+6.1 General requirements specific to LGD estimation
---+100. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet li kisbu l-permess li jużaw l-istimi proprji tal-LGD skont …
---+101. Sabiex jiġi stmat l-LGD, fir-rigward ta’ inadempjenzi rikonoxxuti fuq faċilità waħda, fejn …
---+102. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħtu stima tal-LGDs tagħhom stess abbażi tel-esperjenza …
---+103. Fejn fil-każ ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumaturi u riċevibbli korporattivi mixtrija …
---+104. Mudell tal-LGD jista’ jinkludi diversi metodi differenti, speċjalment fir-rigward ta’ tipi …
---+105. Jenħtieġ li -istituzzjonijiet ikunu kapaċi juru li l-metodi li huma jagħżlu sabiex jiġi stmat …
---+106. Jenħtieġ li l-metodi li jintużaw mill-istituzzjoni fl-istima tal-LGD, is-suppożizzjonijiet li …
---+107. Sabiex jiġi stmat l-LGD, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw RDS li jkopri l-elementi kollha …
---+108. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jinkludu fl-RDS informazzjoni dwar ir-riżultati tal-proċessi …
---+109. Jenħtieġ li l-RDS jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: (a) karatteristiċi tar-riskju …
---+110. Skont l-Artikolu 229(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw …
---+111. Fejn l-istituzzjonijiet jidderivaw l-istimi tal-LGD mit-telf realizzat u mill-istimi xierqa …
---+112. Fejn informazzjoni aggregata tinġabar u tinħażen, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżviluppaw …
---+113. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet juru li fil-bażijiet tad-data tagħhom huma jiġbru u jaħżnu …
---+114. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jieħdu passi raġonevoli sabiex jirrikonoxxu s-sorsi tal-flussi …
---+115. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jirrikonoxxu l-irkupri bħala li ġejjin minn kollaterali …
---+116. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 115, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddeterminaw …
---+117. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw jekk il-valur tal-ksib lura jirriflettix b’mod …
---+118. F’kull każ, jenħtieġ li l-ksib lura tal-kollateral jiġi rikonoxxut fil-mument tal-ksib lura u …
---+119. Jenħtieġ li kwalunkwe bejgħ tal-obbligi tal-kreditu skont il-punt (d) tal-paragrafu 115 jiġi …
---+120. Skont il-punt (f) tal-paragrafu 115, l-istituzzjonijiet jistgħu jispeċifikaw u jirrikonoxxu …

6.1 General requirements specific to LGD estimation

6.1.1 LGD estimation methodologies

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
100. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet li kisbu l-permess li jużaw l-istimi proprji tal-LGD skont …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet li kisbu l-permess li jużaw l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jassenjaw stima tal-LGD għal kull skopertura mhux inadempjenti u stima tal-LGD fl-inadempjenza u EL BE għal kull skopertura f’inadempjenza fil-medda ta’ applikazzjoni tas-sistema tal-klassifikazzjoni soġġetta għal dan il-permess skont l-Artikoli 172 u 173 tar-Regolament (EU) Nru 575/2013. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħtu stima tal-LGDs għal kull grad ta’ faċilità tal-iskala distinta ta’ klassifikazzjoni tal-faċilitajiet jew għall-aggregazzjonijiet kollha li jkunu inkorporati fis-sistema tal-klassifikazzjoni. Sabiex jiġi stmat l-LGD, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jittrattaw kull faċilità f’inadempjenza bħala osservazzjoni distinta ta’ inadempjenza, sakemm ma tkunx ġiet rikonoxxuta aktar minn inadempjenza indipendenti waħda fuq faċilità waħda li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 101.

101. Sabiex jiġi stmat l-LGD, fir-rigward ta’ inadempjenzi rikonoxxuti fuq faċilità waħda, fejn …

Sabiex jiġi stmat l-LGD, fir-rigward ta’ inadempjenzi rikonoxxuti fuq faċilità waħda, fejn iż-żmien bejn il-mument tar-ritorn tal-iskopertura għal stat mhux inadempjenti u l-klassifikazzjoni sussegwenti bħala inadempjenti jkun iqsar minn disa’ xhur, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jittrattaw din l-iskopertura bħala li kienet il-ħin kollu inadempjenti mill-ewwel mument minn meta seħħet l-inadempjenza. L-istituzzjonijiet jistgħu jispeċifikaw perjodu itwal minn disa’ xhur sabiex iż-żewġ inadempjenzi sussegwenti jiġu kkunsidrati bħala inadempjenza waħda fl-istima tal-LGD, jekk din tkun adegwata għat-tip speċifiku ta’ skoperturi u tirrifletti t-tifsira ekonomika tal-esperjenza ta’ inadempjenza.

102. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħtu stima tal-LGDs tagħhom stess abbażi tel-esperjenza …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħtu stima tal-LGDs tagħhom stess abbażi tel-esperjenza tat-telf u tal-irkupru tagħhom stess, kif rifless fid-data storika dwar l-iskopeturi inadempjenti. L-istituzzjonijiet jistgħu jissupplimentaw id-data storika tagħhom stess dwar l-iskoperturi inadempjenti b’data esterna. B’mod partikolari, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jidderivaw l-istimi tagħhom tal-LGD biss mill-prezzijiet fis-suq tal-istrumenti finanzjarji, inklużi, iżda mhux limitati għal, self, bonds jew strumenti ta’ inadempjenza tal-kreditu kummerċjabbli, iżda jistgħu jużaw din l-informazzjoni biex jissupplimentaw id-data storika tagħhom stess.

103. Fejn fil-każ ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumaturi u riċevibbli korporattivi mixtrija …

Fejn fil-każ ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumaturi u riċevibbli korporattivi mixtrija, l-istituzzjonijiet jidderivaw l-istimi tal-LGD minn telf realizzat u minn stimi xierqa tal-PDs skont l-Artikoli 161(2) u 181(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li huma jiżguraw li:

  • (a) il-proċess sabiex jiġi stmat it-telf totali jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 179 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li r-riżultat ikun konsistenti mal-kunċett ta’ LGD kif stipulat fl-Artikolu 181(1)(a) ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll mar-rekwiżiti speċifikati fil-Kapitolu 6, b’mod partikolari mal-kunċett ta’ telf ekonomiku, kif speċifikat fit-taqsima 6.3.1;
  • (b) il-proċess sabiex jiġi stmat il-PD jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 179 u 180 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll ir-rekwiżiti speċifikati fil-Kapitolu 5.
104. Mudell tal-LGD jista’ jinkludi diversi metodi differenti, speċjalment fir-rigward ta’ tipi …

Mudell tal-LGD jista’ jinkludi diversi metodi differenti, speċjalment fir-rigward ta’ tipi differenti ta’ kollateral, li jitħalltu flimkien sabiex jintlaħaq LGD għal faċilità partikolari.

105. Jenħtieġ li -istituzzjonijiet ikunu kapaċi juru li l-metodi li huma jagħżlu sabiex jiġi stmat …

Jenħtieġ li -istituzzjonijiet ikunu kapaċi juru li l-metodi li huma jagħżlu sabiex jiġi stmat l-LGD ikunu xierqa għall-attivitajiet tagħhom u għat-tip ta’ skoperturi li għalihom japplikaw l-istima u jkunu kapaċi jiġġustifikaw is-suppożizzjonijiet teoretiċi li jkunu bbażati fuq dawk il-metodi. Jenħtieġ li l-metodi li jintużaw fl-istima tal-LGD b’mod partikolari jkunu konsistenti mal-politiki tal-ġbir u ta’ rkupru addottati mill-istituzzjoni u jikkunsidraw xenarji ta’ rkupru possibbli kif ukoll differenzi potenzjali fl-ambjent legali fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti.

106. Jenħtieġ li l-metodi li jintużaw mill-istituzzjoni fl-istima tal-LGD, is-suppożizzjonijiet li …

Jenħtieġ li l-metodi li jintużaw mill-istituzzjoni fl-istima tal-LGD, is-suppożizzjonijiet li jkunu bbażati fuq dawn il-metodi, il-kunsiderazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kwalunkwe effett ta’ tnaqqis, it-tul tas-serje tad-data li tintuża, l-MoC, il-ġudizzju uman u, fejn ikun applikabbli, l-għażla tal-motivaturi tar-riskju jkunu adegwati għat-tip ta’ skoperturi li jiġu applikati għalihom.

