+105. Il- politika għandha tistabbilixxi proċeduri, miżuri, rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni u …

105. Il- politika għandha tistabbilixxi proċeduri, miżuri, rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni u …

Il- politika għandha tistabbilixxi proċeduri, miżuri, rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni u responsabbiltajiet għall - identifikazzjoni u għall - prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, għall - valutazzjoni tal- materjalità tagħhom u għat - teħid ta’ miżuri mitiganti. Tali proċeduri, rekwiżiti, responsabbilt ajiet u miżuri għandhom jinkludu:

  • a. li attivitajiet jew tranżazzjonijiet kunfliġġenti jiġu fdati lil persuni differenti;
  • b. li persunal li jkun attiv ukoll barra mid-ditta tal- investiment ma jitħalliex ikollu influwenza mhux xierqa fid -ditta tal-investiment fir-rigward ta’ dawk l- attivitajiet oħra;
  • c. li tiġi stabbilita r -responsabbiltà tal-membri tal- korp maniġerjali biex jastjenu milli jivvotaw dwar kwalunkwe kwistjoni fejn membru għandu jew jista’ jkollu kunflitt ta’ interess jew meta l- oġġett ività tal-membru jew il- kapaċità tiegħu li jwettaq sew id - dmirijiet lejn id-ditta tal- investiment tista’ tkun kompromessa b’xi mod ieħor;
  • d. il-prevenzjoni tal-membri tal- korp maniġerjali milli jkollhom karigi ta’ direzzjoni f’ditti tal-investiment kompetituri.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/