+11 Politika dwar il-k unflitt ta’ interess għall -persunal
---+98. Mingħajr preġudizzju għall -Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/65/EU u t- Taqsima 3 tal-Kapitlu 2 …
---+99. L- għan tal - politika għandu jkun li jiġu identifikati kunflitti ta’ interess tal - persunal …
---+100. Fir- rigward ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw minn relazzjonijiet passati, id …
---+101. Il- politika għandha tkopri tal - inqas is -sitwazzjonijiet jew ir- relazzjonijiet li ġejjin …
---+102. Minkejja dak li ntqal hawn fuq, id -ditti tal- investiment għandhom iqisu l -fatt li jekk …
---+103. Il- politika għandha tistabbilixxi l - proċessi għar - rapportar u għall -komunikazzjoni …
---+104. Il- politika għandha tiddistingwi bejn kunflitti ta’ interess li jippersistu u li jeħtieġ li …
---+105. Il- politika għandha tistabbilixxi proċeduri, miżuri, rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni u …
---+106. Il- politika għandha tkopri b’mod speċifiku r -riskju ta’ kunflitti ta’ interess fil-livell …
---+107. Meta jimmitigaw il-kunflitti ta’ interess identifikati tal-membri tal- korp maniġerjali, id …
---+108. Kunflitti ta’ interess reali jew potenzjali li jkunu ġew divulgati lill - funzjoni …
---+109. Kull kunflitt ta’ interess reali u potenzjali fil-livell tal- korp maniġerjali, individwalment …

11 Politika dwar il-k unflitt ta’ interess għall -persunal

11 Politika dwar il-k unflitt ta’ interess għall -persunal

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
98. Mingħajr preġudizzju għall -Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/65/EU u t- Taqsima 3 tal-Kapitlu 2 …

Mingħajr preġudizzju għall -Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/65/EU u t- Taqsima 3 tal-Kapitlu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/565, il- korp maniġerjali għandu jkun responsabbli mill-istabbiliment, mill-approvazzjoni u mis-sorveljanza tal-implimentazzjoni u taż - żamma ta’ politiki effettivi għall -identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il- ġestjoni u l -mitigazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess reali u potenzjali bejn l-interessi tad-ditta tal-investiment u l-interessi privati tal- persunal, inkluż ta l-membri tal- korp maniġerjali, li jistgħu jinfluwenzaw ħażin it - twettiq tad -doveri u tar- responsabbiltajiet tagħhom. Impriża prinċipali tal - Unjoni għandha tqis l- interessi fi ħdan politika ta’ kunflitt ta’ interess għall - grupp kollu fuq bażi konsolidata.

99. L- għan tal - politika għandu jkun li jiġu identifikati kunflitti ta’ interess tal - persunal …

L- għan tal - politika għandu jkun li jiġu identifikati kunflitti ta’ interess tal - persunal, inklużi l - interessi tal- eqreb membri tal - familja tagħhom. Id -ditti tal- investiment għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l- fatt li kunflitti ta’ interess ma jinħolqux bis s minn relazzjonijiet professjonali jew personali attwali iżda anke minn dawk passati. Fejn jitfaċċaw kunflitti ta’ interess, id-ditti tal- investiment għandhom jivvalutaw il - materjalità tagħhom u jiddeċiedu u jimplimentaw miżuri ta’ mitigazzjoni, kif xieraq.

100. Fir- rigward ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw minn relazzjonijiet passati, id …

Fir- rigward ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw minn relazzjonijiet passati, id -ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu perjodu ta’ żmien xieraq li għalih jixtiequ li l -persunal jirrapporta tali kunflitti ta’ interess, abbażi li dawn xorta jista’ jkollhom impatt fuq l - imġiba u fuq il - parteċipazzjoni tal -persunal fit- teħid ta’ deċiżjonijiet.

101. Il- politika għandha tkopri tal - inqas is -sitwazzjonijiet jew ir- relazzjonijiet li ġejjin …

Il- politika għandha tkopri tal - inqas is -sitwazzjonijiet jew ir- relazzjonijiet li ġejjin fejn jista’ jkun hemm kunflitti ta’ interess:

  • a. interessi e konomiċi (eż. ishma, drittijiet ta’ sjieda u sħubijiet oħra, parteċipazzjonijiet finanzjarji u interessi ekonomiċi oħra fi klijenti kummerċjali, drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, sħubija f’korp jew sjieda ta’ korp jew ta’ entità b’interessi kunfliġġe nti);
  • b. relazzjonijiet personali jew professjonali mas- sidien ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti fid-ditti tal-investiment;
  • c. relazzjonijiet personali jew professjonali mal-persunal tad-ditta tal-investiment jew tal- entitajiet inklużi fil -kamp ta’ applikazzj oni ta’ konsolidazzjoni prudenzjali (eż. relazzjonijiet familjari);
  • d. impjieg ieħor u impjiegi preċedenti fil - passat reċenti (eż. ħames snin);
  • e. relazzjonijiet personali jew professjonali ma’ partijiet ikkonċernati esterni rilevanti (eż. assoċjazzjoni ma’ fornituri materjali, konsulenzi jew fornituri ta’ servizzi oħra); u
  • f. influwenza politika jew relazzjonijiet politiċi.
102. Minkejja dak li ntqal hawn fuq, id -ditti tal- investiment għandhom iqisu l -fatt li jekk …

Minkejja dak li ntqal hawn fuq, id -ditti tal- investiment għandhom iqisu l -fatt li jekk membru tal-persunal ikun azzjonist ta’ istituzzjoni jew ikollu kontijiet privati jew self ma’ ditta tal-investiment oħra jew juża servizzi oħra ta’ ditta tal - investiment, dan ma għandux iwassal għal sitwazzjoni fejn il- persunal jitqies li għandu kunflitt ta’ interess jekk jibqa’ fi ħdan limitu de minimis xieraq .

