+154. Meta jirrivalutaw il- prestazzjoni individwali jew kollett iva tal-membri tal- korp ta’ …
|
154. Meta jirrivalutaw il- prestazzjoni individwali jew kollett iva tal-membri tal- korp ta’ …
Meta jirrivalutaw il- prestazzjoni individwali jew kollett iva tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni, il-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu jew, meta jkun stabbilit, il - kumitat tan- nomina, għandhom iqisu b’mod partikolari: - a. l- effiċjenza tal - proċessi ta’ ħidma tal - korp ta’ ġestjoni, inkluża l - effiċjenza tal - flussi ta’ informazzjoni u l-linji ta’ rapportar lill- korp ta’ ġestjoni filwaqt li jitqies l -input mill-funzjonijiet ta’ kontroll intern u kwalunkwe segwitu jew rakkomandaz zjoni li jkunu saru minn dawk il - funzjonijiet;
- b. il- ġestjoni effettiva u prudenti tal - istituzzjoni, inkluż jekk il - korp ta’ ġestjoni aġixxiex fl- aħjar interess tal - istituzzjoni inkluż fir -rigward tal- ġlieda kontra l - ħasil tal - flus u l - finanzjament tat-terro riżmu;
- c. il- kapaċità tal - korp ta’ ġestjoni li jiffoka fuq kwistjonijiet strateġikament importanti;
- d. l-adegwatezza tal- għadd ta’ laqgħat li jkunu saru, il -grad tal- attendenza, l - adegwatezza tal- ħin iddedikat u l - intensità tal -involviment tad-diretturi matul il-laqgħat;
- e. kwalunkwe bidla fil- kompożizzjoni tal - korp ta’ ġestjoni u kwalunkwe dgħufija fir - rigward tal- idoneità individwali u kollettiva, filwaqt li jitqiesu l -mudell ta’ negozju tal-istituzzjoni u l - istrateġija tar - riskju u l - bidliet tagħhom;
- f. kwalunkwe objettiv ta’ prestazzjoni stabbilit għall - istituzzjoni u għall - korp ta’ ġestjoni;
- g. l-indipendenza tal- ħsieb tal -membri tal- korp ta’ ġestjoni, inkluż ir - rekwiżit li t - teħid tad- deċiżjonijiet ma jkunx iddominat minn kwalunkwe individwu jew grupp żgħ ir ta’ individwi u l-konformità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni mal -politika dwar il-kunflitti ta’ interess;
- h. il- grad sa fejn il - kompożizzjoni tal - korp ta’ ġestjoni laħqet l - objettivi stabbiliti fil - politika ta’ diversità tal - istituzzjoni skont it -Titolu V; u
- i. kwalunkwe avveniment li jista’ jkollu impatt materjali fuq l -idoneità individwali jew kollettiva tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni, inklużi l -bidliet fil- mudell ta’ negozju, l - istrateġija u l -organizzazzjoni tal- istituzzjoni;
- j. raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li qed jitwettaq jew twettaq jew sar attentat ta’ ħasil tal - flus jew finanzjament tat - terroriżmu jew reati finanzjarji oħra, jew hemm riskju akbar ta’ dan, inkluż wara sejbiet negattivi bħal dawn li jkunu saru mill-awdituri interni jew esterni jew mill -awtoritajiet kompetenti rigward l-adegwatezza tas - sistemi u l -kontrolli tal- AML/CFT tal - istituzzjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|