+Definizzjonijiet
---+7. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid - Direttiv a 2013/36/UE …

Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
7. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid - Direttiv a 2013/36/UE …

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid - Direttiv a 2013/36/UE2 u fir - Regolament (UE) Nru 575/20133 għandhom l - istess tifsira fil - linji gwida. Barra minn hekk, għall - finijiet ta’ dawn il - linji gwida, japplikaw id - definizzjonijiet li ġejjin:

Riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax li jirriżulta minn attivitajiet li mhumiex parti mill - portafoll tan- negozjarIr- riskju attwali jew prospettiv kemm għall - qligħ kif ukoll għall - valur ekonomiku ta’ istituzzjoni li jirriżulta minn caqliq avvers fir -rati tal- imgħax li jaffettwa strumenti sensittivi għar - rati tal- imgħax, inklużi r - riskju ta’ diskrepanza, ir- riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjonijiet.
Strumenti sensittivi għar -rati tal- imgħaxAssi, obbligazzjonijiet u entrati li ma jidhrux fil - karta tal -bi lanċ fil - portafoll mhux tan - negozjar, minbarra assi mnaqqsa mill - kapital tas -CET1, eż. proprjetà immobbli jew assi intanġibbli jew skoperturi tal - ekwità fil - portafoll mhux tan - negozjar.
Riskju ta’ diskrepanzaRiskju li jirriżulta mill - istruttura tat - termi nu ta’ strumenti sensittivi għar -rati tal- imgħax li jiġi kkawżat minn differenzi fit - twaqqit tal - bidliet fir - rata tagħhom, li jkopri bidliet għall - istruttura tat - terminu ta’ rati tal - imgħax li jseħħu konsistentement madwar il - kurva tar - rendiment (riskju parallel) jew inkella differenzjalment skont il - perjodu (riskju mhux parallel).
Riskju ta’ bażiRiskju li jirriżulta mill - impatt ta’ bidliet relattivi fir -rati tal- imgħax fuq strumenti sensittivi għar - rati tal- imgħax li jkollhom perjodi ta’ maturità differenti iżda li jkunu pprezzati bl - użu ta’ indiċijiet differenti tar -rati tal- imgħax. Ir - riskju ta’ bażi jirriżulta mill - korrelazzjoni imperfetta fl - aġġustament tar - rati gwadanjati u mħallsa fuq strumenti differenti sensittivi għar -rati tal-imgħax b’karatteristiki tal - bidla fir - rata li f’modi oħra huma simili.
Riskju tal - opzjonijietRiskju li jirriżulta mill - opzjonijiet (inkorporati u espliċiti), fejn l - istituzzjoni jew il - klijent tagħha jistgħu jibdlu l - livell u t - twaqqit tal - flussi tal - flus tagħhom, jiġifieri r - riskju li jirriżulta minn strumenti sensittivi għar -rati tal- imgħax fejn id - detentur kważi żgur jeżerċita l - opzjoni jekk din tkun fl - interess finanzjarju tiegħu (opzjonijiet awtomatiċi inkorporati jew espliċiti) u r - riskju li jirriżulta minn flessibbiltà inkorporata b’mod impliċitu jew fi ħdan it - termini ta’ strumenti sensittivi għar -rati tal- imgħax, b’tali mod li bidliet fir -rati tal- imgħax jistgħu jeffettwaw bidla fl - imġiba tal - klijent (riskju inkorporat tal - opzjoni komportamentali).
Riskju ta’ firxiet tal - kreditu li jirriżulta minn attivitajiet li mhumiex parti mill - portafoll tan - negozjar (CSRBB)Ir- riskju xprunat minn bidliet fil - perċezzjoni tas - suq dwar il - prezz tar - riskju ta’ kreditu, il - primjum tal - likwidità u l - potenzjal li komponenti oħra ta’ strumenti riskjużi għall - kreditu jikkawżaw fluttwazzjonijiet fil - prezz tar - riskju ta’ kreditu, fil - primjum tal - likwidità u f’komponenti potenzjali oħra, li mhuwiex spjegat mill - IRRBB jew minn riskju ta’ kreditu/ta’ inadempjenza.
Kejl tal - qligħKe jl tal- bidliet fil - profittabbiltà mistennija fil - futur fi ħdan medda ta’ żmien li jirriżultaw minn ċaqliq fir -rati tal- imgħax.
Kejl tal - valur ekonomiku (EV)Kejl tal - bidliet fil - valur nett preżenti tal - istrumenti sensittivi għar -rati tal- imgħax matul il- ħajja li jifdlilhom li jirriżultaw minn ċaqliq fir - rati tal- imgħax. Il - kejl tal - EV jirrifletti bidliet fil - valur fuq il - ħajja li jifdal tal - istrumenti sensittivi għar -rati tal- imgħax, jiġifieri sakemm il - pożizzjonijiet kollha jkunu ġew likwidati.
Kejl tal- valur ekonomiku tal - ekwità (EVE)Forma speċifika ta’ kejl tal - EV fejn l - ekwità hija eskluża mill - flussi tal - flus.
Immudellar kundizzjonali tal - fluss tal - flusL- immudellar tal - fluss tal - flus skont is - suppożizzjoni li t - twaqqit u l - ammont ta’ flussi tal- flus jiddependu mix - xenarju speċifiku tar - rata tal- imgħax.
Immudellar mhux kundizzjonali tal - fluss tal - flusL- immudellar tal - fluss tal - flus skont is - suppożizzjoni li t - twaqqit u l - ammont ta’ flussi tal- flus ma jiddependux mix - xenarju speċifiku tar-rata tal- imgħax.
Karta tal- bilanċ “run - off”Karta tal- bilanċ fejn il - pożizzjonijiet fil - portafoll mhux tan - negozjar jiġu amortizzati u ma jiġux sostitwiti minn negozju ġdid.
Karta tal- bilanċ dinamikaKarta tal- bilanċ li tinkorpora aspettattivi tan - negozju fil - futur, aġġustati għax - xenarju rilevanti b’mod konsistenti.
Karta tal- bilanċ kostantiKarta tal- bilanċ li tinkludi entrati li ma jidhrux fil - karta tal - bilanċ li fiha d - daqs u l - komponenti totali jinżammu billi l - flussi tal - flus tal - maturità u tal- ipprezzar mill- ġdid jiġu ssostitwiti bi flussi tal- flus ġodda li jkollhom karatteristiki identiċi rigward l- ammont, il - perjodu tal - ipprezzar mill - ġ did u l- komponenti tal - firxa.

2 Direttiva 2013/36/UE tal- Parlament Ewropew u t al- Kunsill tas -26 ta’ Ġunju 2013 dwar l- aċċess għall - attività tal - istituzzjonijiet ta' kreditu u s - superviżjoni prudenzjali tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad -ditti tal- investiment, li temenda d- Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id - Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE ( 1) - ĠU L 176, 27.6.2013.

3 Regolament (UE) Nru 575/2013 tal- Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas -26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir- rekwiżiti prudenz jali għall - istituzzjonijiet ta’ kreditu u d -ditti tal- investiment u li jemenda r - Regolament (UE) Nru 648/2012 – ĠU L 176, 27.6.2013.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/