+139. Bħala parti mill - qafas ta’ kontroll intern ġenerali, id -ditti tal- investiment għandu …
|
139. Bħala parti mill - qafas ta’ kontroll intern ġenerali, id -ditti tal- investiment għandu …
Bħala parti mill - qafas ta’ kontroll intern ġenerali, id -ditti tal- investiment għandu jkollhom qafas ta’ ġestjoni tar- riskju olistiku għad -ditta tal-investiment li jestendi fil-linji tan-negozju u fl- unitajiet interni kollha tagħhom, inklużi l - funzjonijiet ta’ kontroll intern, filwaqt li tirrikonoxxi bis- sħiħ is -sustanza ekonomika tal- iskoperturi għar -riskju kollha t agħhom inklużi r -riskji li d-ditta tal- investiment toħloq għaliha nnifisha, il -klijenti u s- swieq tagħha u r -riskji tal-likwidità, b’mod partikolari dawk li jista’ jkollhom impatt materjali fuq jew inaqqsu l -livell ta’ fondi proprji disponibbli. Il- qafas ta’ ġestjoni tar - riskju għandu jippermetti lid -ditta tal-investiment tieħu deċiżjonijiet infurmati sew dwar it - teħid ta’ riskji. Il - qafas ta’ ġestjoni tar - riskju għandu jinkludi r-riskji kollha kif ukoll riskji reali u riskji futuri li tista’ tkun esposta g ħalihom id -ditta tal-investiment. Ir- riskji għandhom jiġu vvalutati minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel, fi ħdan u bejn il -linji operatorji, bl- użu ta’ terminoloġija konsistenti u metodoloġiji kompatibbli fid-ditta tal-investiment kollha u f’livell konsolidat. Ir- riskji rilevanti kollha għandhom jiġu inklużi fil - qafas ta’ ġestjoni tar - riskju b’kunsiderazzjoni xierqa kemm għar -riskji finanzjarji kif ukoll dawk mhux finanzjarji, inklużi riskji tas - suq, ta’ likwidità, ta’ konċentrazzjoni, operattivi, tal-IT, ta’ reputazzjoni, legali, ta’ kondotta, ta’ konformità mal- AML/CTF u reati finanzjarji oħra, tal- ESG, u dawk strateġiċi.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|