+68. Minbarra l - linji gwida tal - ASE dwar l - esternalizzazzjoni , kif applikabbli, u fejn l - …

68. Minbarra l - linji gwida tal - ASE dwar l - esternalizzazzjoni , kif applikabbli, u fejn l - …

Minbarra l - linji gwida tal - ASE dwar l - esternalizzazzjoni12 , kif applikabbli, u fejn l - esternalizzazzjoni tal - funzjonijiet operazzjonali tal - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT hija permessa skont il - liġi nazzjonali, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji għandhom iqisu l - prinċipji ewlenin li ġejjin:

  • a. Ir - responsabbiltà aħħarija għall - konformità mal - obbligi legali u regolatorji, kemm jekk funzjonijiet speċifiċi jiġu esternalizzati kif ukoll jekk le, hija tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja.
  • b. Id - drittijiet u l - obbligi tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u l - fornitur tas - servizz għandhom jiġu allokati u stabbiliti b’mod ċar fi ftehim bil - miktub.
  • c. L- istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja li tiddependi minn arranġament ta’ esternalizzazzjoni għandha tibqa’ responsabbli biex timmonitorja u tissorvelja l - kwalità tas - servizz ipprovdut.
  • d. L- esternalizzazzjoni intragrupp għandha tkun soġġetta għall - istess qafas regolatorju bħall - esternalizzazzjoni lil fornituri ta’ servizzi barra mill - grupp13 .
  • e. L- esternalizzazzjoni tal - funzjonijiet ma tistax tirriżulta fid - delega tar - responsabbiltajiet tal - korp maniġerjali. Id - deċiżjonijiet strateġiċi fir - rigward tal - AML/CFT ma għandhomx jiġu esternalizzati. Dawn id - deċiżjonijiet jinkludu, b’mod partikolari:
  • i. l - approvazzjoni tal - valutazzjoni tar - riskju tal - ML/TF fin - negozju kollu;
  • ii. id - deċiżjoni dwar l - organizzazzjoni interna tal - qafas tal - AML/CFT tal - istituzzjoni ta’ kreditu u finanzjarja;
  • iii. l - adozzjoni ta’ politiki u proċeduri interni tal - AML/CFT;
  • iv. l - approvazzjoni tal - metodoloġija użata biex jiġi ddeterminat ir - riskju tal -ML/TF ippreżentat minn relazzjoni kummerċjali partikolari u l - assenjazzjoni tal - profil tar - riskju;
  • v. l - approvazzjoni tal - kriterji li għandhom jintużaw mill - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja biex jiġu identifikati tranżazzjonijiet suspettużi jew mhux tas - soltu għall - finijiet ta’ monitoraġġ u/jew rapportar kontinwi tagħha.

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jibqgħu fl - aħħar mill - aħħar responsabbli mid - deċiżjoni li jirrapportaw tranżazzjonijiet suspettużi lill - FIU, inkluż f’sitwazzjonijiet fejn l - identifikazzjoni u r - rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi jiġu esternalizzati.


12 Il - linji gwida tal - EBA dwar arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni: EBA/GL/2019/02; il - linji gwida tal - EIOPA dwar l - esternalizzazzjoni lill - fornituri tas - servizzi tal - cloud: EIOPA - BoS -20- 002; il - linji gwida tal - ESMA dwar l - esternalizzazzjoni lil fornituri tas - servizz tal - cloud: ESMA50 -157-2403

13 Punt 27 tat- taqsimiet ta’ Sfond tal - linji gwida tal - EBA dwar l - arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni tal -25 ta’ Frar 2019: EBA/GL/2019/02

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/