+Parti 6 – Kriterji għall-eliġibbiltà u mmaniġġjar ta’ kollateral
---+19. Skont id-Direttiva 2014/49/UE, l-SGDs għandhom jaċċettaw biss assi b’riskju baxx bħala …
---+20. L-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura għandhom jipprovdu wkoll il-limiti tal-iskopertura, u …
---+21. L-SGDs għandhom jillimitaw l-iskopertura għad-dejn tagħhom, kemm jekk pubbliku kif ukoll jekk …
---+22. Barra minn hekk, l-SGDs u l-awtoritajiet maħtura għandhom jindirizzaw b’mod adegwat …
---+23. L-immaniġġjar tal-kollateral jista’ jsir mill-SGD stess, jew minn parti terza bħala parti minn …
|
Parti 6 – Kriterji għall-eliġibbiltà u mmaniġġjar ta’ kollateral
Parti 6 – Kriterji għall-eliġibbiltà u mmaniġġjar ta’ kollateral
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
19. Skont id-Direttiva 2014/49/UE, l-SGDs għandhom jaċċettaw biss assi b’riskju baxx bħala …
|
Skont id-Direttiva 2014/49/UE, l-SGDs għandhom jaċċettaw biss assi b’riskju baxx bħala kollateral biex jassiguraw l-ammont tal-impenn ta’ pagament. L-SGDs u l-awtoritajiet maħtura għandhom jiddeterminaw kriterji xierqa dwar l-eliġibbiltà tal-kollateral, b’kunsiderazzjoni għar-riskji tal-krediti u tas-suq tal-emittenti tal-assi b’riskju baxx u l-likwidità ta’ dawk l-assi, bħala mod kif jiġu evitati assi li mhumiex likwidi. Huma għandhom jikkunsidraw ukoll ir-riskji tal-konċentrazzjoni u tal-kambju. Fil-prinċipju, il-kriterji dwar l-eliġibbiltà attribwiti lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Unjoni Ewropea għandhom jitqiesu bħala li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din il-Parti 6 ta’ dawn il-linji gwida.
|
|
20. L-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura għandhom jipprovdu wkoll il-limiti tal-iskopertura, u …
|
L-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura għandhom jipprovdu wkoll il-limiti tal-iskopertura, u jiżguraw li għal kull istituzzjoni ta’ kreditu, hemm diversifikazzjoni għolja tal-assi fir-rigward, talinqas, tal-emittenti u l-maturità. Għal istituzzjonijiet żgħar li mhumiex kapaċi jipprovdu assi b’riskju baxx konformi mar-rekwiżiti dwar il-limiti tad-diversifikazzjoni u tal-iskopertura, il-livell ta’ diversifikazzjoni tal-assi b’riskju baxx ikkunsinnati bħala kollateral jista’ jkun iktar baxx sakemm xorta jintlaħaq livell kumplessivament għoli ta’ diversifikazzjoni ta’ assi b’riskju baxx fil-portafoll kollaterali tal-SGDs
|
|
21. L-SGDs għandhom jillimitaw l-iskopertura għad-dejn tagħhom, kemm jekk pubbliku kif ukoll jekk …
|
L-SGDs għandhom jillimitaw l-iskopertura għad-dejn tagħhom, kemm jekk pubbliku kif ukoll jekk privat, li l-valur tiegħu huwa korrelatat ħafna ma’ avvenimenti fejn l-SGD ikollha tħallas lura lid-depożitaturi jew tikkontribwixxi għal riżoluzzjoni u għalhekk, jista’ jitlob li jsir l-impenn ta’ pagament. Madankollu, il-munita ta’ denominazzjoni tad-dejn ma għandhiex tkun ikkunsidrata għal dan l-għan minħabba li tpoġġi limiti eċċessivi fuq il-kapaċità li wieħed jipprovdi kollateral. Madankollu, b’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għal istituzzjonijiet żgħar li mhumiex kapaċi jipprovdu assi bħala kollateral b’konformità mar-rekwiżit, il-livell ta’ korrelazzjoni jista’ jkun ogħla, sakemm il-livell kumplessiv ta’ korrelazzjoni mal-portafoll tal-SGD jibqa’ baxx.
|
|
22. Barra minn hekk, l-SGDs u l-awtoritajiet maħtura għandhom jindirizzaw b’mod adegwat …
|
Barra minn hekk, l-SGDs u l-awtoritajiet maħtura għandhom jindirizzaw b’mod adegwat id-differenzi, fejn jeżistu, bejn il-munita ta’ denominazzjoni tal-kollateral u l-munita ta’ denominazzjoni tad-depożiti koperti tal-SGD.
|
|
23. L-immaniġġjar tal-kollateral jista’ jsir mill-SGD stess, jew minn parti terza bħala parti minn …
|
L-immaniġġjar tal-kollateral jista’ jsir mill-SGD stess, jew minn parti terza bħala parti minn servizz ta’ mmaniġġjar kollaterali tripartit sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti f’dawn il-linji gwida.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|