+5.2 Kompożizzjoni tal -kumitati
---+49. Il- kumitati kollha għandhom ikunu ppreseduti minn membru mhux eżekuttiv tal -korp maniġerjali …
---+50. Membri indipendenti tal- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu …
---+51. Meta l- kumitati jkollhom jiġu stabbiliti f’konformità mad -Direttiva (UE) 2019/2034 jew mal- …
---+52. Il-kumitat tar- riskju għandu jkun magħmul minn membri mhux eżekuttivi tal - korp maniġerjali …
---+53. Il-kumitat tar- riskju għandu jkun ippresedut, fejn possibbli, minn membru indipendenti. Il - …

5.2 Kompożizzjoni tal -kumitati

5.2 Kompożizzjoni tal -kumitati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
49. Il- kumitati kollha għandhom ikunu ppreseduti minn membru mhux eżekuttiv tal -korp maniġerjali …

Il- kumitati kollha għandhom ikunu ppreseduti minn membru mhux eżekuttiv tal -korp maniġerjali li jista’ jeżerċita ġudizzju oġġettiv.

50. Membri indipendenti tal- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu …

Membri indipendenti14 tal- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu involuti b’mod attiv fil-kumitati.


14 Kif definit fit- Taqsima 9.3 tal- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal-korp maniġerjali u tad -detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin skont id-Direttiva (UE) 2013/36 u d-Direttiva (UE) 2014/65.

51. Meta l- kumitati jkollhom jiġu stabbiliti f’konformità mad -Direttiva (UE) 2019/2034 jew mal- …

Meta l- kumitati jkollhom jiġu stabbiliti f’konformità mad -Direttiva (UE) 2019/2034 jew mal- liġi nazzjonali, bħala prinċipju ġenerali, dawn għandhom ikunu magħmula bħala prinċipju ġenerali minn mill- inqas tliet membri u jkollhom mill - inqas membru indipendenti wieħed, filwaqt li jitqiesu l -kriterji stabbiliti fit-Titolu I ta’ dawn il-linji gwida u l- linji gwida konġunti tal -EBA u tal-ESMA dwar il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-membri tal- korp maniġerjali u tad -detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin. Meta ma jkunx hemm għadd suffiċjenti ta’ membri fil - korp maniġerjali fil- funzjoni superviżorja tiegħu biex tiġi żgurata kompożizzjoni tajba tal -kumitati kif stabbilit f’din it- taqsima, il -kompiti tal- kumitat jistgħu jiġu delegati lil membru wieħed tal -korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu, li huwa appoġġat kif xieraq mill -persunal. Il-kumitati jistgħu jkunu magħmula mill - istess grupp ta’ membri, filwaqt li jitqiesu l -kriterji stabbiliti fit-Titolu I u l- għadd ta’ membri indipendenti tal - korp maniġerjali fil -funzjoni superviżorja tiegħu flimkien mal-esperjenza, l- għarfien u l - ħiliet speċifiċi li huma meħtieġa individwalment jew kollettivament għall -kumitati. Ir- raġunament għall - kompożizzjoni tal - kumitati għandu jiġi ddokumentat.

52. Il-kumitat tar- riskju għandu jkun magħmul minn membri mhux eżekuttivi tal - korp maniġerjali …

Il-kumitat tar- riskju għandu jkun magħmul minn membri mhux eżekuttivi tal - korp maniġerjali fil- funzjoni superviżorja tiegħu tad -ditta tal- investiment kkonċernata. Il -kumitat tar-r emunerazzjoni għandu jkun magħmul f’konformità mat - Taqsima 2.3 tal-linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni15 .


15 Linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont l-Artikolu 34(3) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

53. Il-kumitat tar- riskju għandu jkun ippresedut, fejn possibbli, minn membru indipendenti. Il - …

Il-kumitat tar- riskju għandu jkun ippresedut, fejn possibbli, minn membru indipendenti. Il - membri tal-kumitat tar- riskju għandu jkollhom, b’mod individwali u kollettiv, għarfien, ħiliet u kompetenza xierqa dwar, il - proċess tal - għażla u r - rekwiżiti ta’ idoneità kif ukoll il - ġestjoni tar - riskju u l-prattiki ta’ kontroll, rispettivament. F’kull ditta tal-investiment, il-president tal-kumitat tar- riskju la għandu jkun il -president tal- korp maniġerjali u lanqas il -president ta’ xi kumitat ieħor.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/