+Artikolu 39 Rekwiżiti relatati mal-korpi notifikati
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.
---+Artikolu 39 4.
---+Artikolu 39 5.
---+Artikolu 39 6.
---+Artikolu 39 7.
---+Artikolu 39 8.
---+Artikolu 39 9.
---+Artikolu 39 10.
---+Artikolu 39 11.
---+Artikolu 39 12.

Artikolu 39 Rekwiżiti relatati mal-korpi notifikati

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 39 1.
Għall-finijiet tan-notifika, korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 12.
Artikolu 39 2.
Korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika.
Artikolu 39 3.
Korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun korp ta’ parti terza indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodott b’elementi diġitali li jivvaluta.

Korp li jkun jappartjeni għal xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tkun tirrappreżenta intrapriżi involuti fid-disinn, l-iżvilupp, il-produzzjoni, il-provvista, il-muntaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta’ prodotti b’elementi diġitali li huwa jivvaluta, jista’, bil-kundizzjoni li l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess jiġu murija, jitqies li huwa tali korp ta’ parti terza.

Artikolu 39 4.
Korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu jew il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, l-iżviluppatur, il-manifattur, il-fornitur, l-importatur, id-distributur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak li jagħmel il-manutenzjoni tal-prodotti b’elementi diġitali li huma jevalwaw, u l-anqas ma għandhom ikunu r-rappreżentanti awtorizzati ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti vvalutati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità jew l-użu ta’ tali prodotti għal finijiet personali.

Korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità ma għandhomx ikunu involuti direttament fid-disinn, l-iżvilupp, il-produzzjoni, l-importazzjoni, id-distribuzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni tal-prodotti b’elementi diġitali li jivvalutaw, jew jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f’dawk l-attivitajiet. Dawn ma għandhom ikunu involuti fl-ebda attività li jaf toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan għandu japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

Il-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew tas-subkuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità tagħhom.

Artikolu 39 5.
Il-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe pressjoni u tentazzjoni, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.
Artikolu 39 6.
Korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni ta’ konformità msemmija fl-Anness VIII u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità stess kif ukoll jekk isiru f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull żmien u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità u għal kull tip jew kategorija ta’ prodotti b’elementi diġitali li fir-rigward tagħhom ikun notifikat, il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, skont il-ħtieġa:

(a) 

persunal b’għarfien tekniku u esperjenza biżżejjed u adatta biex iwettaq il-kompiti marbuta mal-valutazzjoni ta’ konformità;

(b) 

deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-valutazzjoni ta’ konformità, filwaqt li jiġu żgurati t-trasparenza ta’ dawk il-proċeduri u l-kapaċità li jiġu riprodotti. Għandu jkollu fis-seħħ il-politiki u l-proċeduri xierqa li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;

(c) 

proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet li jqisu b’mod debitu d-daqs tal-impriża, is-settur li topera fih, l-istruttura tagħha, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u n-natura tal-massa jew tas-serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

Korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi marbuta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir jew il-faċilitajiet kollha meħtieġa.

Artikolu 39 7.

Il-persunal responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkollu dan li ġej:

(a) 

taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha ta’ valutazzjoni ta’ konformità li fir-rigward tagħhom il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità jkun ġie notifikat;

(b) 

għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jwettaq u awtorità adegwata biex iwettaq dawk il-valutazzjonijiet;

(c) 

għarfien u fehim adegwat tar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Anness I, tal-ispeċifikazzjonijiet komuni u l-istandards armonizzati applikabbli, u tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti ta’ implimentazzjoni u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(d) 

il-kapaċità li jfassal ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu twettqu.

Artikolu 39 8.
L-imparzjalità tal-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità, tal-maniġment tal-ogħla livell u tal-persunal ta’ valutazzjoni tagħhom għandha tkun iggarantita.

Ir-rimunerazzjoni tal-membri tal-maniġment tal-ogħla livell u tal-persunal ta’ valutazzjoni ta’ korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta’ valutazzjonijiet li jwettqu jew mir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

Artikolu 39 9.
Il-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandhom jipprevedu polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tinġarrx mill-Istat Membru tagħhom skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni ta’ konformità.
Artikolu 39 10.
Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jkun qed iwettaq il-kompiti tiegħu skont l-Anness VIII jew skont kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħal lil dak l-Anness fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru fejn jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom ikunu protetti. Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkollu proċeduri dokumentati li jiżguraw il-konformità ma’ dan il-paragrafu.
Artikolu 39 11.
Il-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandhom jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korpi notifikati stabbilit skont l-Artikolu 51, jew jiżguraw li l-persunal ta’ valutazzjoni tagħhom ikun jaf bihom, u għandhom japplikaw bħala gwida ġenerali d-dokumenti u d-deċiżjonijiet amministrattivi prodotti b’riżultat tal-ħidma ta’ dak il-grupp.
Artikolu 39 12.
Il-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandhom joperaw f’konformità ma’ ġabra ta’ termini u kundizzjonijiet konsistenti, ġusti, proporzjonati u raġonevoli, filwaqt li jevitaw piż żejjed fuq l-operaturi ekonomiċi, filwaqt li jqisu b’mod partikolari l-interessi tal-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju b’rabta mat-tariffi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit