzjonijiet fil-bucket partikolari.

Artikolu 325ad 4.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-ACTP billi jużaw il-formula li ġejja:

image

fejn:

DRCACTP

=

ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza tal-ACTP; u

DRCb

=

ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-bucket b.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit