+4. Speċifikazzjonijiet addizzjonali rigward il - ġbir ta’ data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin bl - Anness I
---+35. Għall - allokazzjoni ta’ persuni li jaqilgħu pagi għoljin għal funzjonijiet jew għal oqsma tan …

4. Speċifikazzjonijiet addizzjonali rigward il - ġbir ta’ data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin bl - Anness I

4. Speċifikazzjonijiet addizzjonali rigward il - ġbir ta’ data dwar il - persuni li jaqilgħu pagi għoljin bl - Anness I

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
35. Għall - allokazzjoni ta’ persuni li jaqilgħu pagi għoljin għal funzjonijiet jew għal oqsma tan …

Għall - allokazzjoni ta’ persuni li jaqilgħu pagi għoljin għal funzjonijiet jew għal oqsma tan - negozju fl - Anness I, id - ditti għandhom jikkunsidraw l - organizzazzjoni interna tagħhom u dawn li ġejjin:

  • a. Il - membri tal - korp maniġerjali, inklużi l - membri tal - korp maniġerjali tas - sussidjarji, iżda esklużi l - membri tal - korp maniġerjali tad - ditti tal - investiment li huma soġġetti għall - Artikoli 25 u 34 tad - Direttiva (UE) 2019/2034, għandhom jiġu allokati, kif applikabbli, għall - kolonna “korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu” jew “korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu” indipendentement mill - mudell tan - negozju tad - ditta.
i.“Funzjoni superviżorja tal - korp maniġerjali (MB)”, huma l - membri tal - korp maniġerjali fir - rwol tas - sorveljanza u l - monitoraġġ tat - teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali (jiġifieri diretturi mhux eżekuttivi).
ii.“Funzjoni ta’ ġestjoni tal - korp maniġerjali (MB)”, huma l - membri tal - korp maniġerjali, li huma responsabbli mill - funzjonijiet maniġerjali tiegħu (jiġifieri d - diretturi eżekuttivi).
  • b. “Bank tal - investiment” għandha tinkludi l - finanzjament korporattiv, in - negozjar u l - bejgħ kif iddefinit fl - Artikolu 317, it - Tabella 2 tar - Regolament (UE) 575/2013, it - tranżazzjonijiet immotivati mis - swieq kapitali kif iddefiniti fl - Artikolu 192(3) tar - Regolament (UE) 575/2013 u l - ekwità privata.
  • c. “Operazzjonijiet bankarji għall - konsumatur” għandha tinkludi l - attività ta’ self totali tal - istituzzjonijiet (lil individwi u intrapriżi).
  • d. “Ġestjoni tal - assi” fl - Anness I għandha tinkludi l - ġestjoni tal - assi fi ħdan:
i.l - istituzzjoni;
ii.sussidjarji li huma istituzzjonijiet; u
iii.sussidjarji li huma impriżi għall - investiment kollettiv f’titoli trasferibbli, maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi u ditti tal - investiment li ma humiex soġġetti għall - Artikoli 25 u 34 tad - Direttiva (UE) 2019/2034.
  • e. “Funzjonijiet korporattivi” għandha tinkludi persunal fil - funzjonijiet kollha li huma responsabbli mill - istituzzjoni kollha fil - livell konsolidat u għal sussidjarji b’tali funzjonijiet fil - livell individwali, eż. riżorsi umani, teknoloġija tal - informazzjoni.
  • f. “Funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti” għandha tinkludi biss persunal attiv fil - funzjonijiet indipendenti tal - ġestjoni tar - riskju, tal - konformità u tal - awditjar intern kif deskritt fit - Taqsima 19 tal - Linji Gwida tal - EBA dwar il - governanza interna skont id - Direttiva 2013/36/UE.
  • g. “Il - persuni kollha li jaqilgħu pagi għoljin f’sussidjarji li huma soġġetti għall - Artikoli 25 u 34 tad - Direttiva (UE) 2019/2034” għandha tinkludi l - persuni kollha li jaqilgħu pagi għoljin u r - remunerazzjoni tagħhom li għandha tiġi inkluża fl - Anness II.
  • h. “Il - persuni l - oħrajn kollha li jaqilgħu pagi għoljin” għandha tinkludi persunal li ma jistax jiġi allokat għal waħda mill - funzjonijiet jew oqsma tan - negozju taħt (a) sa (g).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/