+16 Qafas ta’ ġestjoni tar -riskju
---+139. Bħala parti mill - qafas ta’ kontroll intern ġenerali, id -ditti tal- investiment għandu …
---+140. Il- qafas ta’ ġestjoni tar -riskju ta’ ditta tal- investiment għandu jinkludi politiki …
---+141. Qafas ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ ditta tal- investiment għandu jipprovdi gwida speċifika dwar …
---+142. Il- qafas ta’ ġestjoni tar - riskju għandu jkun soġġett għal rieżami intern indipendenti eż. …
---+143. Meta tidentifika u tkejjel jew tivvaluta r-riskji, ditta tal- investiment għandha tiżviluppa …
---+144. Id-ditti tal- investiment għandhom iqisu l -fatt li r- riżultati tal - metodoloġiji ta’ …
---+145. Ir- responsabbiltà aħħarija mill -valutazzjoni tar-riskju hija unikament tad-ditta …
---+146. Id-ditti tal- investiment għandhom ikunu konxji sew mil -limitazzjonijiet tal-mudelli u tal- …
---+147. Minbarra l-valutazzjonijiet proprji tad-ditti tal-investiment, id-ditti tal- investiment …
---+148. Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi regolari u trasparenti ta’ rapportar sabiex il -korp …
---+149. Komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni effettivi dwar ir-riskji u l- istrateġija tar - riskju …
|
16 Qafas ta’ ġestjoni tar -riskju
16 Qafas ta’ ġestjoni tar -riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
139. Bħala parti mill - qafas ta’ kontroll intern ġenerali, id -ditti tal- investiment għandu …
|
Bħala parti mill - qafas ta’ kontroll intern ġenerali, id -ditti tal- investiment għandu jkollhom qafas ta’ ġestjoni tar- riskju olistiku għad -ditta tal-investiment li jestendi fil-linji tan-negozju u fl- unitajiet interni kollha tagħhom, inklużi l - funzjonijiet ta’ kontroll intern, filwaqt li tirrikonoxxi bis- sħiħ is -sustanza ekonomika tal- iskoperturi għar -riskju kollha t agħhom inklużi r -riskji li d-ditta tal- investiment toħloq għaliha nnifisha, il -klijenti u s- swieq tagħha u r -riskji tal-likwidità, b’mod partikolari dawk li jista’ jkollhom impatt materjali fuq jew inaqqsu l -livell ta’ fondi proprji disponibbli. Il- qafas ta’ ġestjoni tar - riskju għandu jippermetti lid -ditta tal-investiment tieħu deċiżjonijiet infurmati sew dwar it - teħid ta’ riskji. Il - qafas ta’ ġestjoni tar - riskju għandu jinkludi r-riskji kollha kif ukoll riskji reali u riskji futuri li tista’ tkun esposta g ħalihom id -ditta tal-investiment. Ir- riskji għandhom jiġu vvalutati minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel, fi ħdan u bejn il -linji operatorji, bl- użu ta’ terminoloġija konsistenti u metodoloġiji kompatibbli fid-ditta tal-investiment kollha u f’livell konsolidat. Ir- riskji rilevanti kollha għandhom jiġu inklużi fil - qafas ta’ ġestjoni tar - riskju b’kunsiderazzjoni xierqa kemm għar -riskji finanzjarji kif ukoll dawk mhux finanzjarji, inklużi riskji tas - suq, ta’ likwidità, ta’ konċentrazzjoni, operattivi, tal-IT, ta’ reputazzjoni, legali, ta’ kondotta, ta’ konformità mal- AML/CTF u reati finanzjarji oħra, tal- ESG, u dawk strateġiċi.
|
|
140. Il- qafas ta’ ġestjoni tar -riskju ta’ ditta tal- investiment għandu jinkludi politiki …
|
Il- qafas ta’ ġestjoni tar -riskju ta’ ditta tal- investiment għandu jinkludi politiki, proċeduri, limiti tar-riskji u kontrolli tar- riskji li jiżguraw identifikazzjoni, kejl jew valutazzjoni, monitoraġġ, ġestjoni, mitigazzjoni u rapportar adegwati, f’waqthom u kontinwi tar -riskji fil-linja operatorja, fid-ditta tal-investiment u fil-livelli konsolidati.