6.1.2 Rekwiżiti tad-data għall-istima tal-LGD

107. Sabiex jiġi stmat l-LGD, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw RDS li jkopri l-elementi kollha …

Sabiex jiġi stmat l-LGD, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw RDS li jkopri l-elementi kollha li ġejjin:

  • (a) l-inadempjenzi kollha identifikati matul il-perjodu ta’ osservazzjoni storika speċifikat skont it-taqsima 6.3.2.1;
  • (b) id-data kollha meħtieġa sabiex jiġu kkalkolati l-LDGs realizzati skont it-taqsima 6.3.1;
  • (c) il-fatturi rilevanti li jistgħu jintużaw biex l-iskoperturi inadempjenti jiġu raggruppati f’modi sinifikanti u l-motivaturi rilevanti tat-telf, inklużi l-valuri tagħhom waqt l-inadempjenza u mill-inqas fis-sena ta’ qabel l-inadempjenza, meta jkunu disponibbli.
108. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jinkludu fl-RDS informazzjoni dwar ir-riżultati tal-proċessi …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jinkludu fl-RDS informazzjoni dwar ir-riżultati tal-proċessi ta’ rkupru, inklużi l-irkupri u l-ispejjeż, relatati ma’ kull skopertura inadempjenti individwali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jinkludu:

  • (a) informazzjoni dwar ir-riżultati tal-proċessi ta’ rkupru mhux kompluti sad-data ta’ referenza għall-istima tal-LGD;
  • (b) informazzjoni dwar ir-riżultati tal-proċessi ta’ rkupru fil-livell tal-portafoll, fejn din l-aggregazzjoni tal-informazzjoni tkun iġġustifikata, u b’mod partikolari fil-każ ta’ spejjeż indiretti u l-bejgħ ta’ portafoll ta’ obbligi tal-kreditu.
  • (c) informazzjoni dwar data esterna jew aggregata li tintuża fl-istima tal-LGDs.
109. Jenħtieġ li l-RDS jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: (a) karatteristiċi tar-riskju …

Jenħtieġ li l-RDS jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

  • (a) karatteristiċi tar-riskju relatati mad-debitur, mat-tranżazzjoni u mal-istituzzjoni kif ukoll fatturi esterni, kif imsemmi fil-paragrafu 121, li jkunu motivaturi potenzjali tar-riskju fid-dati ta’ referenza rilevanti kif speċifikat fil-paragrafu 122;
  • (b) mument (data) tal-inadempjenza;
  • (c) l-iskattatturi inadempjenti kollha li jkunu seħħew, inklużi kemm l-avvenimenti skaduti kif ukoll l-improbabbiltà li jitħallsu l-avvenimenti, anki wara l-identifikazzjoni tal-inadempjenza; fil-każ ta’ skoperturi soġġetti għal ristrutturar ta’ diffikultà, l-ammont li bih l-obbligu finanzjarju jkun naqas ikkalkolat skont il-Linji Gwida tal-EBA dwar id-definizzjoni ta’ inadempjenza;
  • (d) l-ammont pendenti tal-iskopertura waqt l-inadempjenza, inklużi l-kapital, l-imgħax u t-tariffi;
  • (e) l-ammonti u l-għażla taż-żmien tal-ġbid addizzjonali wara l-inadempjenza;
  • (f) l-ammonti u l-għażla taż-żmien tat-tħassir;
  • (g) il-valuri tal-kollaterali assoċjati mal-iskopertura u, fejn ikun applikabbli, it-tip ta’ valutazzjoni (bħall-valur fis-suq jew il-valur tas-self ipotekarju kif definit fil-punti (74) u (76) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013), id-data ta’ valutazzjoni, twissija dwar jekk il-kollateral ikunx inbiegħ u l-prezz tal-bejgħ;
  • (h) informazzjoni dwar kull dipendenza bejn ir-riskju tad-debitur u r-riskju tal-kollateral jew tal-fornitur tal-kollateral;
  • (i) it-tipi, l-ammonti u l-maturitajiet tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, inklużi l-ispeċifikazzjoni u l-kwalità tal-kreditu tal-fornitur tal-protezzjoni;
  • (j) l-ammonti, l-għażla taż-żmien u s-sorsi ta’ rkupru;
  • (k) l-ammonti, l-għażla taż-żmien u s-sorsi tal-ispejjeż diretti assoċjati mal-proċessi ta’ rkupru;
  • (l) identifikazzjoni ċara tat-tip ta’ terminazzjoni tal-proċess ta’ rkupru;
  • (m) fejn ikun applikabbli, diskrepanzi fil-muniti bejn tnejn jew aktar mill-elementi li ġejjin: l-unità monetarja li tintuża mill-istituzzjoni għal dikjarazzjonijiet finanzjarji, l-obbligu sottostanti, kwalunkwe protezzjoni tal-kreditu iffinanzjata jew mhux iffinanzjata u kwalunkwe fluss tal-flus mil-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur;
  • (n) l-ammont ta’ telf realizzat.
110. Skont l-Artikolu 229(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw …

