+6.1 Miżuri ta’ tolleranza u l - vijabbiltà tagħhom
---+127. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw l - użu ta’ taħlita ta’ miżuri ta’ …
---+128. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw miżuri ta’ tolleranza b’perjodi ta’ żmien …
---+129. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw miżuri ta’ tolleranza b’perjodi ta’ …
---+130. It - termini kuntrattwali għal kwalunkwe miżura ta’ tolleranza għandhom jiżguraw li l - …
---+6.1.1 Tolleranza vijabbli kontra tolleranza mhux vijabbli
------+131. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddistingwu bejn miżuri ta’ tolleranza vijabbli li …
------+132. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw il - fatturi li ġejjin meta jivvalutaw …
------+133. Il - valutazzjoni tal - vijabbiltà għandha tkun ibbażata fuq il - karatteristiċi finanzjarji …
|
6.1 Miżuri ta’ tolleranza u l - vijabbiltà tagħhom
6.1 Miżuri ta’ tolleranza u l - vijabbiltà tagħhom
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
127. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw l - użu ta’ taħlita ta’ miżuri ta’ …
|
L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw l - użu ta’ taħlita ta’ miżuri ta’ tolleranza differenti, inklużi kemm perjodi ta’ żmien qasir kif ukoll ta’ żmien twil f’konformità man - natura u l - maturità tal - faċilitajiet ta’ kreditu. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu l - lista ta’ miżuri ta’ tolleranza possibbli fl - Anness 5.
|
|
128. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw miżuri ta’ tolleranza b’perjodi ta’ żmien …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw miżuri ta’ tolleranza b’perjodi ta’ żmien iqsar minn sentejn (sena fil - każ ta’ finanzjament ta’ proġetti u l - kostruzzjoni ta’ proprjetà kummerċjali) fejn tali miżuri ma jindirizzawx ir - riżoluzzjoni ta’ arretrati pendenti, sakemm tali miżuri ma jkunux kombinati ma’ miżuri ta’ tolleranza li jkunu itwal minn sentejn.
|
|
129. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw miżuri ta’ tolleranza b’perjodi ta’ …
|
L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw miżuri ta’ tolleranza b’perjodi ta’ żmien ta’ mhux aktar minn sentejn (u, fejn xieraq, għal miżuri ta’ tolleranza oħrajn) meta l - mutwatarju jissodisfa l - kriterji li ġejjin: - a) Il - mutwatarju esperjenza avveniment identifikabbli li kkawża restrizzjonijiet temporanji ta’ likwidità. L - evidenza ta’ avveniment bħal dan għandha tintwera b’mod formali bi provi ċari li juru li d - dħul tal - mutwatarju se jirkupra kompletament jew l - aktar fuq terminu qasir, jew abbażi tal - istituzzjoni ta’ kreditu li tikkonkludi li soluzzjoni ta’ tolleranza fit - tul ma kinitx possibbli minħabba inċertezza finanzjarja temporanja ta’ natura ġenerali jew speċifika għall - mutwatarju. Il - forma ta’ evidenza li għandha tiġi pprovduta għal dan il - għan għandha tkun proporzjonata għan - natura, il - maturità u l - valur tal - faċilità ta’ kreditu inkwistjoni.
- b) Il - mutwatarju kien qed jissodisfa l - obbligi kuntrattwali qabel l - avveniment.
- c) Il - mutwatarju jkun wera b’mod ċar ir - rieda li jikkoopera mal - istituzzjoni ta’ kreditu.
|
|
130. It - termini kuntrattwali għal kwalunkwe miżura ta’ tolleranza għandhom jiżguraw li l - …
|
It - termini kuntrattwali għal kwalunkwe miżura ta’ tolleranza għandhom jiżguraw li l - istituzzjoni ta’ kreditu jkollha d - dritt li tirrevedi l - miżuri ta’ tolleranza miftiehma jekk is - sitwazzjoni tal - mutwatarju titjieb u għalhekk il - kundizzjonijiet aktar favorevoli għall - istituzzjoni ta’ kreditu (fir - rigward tat - tolleranza jew il - kundizzjonijiet kuntrattwali oriġinali) ikunu jistgħu jiġu infurzati; għal dan il - għan, il - kuntratt għandu jindika l - bidliet speċifiċi fil - miżura ta’ tolleranza li għandhom jiġu applikati bħala konsegwenza ta’ titjib speċifiku fis - sitwazzjoni tad - debitur. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw ukoll li jinkludu konsegwenzi stretti, bħal rekwiżit għal kollateral addizzjonali, fit - termini kuntrattwali għall - mutwatarji li jonqsu milli jikkonformaw mal - ftehim ta’ tolleranza.
|
|
6.1.1 Tolleranza vijabbli kontra tolleranza mhux vijabbli
|
6.1.1 Tolleranza vijabbli kontra tolleranza mhux vijabbli
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|