+44. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi …

44. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi …

L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw limiti li jkollhom l - għan li jżommu l - iskoperturi għall - IRRBB konsistenti mal - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju u mal - approċċ globali tagħhom għall - kejl tal - IRRBB, b’mod partikolari dawn li ġejjin:

  • (a) Limiti tar- riskju aggregati li jartikolaw b’mod ċar l - ammont ta’ IRRBB aċċettabbli għall - korp ta’ ġestjoni għandhom jiġu applikati fuq bażi konsolidata u, kif xieraq, fil - livell ta’ affiljati individwali.
  • (b) Il- limiti jistgħu jkunu assoċjati ma’ xenarji speċifiċi ta’ bidliet fir -rati tal- imgħax u fl - istruttura tat- termini, bħal żieda jew tnaqqis fihom jew bidla fil - forma tal - kurva tar - rendiment. Iċ - ċaqliq fir -rati tal- imgħax li jintużaw fl - iżvilupp ta’ dawn il - limiti għandu jirrappreżent a sitwazzjonijiet ta’ xokk u ta’ stress avversi biżżejjed, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni il - volatilità storika tar -rati tal- imgħax u l - ħin meħtieġ mill - maniġment biex jimmitigaw dawk l- iskoperturi għar - riskju.
  • (c) Il- limiti ta’ politika għandhom ikunu xierqa għan -natura, id- daqs, il - kumplessità u l - adegwatezza kapitali tal - istituzzjoni, kif ukoll għall - kapaċità tagħha li tkejjel u tiġġestixxi r - riskji tagħha.
  • (d) Skont in -natura tal- attivitajiet u tal - mudell ta’ negozju ta’ istituzzjoni, jistgħu jiġu identifikati wkoll sottolimiti għal unitajiet kummerċjali, portafolli, tipi ta’ strumenti, strumenti speċifiċi jew sottotipi materjali individwali tar - riskju ta' IRRBB, bħar - riskju ta’ diskrepanza, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjonijiet.
  • (e) Għandu jkun hemm stabbiliti sistemi li jiżguraw li l - pożizzjonijiet li jaqbżu jew li x’aktarx ikunu se jaqbżu l - limiti definiti mill - korp ta’ ġestjoni jew mid - delegati tiegħu jinġiebu għall - attenzjoni immedjata tal - maniġment u jiġu eskalati mingħajr dewmien. Għandu jkun hemm politika ċara dwar min għandu jiġi infurmat, kif isseħħ il - komunikazzjoni u l - azzjonijiet li għandhom jittieħdu b’rispons.
  • (f) Ir- rappurtar dwar il - kejl tar - riskju lill - korp ta’ ġestjoni jew lid - delegati tiegħu għandu jkollu frekwenza ta’ mill - inqas darba kull tliet xhur u għandu jqabbel l - iskopertura attwali mal - limiti ta’ politika.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/