Skont l-Artikolu 229(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw diversi metodi għall-valutazzjoni tal-kollateral fil-forma ta’ proprjetà immobbli, inkluż, b’mod partikolari, il-valur fis-suq jew il-valur tas-self ipotekarju kif iddefinit fil-punti (74) u (76) tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament. Fejn l-istituzzjonijiet jużaw diversi approċċi ta’ valutazzjoni fir-rigward ta’ proprjetajiet immobbli li jassiguraw l-iskoperturi inklużi fil-medda ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni partikolari, jenħtieġ li jiġbru u jaħżnu l-informazzjoni dwar it-tip ta’ valutazzjoni fl-RDS u jużaw din l-informazzjoni b’mod konsistenti fl-istima tal-LGD u fl-applikazzjoni tal-istimi tal-LGD.

111. Fejn l-istituzzjonijiet jidderivaw l-istimi tal-LGD mit-telf realizzat u mill-istimi xierqa …

Fejn l-istituzzjonijiet jidderivaw l-istimi tal-LGD mit-telf realizzat u mill-istimi xierqa tal-PDs skont l-Artikoli 161(2) u 181(2)(a) tar-Regolament (UE) 575/2013, huma jenħtieġ li jużaw RDS li jinkludi t-telf realizzat fuq l-inadempjenzi kollha identifikati matul il-perjodu ta’ osservazzjoni storika speċifikat skont it-taqsima 6.3.2.1 u l-motivaturi rilevanti tat-telf.

112. Fejn informazzjoni aggregata tinġabar u tinħażen, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżviluppaw …

Fejn informazzjoni aggregata tinġabar u tinħażen, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżviluppaw metodoloġija xierqa għall-allokazzjoni tal-irkupri u tal-ispejjeż għal skoperturi individwali inadempjenti u japplikaw din il-metodoloġija b’mod konsistenti fil-koperturi u matul iż-żmien. F’kull każ, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet juru li l-proċess tal-allokazzjoni tal-irkupri u tal-ispejjeż ikun effettiv u li ma jwassalx għal stimi preġudikati tal-LGD.

113. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet juru li fil-bażijiet tad-data tagħhom huma jiġbru u jaħżnu …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet juru li fil-bażijiet tad-data tagħhom huma jiġbru u jaħżnu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jikkalkolaw l-ispejjeż diretti u indiretti. Jenħtieġ li l-ispejjeż indiretti materjali kollha jiġu allokati għall-iskoperturi korrispondenti. Jenħtieġ li dan il-proċess tal-allokazzjoni tal-ispejjeż ikun ibbażat fuq l-istess prinċipji u tekniki li l-istituzzjonijiet jużaw fis-sistemi kontabilistiċi tal-ispejjeż tagħhom stess. Għall-finijiet tal-allokazzjoni tal-ispejjeż indiretti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw metodi bbażati fuq medji ponderati skont l-iskopertura, jew metodi statistiċi bbażati fuq kampjun rappreżentattiv fil-popolazzjoni tad-debituri jew faċilitajiet inadempjenti.

114. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jieħdu passi raġonevoli sabiex jirrikonoxxu s-sorsi tal-flussi …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jieħdu passi raġonevoli sabiex jirrikonoxxu s-sorsi tal-flussi tal-flus u jallokawhom b’mod adegwat għall-kollateral speċifiku jew għall-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata li tkun seħħet. Meta s-sors tal-flussi tal-flus ma jkunx jista’ jiġi identifikat, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw politiki ċari għat-trattament u għalll-allokazzjoni ta’ dawn l-irkupri tal-flussi tal-flus, li ma għandhomx iwasslu għal preġudizzju fl-istima tal-LGD.

6.1.3 Irkupri minn kollaterali

115. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jirrikonoxxu l-irkupri bħala li ġejjin minn kollaterali …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jirrikonoxxu l-irkupri bħala li ġejjin minn kollaterali fis-sitwazzjonijiet kollha li ġejjin:

