+109. Jenħtieġ li l-RDS jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: (a) karatteristiċi tar-riskju …
|
109. Jenħtieġ li l-RDS jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: (a) karatteristiċi tar-riskju …
Jenħtieġ li l-RDS jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: - (a) karatteristiċi tar-riskju relatati mad-debitur, mat-tranżazzjoni u mal-istituzzjoni kif ukoll fatturi esterni, kif imsemmi fil-paragrafu 121, li jkunu motivaturi potenzjali tar-riskju fid-dati ta’ referenza rilevanti kif speċifikat fil-paragrafu 122;
- (b) mument (data) tal-inadempjenza;
- (c) l-iskattatturi inadempjenti kollha li jkunu seħħew, inklużi kemm l-avvenimenti skaduti kif ukoll l-improbabbiltà li jitħallsu l-avvenimenti, anki wara l-identifikazzjoni tal-inadempjenza; fil-każ ta’ skoperturi soġġetti għal ristrutturar ta’ diffikultà, l-ammont li bih l-obbligu finanzjarju jkun naqas ikkalkolat skont il-Linji Gwida tal-EBA dwar id-definizzjoni ta’ inadempjenza;
- (d) l-ammont pendenti tal-iskopertura waqt l-inadempjenza, inklużi l-kapital, l-imgħax u t-tariffi;
- (e) l-ammonti u l-għażla taż-żmien tal-ġbid addizzjonali wara l-inadempjenza;
- (f) l-ammonti u l-għażla taż-żmien tat-tħassir;
- (g) il-valuri tal-kollaterali assoċjati mal-iskopertura u, fejn ikun applikabbli, it-tip ta’ valutazzjoni (bħall-valur fis-suq jew il-valur tas-self ipotekarju kif definit fil-punti (74) u (76) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013), id-data ta’ valutazzjoni, twissija dwar jekk il-kollateral ikunx inbiegħ u l-prezz tal-bejgħ;
- (h) informazzjoni dwar kull dipendenza bejn ir-riskju tad-debitur u r-riskju tal-kollateral jew tal-fornitur tal-kollateral;
- (i) it-tipi, l-ammonti u l-maturitajiet tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, inklużi l-ispeċifikazzjoni u l-kwalità tal-kreditu tal-fornitur tal-protezzjoni;
- (j) l-ammonti, l-għażla taż-żmien u s-sorsi ta’ rkupru;
- (k) l-ammonti, l-għażla taż-żmien u s-sorsi tal-ispejjeż diretti assoċjati mal-proċessi ta’ rkupru;
- (l) identifikazzjoni ċara tat-tip ta’ terminazzjoni tal-proċess ta’ rkupru;
- (m) fejn ikun applikabbli, diskrepanzi fil-muniti bejn tnejn jew aktar mill-elementi li ġejjin: l-unità monetarja li tintuża mill-istituzzjoni għal dikjarazzjonijiet finanzjarji, l-obbligu sottostanti, kwalunkwe protezzjoni tal-kreditu iffinanzjata jew mhux iffinanzjata u kwalunkwe fluss tal-flus mil-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur;
- (n) l-ammont ta’ telf realizzat.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|