103. Il- politika għandha tistabbilixxi l - proċessi għar - rapportar u għall -komunikazzjoni …

Il- politika għandha tistabbilixxi l - proċessi għar - rapportar u għall -komunikazzjoni lill-funzjoni responsabbli taħt il -politika. Il- persunal għandu jkollu d - dmir li jiżvela minnufih internament kwalunkwe kwistjoni li tista’ tirriżulta, jew li tkun diġà rriżultat, f’kunflitt ta’ interess.

104. Il- politika għandha tiddistingwi bejn kunflitti ta’ interess li jippersistu u li jeħtieġ li …

Il- politika għandha tiddistingwi bejn kunflitti ta’ interess li jippersistu u li jeħtieġ li jiġu ġestiti b’mod permanenti u kunflitti ta’ interess li jseħħu mingħajr ma jkun mistenni fir -rigward ta’ avveniment uniku (eż. tranżazzjoni, l - għażla ta’ fornitur ta’ servizz, eċċ.) u li ġeneralment jistgħu jiġu ġestiti b’miżura ta’ darba. F’kull ċirkostanza, l -interess tad-ditta tal-investiment għandu jkun ċentrali għad - deċiżjonijiet meħuda.

105. Il- politika għandha tistabbilixxi proċeduri, miżuri, rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni u …

Il- politika għandha tistabbilixxi proċeduri, miżuri, rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni u responsabbiltajiet għall - identifikazzjoni u għall - prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, għall - valutazzjoni tal- materjalità tagħhom u għat - teħid ta’ miżuri mitiganti. Tali proċeduri, rekwiżiti, responsabbilt ajiet u miżuri għandhom jinkludu:

  • a. li attivitajiet jew tranżazzjonijiet kunfliġġenti jiġu fdati lil persuni differenti;
  • b. li persunal li jkun attiv ukoll barra mid-ditta tal- investiment ma jitħalliex ikollu influwenza mhux xierqa fid -ditta tal-investiment fir-rigward ta’ dawk l- attivitajiet oħra;
  • c. li tiġi stabbilita r -responsabbiltà tal-membri tal- korp maniġerjali biex jastjenu milli jivvotaw dwar kwalunkwe kwistjoni fejn membru għandu jew jista’ jkollu kunflitt ta’ interess jew meta l- oġġett ività tal-membru jew il- kapaċità tiegħu li jwettaq sew id - dmirijiet lejn id-ditta tal- investiment tista’ tkun kompromessa b’xi mod ieħor;
  • d. il-prevenzjoni tal-membri tal- korp maniġerjali milli jkollhom karigi ta’ direzzjoni f’ditti tal-investiment kompetituri.
106. Il- politika għandha tkopri b’mod speċifiku r -riskju ta’ kunflitti ta’ interess fil-livell …

Il- politika għandha tkopri b’mod speċifiku r -riskju ta’ kunflitti ta’ interess fil-livell tal-korp maniġerjali u tipprovdi biżżejjed gwida dwar l -identifikazzjoni u l- ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jfixklu l - kapaċità tal -membri tal-korp maniġerjali li jieħdu deċiżjonijiet oġġettivi u imparzjali fl - aħjar interessi tad -ditta tal-investiment. Id-ditti tal-investiment għandhom iqisu l - fatt li kunflitti ta’ interess jista’ jkollhom impatt fuq l -indipendenza tal- ħsieb tal-membri tal- korp maniġe rjali24 .


24 Ara wkoll il- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal-korp maniġerjali u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin skont id-Direttiva 2013/36/UE u d-Direttiva 2014/65/UE.

107. Meta jimmitigaw il-kunflitti ta’ interess identifikati tal-membri tal- korp maniġerjali, id …

Meta jimmitigaw il-kunflitti ta’ interess identifikati tal-membri tal- korp maniġerjali, id -ditti tal-investiment għandhom jiddokumentaw il - miżuri meħuda, inkluż ir - raġunament dwar kif dawn huma effettivi biex jiżguraw teħid ta’ deċiżjonijiet oġġet tivi.

108. Kunflitti ta’ interess reali jew potenzjali li jkunu ġew divulgati lill - funzjoni …

Kunflitti ta’ interess reali jew potenzjali li jkunu ġew divulgati lill - funzjoni responsabbli fi ħdan id-ditta tal- investiment għandhom jiġu vvalutati u ġestiti b’mod xieraq. Jekk jiġi identifikat kunflitt ta’ interess tal-persunal, id-ditta tal-inve stiment għandha tiddokumenta d - deċiżjoni meħuda, b’mod partikolari jekk il -kunflitt ta’ interess u r- riskji relatati jkunu ġew aċċettati, u jekk ikun ġie aċċettat, il -mod kif dan il- kunflitt ta’ interess ikun ġie mmitigat jew rimedjat b’mod sodisfaċenti.

109. Kull kunflitt ta’ interess reali u potenzjali fil-livell tal- korp maniġerjali, individwalment …

Kull kunflitt ta’ interess reali u potenzjali fil-livell tal- korp maniġerjali, individwalment u kollettivament, għandu jiġi dokumentat b’mod xieraq, jiġi kkomunikat lill - korp maniġerjali, u jiġi diskuss, deċiż u debitament ġestit mill - korp maniġerjali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/