  • (a) il-kollateral jinbiegħ mid-debitur u l-prezz miksub ikun ġiet użat sabiex jiġu koperti partijiet mill-ammont pendenti jew l-ammont pendenti kollu tal-obbligu tal-kreditu inadempjenti;
  • (b) il-kollateral jinkiseb lura jew jinbiegħ mill-istituzzjoni, mill-impriża omm jew minn kwalunkwe waħda mis-sussidjarji tagħha f’isem l-istituzzjoni;
  • (c) il-kollateral jinbiegħ f’irkant pubbliku tal-proprjetà permezz ta’ inġunzjoni jew f’proċedura simili skont il-qafas legali applikabbli;
  • (d) l-obbligu tal-kreditu jinbiegħ flimkien mal-kollateral u l-prezz tal-bejgħ għall-obbligu tal-kreditu inkluda l-kollateral eżistenti;
  • (e) fil-każ ta’ kiri, l-oġġett tal-kiri jinbiegħ mill-istituzzjoni;
  • (f) il-kollateral jiġi realizzat permezz ta’ kwalunkwe metodu ieħor li jkun eliġibbli taħt il-qafas legali tal-ġurisdizzjoni rilevanti.
116. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 115, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddeterminaw …

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 115, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddeterminaw il-valur tal-ksib lura bħala l-valur li bih l-obbligu tal-kreditu tad-debitur ikun naqas bħala riżultat tal-ksib lura tal-kollateral, u li bih il-kollateral li nkiseb lura ġie rreġistrat bħala ass fuq il-karta bilanċjali tal-istituzzjoni. Fejn dawn il-valuri jkunu differenti, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-aktar valur baxx miż-żewġ valuri tal-ksib lura. Il-valur tal-ksib lura jenħtieġ li jiġi kkunsidrat bħala valur ta’ rkupru fid-data tat-teħid lura u jiġi inkluż fil-kalkolu tat-telf ekonomiku u tal-LGD realizzat skont it-taqsima 6.3.1.

117. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw jekk il-valur tal-ksib lura jirriflettix b’mod …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw jekk il-valur tal-ksib lura jirriflettix b’mod adegwat il-valur tal-kollateral li nkiseb lura, b’mod konsistenti ma’ kwalunkwe rekwiżit intern stabbilit għall-ġestjoni tal-kollateral, għaċ-ċertezza tad-dritt u għall-ġestjoni tar-riskju. Fejn il-kollateral li nkiseb lura jissodisfa l-kriterji għal assi likwidi ta’ kwalità għolja fil-Livell 1, kif definit fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw il-valur fis-suq tal-kollateral direttament bħala rkupru realizzat fil-ħin tal-ksib lura. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet japplikaw telf impost għall-valur tal-ksib lura u, fil-kalkolu tat-telf ekonomiku, jinkludu rkupru fl-ammont tal-valur tal-ksib lura wara li japplikaw it-telf impost b’mod xieraq. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħtu stima ta’ dan it-telf impost filwaqt li jikkunsidraw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

  • (a) it-telf impost għandu jirrifletti żbalji possibbli fil-valutazzjoni tal-kollateral fil-mument tal-ksib lura, filwaqt li jikkunsidra t-tip tal-valutazzjoni disponibbli fil-mument tal-ksib lura, id-data li fiha dan sar u l-likwidità tas-suq għal dan it-tip ta’ ass;
  • (b) it-telf impost jenħtieġ li jiġi stmat bis-suppożizzjoni li l-istituzzjoni beħsiebha tbigħ il-kollateral li nkiseb lura lil parti terza indipendenti u għandu jirrifletti l-prezz potenzjali li jista’ jinkiseb minn dan il-bejgħ, l-ispejjeż tal-bejgħ u l-effett ta’ skont għall-perjodu ta’ bejn il-bejgħ tal-ksib lura u l-mument tal-kisb lura, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-likwidità tas-suq għal dan it-tip ta’ ass;
  • (c) fejn ikun hemm osservazzjonijiet disponibbli rigward il-ksib lura u bejgħ sussegwenti ta’ tipi simili ta’ kollaterali, jenħtieġ li l-istima tat-telf impost tkun ibbażata fuq dawn l-osservazzjonijiet u tiġi regolarment ittestjata b’mod retrospettiv; għal dan il-għan jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw dan kollu li ġej:
  • (i) id-differenza bejn il-valur tal-ksib lura u l-prezz tal-bejgħ, speċjalment fejn ma kien hemm l-ebda bidla sinifikanti fil-kundizzjonijiet tas-suq u dawk ekonomiċi bejn il-mument tal-ksib lura u l-mument tal-bejgħ;
  • (ii) kwalunkwe dħul u spiża relatati ma’ dan l-ass li kienu ġew osservati bejn id-data tal-ksib lura u l-mument tal-bejgħ;
  • (iii) effetti ta’ skont;
  • (iv) jekk l-istituzzjoni tkunx kisbet lura l-kollateral bl-għan ta’ bejgħ immedjat jew jekk ġietx adottata strateġija oħra.
  • (d) fejn l-osservazzjonijiet storiċi li jirrigwardaw il-ksib lura u l-bejgħ sussegwenti ta’ tipi simili ta’ kollaterali ma jkunux disponibbli, jenħtieġ li l-istima tat-telf impost tkun ibbażata fuq valutazzjoni ta’ każ b’każ, inkluża l-analiżi tal-kundizzjonijiet attwali tas-suq u dawk ekonomiċi;
  • (e) inqas ma istituzzjoni jkollha data dwar ksib lura preċedenti u inqas ma jkun likwidu s-suq għat-tip partikolari ta’ assi, aktar tiżdied l-inċertezza mal-istimi li jirriżultaw, li jenħtieġ li tiġi riflessa b’mod adegwat fl-MoC skont it-taqsima 4.4.3.
118. F’kull każ, jenħtieġ li l-ksib lura tal-kollateral jiġi rikonoxxut fil-mument tal-ksib lura u …

