|
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid - Direttiva 2013/36/UE jew fir-Regolament (UE) 575/20133 għandhom l -istess tifsira fil- linji gwida. Barra minn hekk, għall - finijiet ta’ dawn il-linji gwida, japplikaw id- definizzjonijiet li ġejjin: “Proprjetà immobbli k ummerċjali” tfisser kwalunkwe proprjetà immobbli li mhijiex proprjetà residenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(75) tar-Regolament (UE) 575/2013. “Kreditu għall - konsum” tfisser kreditu għall -konsum kif definit fil-kategorija 2 tal-Parti 2 tal-Anness 2 għar -Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal- Bank Ċentrali Ewropew4 . “Dimensjoni ta’ skopertura” tfisser karatteristika speċifika ta’ skopertura. “Element ta’ dimensjoni ta’ skopertura” tfisser subdiviżjoni ta’ dimensjoni ta’ skopertura. “Korporazzjoni finanzjarja” tfisser korporazzjoni finanzjarja kif definita fil-paragrafu 2.55 tal-Anness A għar -Regolament (UE) Nru 549/20135 . “Self FX” tfisser self FX kif definit fil -Linji Gwida tal-EBA dwar il- proċeduri u l - metodoloġiji komuni għall - proċess ta’ reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji (SREP) u l -ittestjar tal-istress superviżorju6 . “Gvern ġenerali” tfisser gvern ġenerali kif definit fil -paragrafu 2.111 tal-Anness A għar - Regolament (UE) Nru 549/2013. “Unità istituzzjonali” tfisser unità istituzzjonali kif definita fil-paragrafu 1.57 tal-Anness A għar - Regolament (UE) Nru 549/2013. “Persuna ġuridika” tfisser entità ġuridika kif definita fil -punt (5) tar-Regolament (UE) 2016/867 tal- Bank Ċentrali Ewropew7 . “Persuna fiżika” tfisser unità domestika kif definit f il-paragrafu 2.118 tal-Anness A għar - Regolament (UE) Nru 549/2013. “Korporazzjoni mhux finanzjarja” tfisser korporazzjoni mhux finanzjarja kif definita fil - paragrafu 2.45 tal-Anness A għar -Regolament (UE) Nru 549/2013. “Improduttiva” tfisser il -kategorizza zzjoni ta’ skopertura bħala improduttiva skont il - paragrafi 213-219 tal-Parti 2 tal-Anness V għar -Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/20148 . “Awtorità rilevanti” tfisser l -awtorità kompetenti jew l-awtorità nominata, kif applikabbli, imsemmija fl-Artikolu 133(3) tad- Direttiva 2013/36/UE. “Proprjetà residenzjali” tfisser proprjetà residenzjali kif definita fil-punt (75) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. “Skoperturi fil- livell tal - konsumatur” tfisser skoperturi li huma eliġibbli għall -klassi ta’ skoperturi fil- livell tal -konsumatur skont l-Artikolu 123 tar-Regolament 575/2013. “Skoperturi settorjali” tfisser il-kategoriji tal-iskoperturi identifikati fil-punt (b) tal-Artikolu 133(5)(b) tad- Direttiva 2013/36/UE. “Proporzjon tad-dejn totali mal-EBITDA” tfisser il-proporzjon tad-dejn totali mal-EBITDA kif definit fit-Taqsima 3 tal-Gwida tal- BĊE dwar it - tranżazzjonijiet ingranati (Mejju 2017). “Skopertura mhux garantita” tfisser skopertura li mhijiex iggarantita b’rahan, ipoteka jew garanzija oħra li għandha tintuża f’każ li d - debitur jonqos milli jagħmel il -pagament.
3 Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir- rekwiżiti prudenzjali għall -istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal- investiment u li jemenda r -Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1). 4 Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal- Bank Ċentrali Ewropew tal -24 ta’ Settembru 2013 dwar il-karta tal- bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji mone tarji (riformulazzjoni) (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1). 5 Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl - Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1). 6 EBA/GL/2014/13, kif emendat. 7 Regolament (UE) 2016/867 tal- Bank Ċentrali Ewropew tat -18 ta’ Mejju 2016 dwar il- ġbir ta’ mikrodata dwar il -kreditu u r-riskju tal- kreditu (BĊE/2016/13) (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 44). 8 Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir -rigward tar- rappurtar superviżorju ta’ istituzzjonijiet skont ir -Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).
|