|
|
141. Qafas ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ ditta tal- investiment għandu jipprovdi gwida speċifika dwar …
|
Qafas ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ ditta tal- investiment għandu jipprovdi gwida speċifika dwar l - implimentazzjoni tal- istrateġiji tagħha. Fejn xieraq, din il - gwida għandha tistabbilixxi u żżomm limiti interni konsistenti mal- predispożizzjoni għar -riskju tad-ditta tal-investiment u proporzjonati mal-operat sod, mas- saħħa finanzjarja, mal - bażi kapitali u mal - għanijiet strateġiċi tagħha. Il -profil tar-riskju ta’ ditta tal- investiment għandu jinżamm f’dawn il -limiti stabbiliti. Il- qafas ta’ ġestjoni tar - riskju għandu jiżgura li, kull meta jkun hemm ksur tal-limiti tar- riskju, ikun hemm proċess definit biex dawn jiġu riferuti u indirizzati bi proċedura ta’ segwitu xierqa.
|
|
142. Il- qafas ta’ ġestjoni tar - riskju għandu jkun soġġett għal rieżami intern indipendenti eż. …
|
Il- qafas ta’ ġestjoni tar - riskju għandu jkun soġġett għal rieżami intern indipendenti eż. imwettaq mill - uffiċċj u tal- awditjar intern, u jerġa’ jiġi vvalutat b’mod regolari fl -isfond tal-predispożizzjoni għar -riskju tad-ditta tal- investiment, filwaqt li titqies l -informazzjoni mill-funzjoni ta’ ġestjoni tar -riskju u, fejn stabbilit, mill-kumitat tar-riskju. Il-fattu ri li għandhom jiġu kkunsidrati jinkludu żviluppi interni u esterni, fosthom tibdil fid - dħul; kwalunkwe żieda fil - kumplessità tal- kummerċ tad -ditta, tal-profil tar-riskju jew tal-istruttura operatorja tad-ditta tal- investiment; espansjoni ġeografika; fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet; u l -introduzzjoni ta’ prodotti jew ta’ linji operatorji ġodda.
|
|
143. Meta tidentifika u tkejjel jew tivvaluta r-riskji, ditta tal- investiment għandha tiżviluppa …
|
Meta tidentifika u tkejjel jew tivvaluta r-riskji, ditta tal- investiment għandha tiżviluppa metodoloġiji xierqa li jinkludu kemm għodod li jħarsu ’l quddiem kif ukoll dawk li jħarsu lura. L- għodod għandhom jinkludu l -valutazzjoni tal-profil tar-riskju reali kontra l- predispożizzjoni għar -riskju tad-ditta tal-investiment, kif ukoll l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta’ skoperturi għar - riskju potenzjali u taħt kriżi taħt firxa ta’ ċirkostanzi negattivi preżunti kontra l - kapaċità għar -riskju tad-ditta tal-investiment. L- għodod għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe aġġustament fil -profil tar- riskju li jista’ jkun meħtieġ. Id -ditti tal-investiment għandhom jagħmlu suppożizzjonijiet konservattivi xierqa meta jibnu xenarji ta’ kriżi.
