+Definizzjonijiet
---+7. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid - Direttiva 2013/36/UE u …

Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
7. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid - Direttiva 2013/36/UE u …

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid - Direttiva 2013/36/UE2 u fir - Regolament (UE) Nru 575/20133 għandhom l - istess tifsira fil - Linji Gwida. Barra minn hekk, għall - finijiet ta’ dawn il - Linji Gwida, japplikaw id - definizzjonijiet li ġejjin:

Riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax li jirriżulta minn attivitajiet li mhumiex parti mill - portafoll tan - negozjarIr - riskju attwali u prospettiv ta’ impatt negattiv fuq il - valur ekonomiku tal - ekwità tal - istituzzjoni, jew fuq l - introjtu mill - imgħax nett tal - istituzzjoni, filwaqt li jitqiesu l - bidliet fil - valur tas - suq kif xieraq, li jirriżultaw minn movimenti avversi fir - rati tal - imgħax li jaffettwaw l - istrumenti sensittivi għar - rata tal - imgħax, inkluż ir - riskju ta’ distakk, ir - riskju ta’ bażi u r - riskju tal - opzjoni.
Strumenti sensittivi għar - rati tal - imgħaxAssi, obbligazzjonijiet u entrati ma jidhrux fil - karta bilanċjali fil - portafoll mhux tan - negozjar, li huma sensittivi għall - bidliet fir - rata tal - imgħax (minbarra assi mnaqqsa mill - kapital CET1 – eż. proprjetà immobbli jew assi intanġibbli jew skoperturi tal - ekwità fil - portafoll mhux tan - negozjar).
Strumenti sensittivi għall - firxa tal - kredituAssi, obbligazzjonijiet u entrati ma jidhrux fil - karta bilanċjali fil - portafoll mhux tan - negozjar, li huma sensittivi għall - bidliet fil - firxa tal - kreditu (minbarra assi mnaqqsa mill - kapital CET1, eż. proprjetà immobbli jew assi intanġibbli jew skoperturi tal - ekwità fil - portafoll mhux tan - negozjar).
Riskju ta’ diskrepanzaRiskju li jirriżulta mill - istruttura tat - terminu ta’ strumenti sensittivi għar - rati tal - imgħax li jiġi kkawżat minn differenzi fit - twaqqit tal - bidliet fir - rata tagħhom, li jkopri bidliet għall - istruttura tat - terminu ta’ rati tal - imgħax li jseħħu konsistentement madwar il - kurva tar - rendiment (riskju parallel) jew inkella differenzjalment skont il - perjodu (riskju mhux parallel).
Riskju ta’ bażiRiskju li jirriżulta mill - impatt ta’ bidliet relattivi fir - rati tal - imgħax fuq strumenti sensittivi għar - rati tal - imgħax li jkollhom perjodi ta’ maturità simili iżda li jkunu pprezzati bl - użu ta’ indiċijiet differenti tar - rati tal - imgħax. Ir - riskju ta’ bażi jirriżulta mill - korrelazzjoni imperfetta fl - aġġustament tar - rati gwadanjati u mħallsa fuq strumenti differenti sensittivi għar - rati tal - imgħax b’karatteristiċi tal - bidla fir - rata li f’modi oħrajn huma simili.
Riskju tal - opzjoniRiskju li jirriżulta mill - opzjonijiet (inkorporati u espliċiti), fejn l - istituzzjoni jew il - klijent tagħha jistgħu jibdlu l - livell u t - twaqqit tal - flussi tal - flus tagħhom, jiġifieri r - riskju li jirriżulta minn strumenti sensittivi għar - rati tal - imgħax fejn id - detentur kważi żgur jeżerċita l - opzjoni jekk din tkun fl - interess finanzjarju tiegħu (opzjonijiet awtomatiċi inkorporati jew espliċiti) u r - riskju li jirriżulta minn flessibbiltà inkorporata b’mod impliċitu jew fi ħdan it - termini ta’ strumenti sensittivi għar - rati tal - imgħax, b’tali mod li bidliet fir - rati tal - imgħax jistgħu jaffettwaw bidla fl - imġiba tal - klijent (riskju inkorporat tal - opzjoni komportamentali).
Riskju ta’ firxiet tal - kreditu li jirriżulta minn attivitajiet li mhumiex parti mill - portafoll tan - negozjar (CSRBB)Riskju xprunat minn bidliet fil - prezz tas - suq għar - riskju ta’ kreditu, għal - likwidità u potenzjalment għal karatteristiċi oħrajn ta’ strumenti riskjużi għall - kreditu, li ma huwiex kopert minn qafas prudenzjali eżistenti ieħor bħall - IRRBB jew minn riskju ta’ kreditu/riskju ta’ nuqqas ta’ kopertura mhux mistenni (jump - to - ). Is - CSRBB tkopri r - riskju li l - firxa ta’ strument tinbidel filwaqt li tassumi l - istess livell ta’ affidabbiltà kreditizja, jiġifieri kif il - firxa tal - kreditu qiegħda timxi f’ċerta medda ta’ klassifikazzjoni/PD.
Kejl tal - introjtu mill - imgħax nettKejl ta’ bidliet fil - profittabbiltà futura mistennija f’perjodu ta’ żmien partikolari li jirriżultaw minn ċaqliq fir - rata tal - imgħax, fil - każ tal - IRRBB; jew minn bidliet fil - firxa tal - kreditu, fil - każ tas - CSRBB. Dan jinkludi l - introjtu mill - imgħax u l - ispejjeż tal - imgħax.
