+88. Fid-determinazzjoni tal- għadd suffiċjenti ta’ membri indipendenti, għandu jitqies il - …
|
88. Fid-determinazzjoni tal- għadd suffiċjenti ta’ membri indipendenti, għandu jitqies il - …
Fid-determinazzjoni tal- għadd suffiċjenti ta’ membri indipendenti, għandu jitqies il - prinċipju tal-proporzjonalità. Il- membri li jirrappreżentaw lill -impjegati fil- korp ta’ ġestjoni ma għandhomx jitqiesu fid -determinazzjoni tal- għadd suffiċjenti ta’ membri indipendenti fil -korp ta’ ġest joni fil- funzjoni superviżorja tiegħu. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit addizzjonali impost mil - liġi nazzjonali, għandu japplika dan li ġej: - a. l- istituzzjonijiet rilevanti li ġejjin għandu jkollhom korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni superviżorja tiegħu li jinkludi għadd suffiċjenti ta’ membri indipendenti:
- i. istituzzjonijiet sinifikanti tas - CRD;
- ii. istituzzjonijiet rilevanti elenkati;
- b. bħala prinċipju ġenerali, l - istituzzjonijiet rilevanti li la huma sinifikanti u lanqas elenkati għandu jkollhom mill - inqas membru indipendenti wieħed fi ħdan il -korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu. Madankollu, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu ma jkunux jeħtieġu direttur indipendenti fi ħdan:
- i. istituzzjonijiet rilevanti li jkunu proprjetà sħiħa ta’ istituzzjoni rilevanti, b’mod partikolari meta s - sussidjarja tkun tinsab fl - istess Stat Membru bħall - istituzzjoni prinċipali rilevanti;
- ii. ditti tal- investiment li jissodisfaw il - kriterji stabbiliti fil - punt (a) tal - Artikolu 32(4) tad -Direttiva 2019/2034/UE jew il -kriterji l- oħra stabbiliti minn Stat Membru rilevanti skont il - paragrafi (5) u (6) tal -Artikolu 32 tad - Direttiva 2019/2034/UE.
- c. Fir- responsabbiltà ġenerali tal - korp ta’ ġestjoni, il - membri indipendenti għandu jkollhom rwol ewlieni fit -titjib tal- effikaċja ta’ kontrokontrolli fi ħdan l - istituzzjonijiet rilevanti billi jtejbu l- monitoraġġ tat - teħid tad - deċiżjonijiet maniġerjali u jiżguraw li:
- d. l- interessi tal - partijiet ikkonċernati kollha, inklużi azzjonisti ta’ minoranza, jitqiesu kif xieraq fid - diskussjonijiet u t -t eħid tad - deċiżjonijiet tal - korp ta’ ġestjoni. Il -membri indipendenti jistgħu jgħinu wkoll biex inaqqsu jew jikkumpensaw għad -dominanza mhux xierqa tal -membri individwali tal- korp ta’ ġestjoni li jirrappreżentaw grupp partikolari jew kategorija ta’ partijie t ikkonċernati;
- e. l- ebda individwu jew grupp żgħir ta’ membri ma jiddomina t - teħid tad - deċiżjonijiet; u
- f. kunflitti ta’ interess bejn l - istituzzjoni, l - unitajiet ta’ negozju tagħha, entitajiet oħrajn fil- kamp ta’ applikazzjoni kontabilistiku ta’ konsolidament u partijiet ikkonċernati esterni, inklużi l - klijenti jiġu, ġestiti kif xieraq.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|