|
|
144. Id-ditti tal- investiment għandhom iqisu l -fatt li r- riżultati tal - metodoloġiji ta’ …
|
Id-ditti tal- investiment għandhom iqisu l -fatt li r- riżultati tal - metodoloġiji ta’ valutazzjoni kwantitattiva, inkluż l -ittestjar tal-istress, jiddependu ferm mil-limitazzjonijiet u s-suppożizzjonijiet tal - mudelli (inkluż is -severità u t-tul tax-xokk u r-riskji sottostanti). Pereżempju, il - mudelli li juru redditi għolja ħafna fuq il - kapital ekonomiku jistgħu jirriżultaw minn dgħjufija fil - mudelli (eż. l - esklużjoni ta’ xi riskji rilevanti) pjuttost milli strateġija superjuri jew eżekuzzjoni superjuri ta’ strateġija min - naħa tad -ditta tal- investiment. Għalhekk id - determinazzjoni tal- livell ta’ riskju meħud ma għandhiex tkun ibbażata biss fuq informazzjoni kwantitattiva jew fuq riżultati ta’ mudelli; għandha tinkludi wkoll approċċ kwalitattiv (li jinkludi ġudizzju espert u analiżi kritika). Ix -xejriet u d- data rilevanti dwar l-ambjent makroekonomiku għandhom jiġu indirizzati b’mod espliċitu biex jiġi identifikat l - impatt potenzjali tagħhom fuq l- iskoperturi u fuq il -portafolji.
|
|
145. Ir- responsabbiltà aħħarija mill -valutazzjoni tar-riskju hija unikament tad-ditta …
|
Ir- responsabbiltà aħħarija mill -valutazzjoni tar-riskju hija unikament tad-ditta tal-investiment, li, għaldaqstant, għandha tivvaluta r - riskji tagħha b’mod kritiku u ma għandhiex toqgħod esklużivament fuq valutazzjoni jiet esterni.
|
|
146. Id-ditti tal- investiment għandhom ikunu konxji sew mil -limitazzjonijiet tal-mudelli u tal- …
|
Id-ditti tal- investiment għandhom ikunu konxji sew mil -limitazzjonijiet tal-mudelli u tal- metriċi u ma jużawx biss għodod kwantitattivi ta’ valutazzjoni tar - riskju iżda wkoll dawk kwalitattivi (inkluż ġudizzju espert u analiżi kritika).
|
|
147. Minbarra l-valutazzjonijiet proprji tad-ditti tal-investiment, id-ditti tal- investiment …
|
Minbarra l-valutazzjonijiet proprji tad-ditti tal-investiment, id-ditti tal- investiment jistgħu jużaw valutazzjonijiet tar - riskju esterni (inkluż klassifikazzjonijiet tal -kreditu esterni jew mudelli tar-riskji mixtrija esternament). Id-ditti tal-investiment g ħandhom ikunu konxji sew mill- kamp ta’ applikazzjoni eżatt ta’ dawn il -valutazzjonijiet u l- limitazzjonijiet tagħhom.
|
|
148. Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi regolari u trasparenti ta’ rapportar sabiex il -korp …
|
Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi regolari u trasparenti ta’ rapportar sabiex il -korp maniġerjali, il -kumitat tar- riskju tiegħu, fejn st abbilit, u l-unitajiet kollha rilevanti f’ditta tal-investiment jingħataw rapporti fil - ħin, preċiżi, konċiżi, komprensibbli u sinifikattiv u jistgħu jikkondividu informazzjoni rilevanti dwar l-identifikazzjoni, il-kejl jew il-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l- ġestjoni tar -riskji. Il- qafas tar - rapportar għandu jkun definit u dokumentat sew.
|
|
149. Komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni effettivi dwar ir-riskji u l- istrateġija tar - riskju …
|
Komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni effettivi dwar ir-riskji u l- istrateġija tar - riskju huma kruċjali għall - proċess sħiħ ta’ ġestjoni tar - riskji, inkluż il - proċessi ta’ rieżami u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, u jgħinu biex jiġu evitati deċiżjonijiet li inkonxjament iżidu r -riskju. Ir-rapportar effettiv tar-riskji jinvolvi kunsiderazzjoni u komunikazzjoni interni u sodi dwar l- istrateġija tar -riskji u d-data rilevanti dwar ir- riskji (eż. skoperturi u indikaturi ewlenin tar -riskju), kemm b’mod orizzontali fid-ditta tal- investiment kif ukoll ’il fuq u ’l isfel fil - katina maniġerjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|