F’kull każ, jenħtieġ li l-ksib lura tal-kollateral jiġi rikonoxxut fil-mument tal-ksib lura u ma jipprevenix lill-istituzzjoni milli tagħlaq il-proċess ta’ rkupru skont il-paragrafu 155.

119. Jenħtieġ li kwalunkwe bejgħ tal-obbligi tal-kreditu skont il-punt (d) tal-paragrafu 115 jiġi …

Jenħtieġ li kwalunkwe bejgħ tal-obbligi tal-kreditu skont il-punt (d) tal-paragrafu 115 jiġi inkluż fl-istima tal-LGD b’mod li jkun xieraq għall-metodoloġija tal-istima tal-LGD, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

  • (a) fejn l-istituzzjonijiet ibigħu regolarment obbligi tal-kreditu bħala parti mill-proċessi ta’ rkupru tagħhom, jenħtieġ li jirriflettu b’mod xieraq l-osservazzjonijiet relatati mal-obbligi tal-kreditu soġġetti għall-bejgħ fil-proċess tal-iżvilupp tal-mudell;
  • (b) fejn l-istituzzjonijiet ma jbigħux regolarment obbligi tal-kreditu bħala parti mill-proċessi ta’ rkupru tagħhom u l-allokazzjoni tal-parti tal-prezz relatata mal-kollaterali tkun wisq ta’ piż biex issir jew wisq mhux affidabbli, huma jistgħu jiddeċiedu li ma jikkunsidrawx dawn l-osservazzjonijiet fil-proċess tal-iżvilupp tal-mudell;
  • (c) jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ma jittrattawx irkupri mill-bejgħ ta’ obbligi tal-kreditu garantiti bħala rkupri realizzati mingħajr l-użu ta’ kollaterali, sakemm ma jkunux jistgħu juru li l-irkupri relatati ma’ dawn il-kollaterali jkunu immaterjali;
  • (d) f’kull każ, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jinkludu l-osservazzjonijiet kollha, inkluż il-bejgħ ta’ obbligi tal-kreditu, fil-kalkolu tal-LGD medju fuq perjodu twil.
120. Skont il-punt (f) tal-paragrafu 115, l-istituzzjonijiet jistgħu jispeċifikaw u jirrikonoxxu …

Skont il-punt (f) tal-paragrafu 115, l-istituzzjonijiet jistgħu jispeċifikaw u jirrikonoxxu kwalunkwe forma oħra ta’ kif il-kollaterali jiġu realizzati adegwata għat-tipi ta’ kollaterali li jintużaw mill-istituzzjonijiet li jkunu eliġibbli skont il-qafas legali applikabbli. Waqt li jkunu qegħdin jirrikonoxxu forom oħra kif il-kollateral jiġi realizzat, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw il-fatt li l-kollateral jista’ jieħu diversi forom u li diversi forom ta’ kollaterali jistgħu jkunu relatati mal-istess ass. Fejn forom differenti ta’ kollateral jirreferi għall-istess ass iżda r-realizzazzjoni ta’ wieħed mill-kollaterali ma jnaqqasx il-valur tal-ieħor, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidrawhom kollaterali separati fil-proċess tal-istima tal-LGD. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jirrikonoxxu b’mod separat il-forma ta’ kollateral li tagħti dritt li l-ass jinkiseb lura jew jinbigħ (bħal self ipotekarju) u l-forma ta’ kollateral li tagħti dritt li jinġabru l-flussi tal-flus iġġenerati mill-ass (bħal ċessjoni ta’ kiri jew tariffi).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/