Kejl tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suqIl - kejl tal - introjtu mill - imgħax nett, wara li jkunu tqiesu l - bidliet fil - valur tas - suq tal - istrumenti skont it - trattament kontabilistiku jew permezz ta’ kejl ta’ valur ġust jew permezz tal -nGAAP.
Kejl tal - valur ekonomiku (EV)Kejl ta’ bidliet fil - valur preżenti nett ta’ strumenti sensittivi għar - rata tal - imgħax matul iż - żmien li jifdal tagħhom, li jirriżultaw minn ċaqliq fir - rata tal - imgħax, fil - każ tal - IRRBB; jew ta’ bidliet fil - valur preżenti nett tal - istrumenti sensittivi għall - bidliet fil - firxa tal - kreditu matul il - ħajja li jifdal tagħhom li jirriżultaw mill - moviment tal - firxa tal - kreditu, fil - każ tas - CSRBB. Il - kejl tal - EV jirrifletti l - bidliet fil - valur matul iż - żmien li jifdal tal - istrumenti sensittivi għar - rata tal - imgħax, fil - każ tal - IRRBB, jew tal - istrumenti sensittivi għar - riskju tal - firxa tal - kreditu, fil - każ tas - CSRBB – jiġifieri, sakemm il - pożizzjonijiet kollha jkunu ġew paċuti.
Kejl tal - valur ekonomiku tal - ekwità (EVE)Forma speċifika ta’ kejl tal - EV fejn l - ekwità hija eskluża mill - flussi tal - flus.
Immudellar kundizzjonali tal - fluss tal - flusL- immudellar tal - fluss tal - flus skont is - suppożizzjoni li ż - żmien jew l - ammont ta’ flussi tal - flus jiddependu mix - xenarju speċifiku tar - rata tal - imgħax.
Immudellar mhux kundizzjonali tal - fluss tal - flusL- immudellar tal - fluss tal - flus skont is - suppożizzjoni li t - twaqqit u l - ammont ta’ flussi tal - flus ma jiddependux mix - xenarju speċifiku tar - rata tal - imgħax.
Karta bilanċjali “run - off”Karta bilanċjali li tinkludi entrati li jidhru u li ma jidhrux fil - karta bilanċjali fejn il - pożizzjonijiet fil - portafoll mhux tan - negozjar jiġu amortizzati u ma jiġux issostitwiti minn kwalunkwe negozju ġdid.
Karta bilanċjali dinamikaKarta bilanċjali li tinkludi entrati li jidhru u li ma jidhrux fil - karta bilanċjali li tinkorpora aspettattivi tan - negozju fil - futur, aġġustati għax - xenarju rilevanti b’mod konsistenti.
Karta bilanċjali kostantiKarta bilanċjali li tinkludi entrati li jidhru u li ma jidhrux fil - karta bilanċjali li fiha d - daqs u l - komponenti totali jinżammu billi jiġu ssostitwiti l - flussi tal - flus maturati jew ta’ pprezzar mill - ġdid bi flussi tal - flus ġodda li jkollhom karatteristiċi identiċi rigward l - ammont, il - perjodu tal - ipprezzar mill - ġdid u l - komponenti tal - firxa.
ImnutPersuna fiżika jew SME, fejn l - SME tikkwalifika għall - klassi tal - iskopertura fil - livell tal - konsumatur skont l - approċċi Standardizzati jew IRB għar - riskju ta’ kreditu, jew kumpanija li hija eliġibbli għat - trattament stabbilit fl - Artikolu 153(4) tar - Regolament (UE) Nru 575/2013 u fejn id - depożiti aggregati minn dik l - SME jew kumpanija fuq bażi ta’ grupp ma jaqbżux il - EUR 1 miljun.
Depożitu u kontijiet tranżazzjonaliId- depożiti tranżazzjonali u l - kontijiet tranżazzjonali huma dawk id - depożiti mingħajr maturità fil - livell tal - konsumatur fejn jitwettqu tranżazzjonijiet regolari (eż., fejn is - salarji jiġu kkreditati b’mod regolari) jew dawk id - depożiti mingħajr maturità fil - livell tal - konsumatur bla mgħax anke f’ambjent b’rata tal - imgħax għolja. Depożiti fil - livell tal - konsumatur oħrajn għandhom jitqiesu bħala miżmuma f’kont mhux tranżazzjonali. Il - kejl tal - Valur Ekonomiku (EV) u l - kejl tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil -
Kejl tal - IRRBBvalur tas - suq, applikati fil - kuntest tas - sensittività għall - bidliet fir - rati tal - imgħax. Il - kejl tal - Valur Ekonomiku (EV) u l - kejl tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil -
Kejl tas - CSRBBvalur tas - suq, applikati fil - kuntest tas - sensittività għall - bidliet fil - firxiet tal - kreditu/tal - likwidità tas - suq.

2 Direttiva 2013/36/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas - 26 ta’ Ġunju 2013 dwar l - aċċess għall - attività tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u s - superviżjoni prudenzjali tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad - ditti tal - investiment, li temenda d- Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id - Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE ( 1 ) - ĠU L 176, 27.6.2013.

3 Regolament (UE) Nru 575/2013 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas - 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir - rekwiżiti prudenzjali għall - istituzzjonijiet ta’ kreditu u d - ditti tal - investiment u li jemenda r -R egolament (UE) Nru 648/2012 – ĠU L 176, 27.6.2013.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/