+b) Suppożizzjonijiet ta’ ppjanar korporattiv għall - kapital proprju ta’ ekwità għall - fini tal -IRRBB
---+113. Fejn l - istituzzjonijiet jiddeċiedu li jadottaw politika maħsuba sabiex tistabbilizza l - …
---+114. Meta jkunu qegħdin jiddeċiedu s - suppożizzjonijiet tat - terminu tal - investiment għall - …
---+115. Is - suppożizzjonijiet dwar it - terminu tal - investiment li jintużaw sabiex jiġu ġestiti r - …
---+116. Fejn istituzzjoni ma tkunx issettjat suppożizzjonijiet espliċiti għat - terminu ta’ …
|
b) Suppożizzjonijiet ta’ ppjanar korporattiv għall - kapital proprju ta’ ekwità għall - fini tal -IRRBB
b) Suppożizzjonijiet ta’ ppjanar korporattiv għall - kapital proprju ta’ ekwità għall - fini tal -IRRBB
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
113. Fejn l - istituzzjonijiet jiddeċiedu li jadottaw politika maħsuba sabiex tistabbilizza l - …
|
Fejn l - istituzzjonijiet jiddeċiedu li jadottaw politika maħsuba sabiex tistabbilizza l - qligħ li jirriżulta mill - ekwità proprja tagħhom, huma għandhom: - (a) Ikollhom metodoloġija xierqa sabiex jiddeterminaw liema elementi tal - kapital ta’ ekwità għandhom jitqiesu bħala eliġibbli għal dan it - trattament;
- (b) Jiddeterminaw xi jkun profil prudenti ta’ maturità tal - investimenti għall - kapital ta’ ekwità eliġibbli li jibbilanċja l - benefiċċji tal - istabbilizzazzjoni tal - introjtu li jirriżultaw mit - teħid ta’ pożizzjonijiet ta’ redditu fiss aktar fit - tul, bi tqabbil mas - sensittività tal - valur ekonomiku addizzjonali ta’ dawk il - pożizzjonijiet taħt stress fuq ir - rati tal - imgħax, u mar - riskju ta’ prestazzjoni insuffiċjenti tal - qligħ jekk jogħlew ir - rati;
- (c) Jinkludu dokumentazzjoni xierqa dwar dawn is - suppożizzjonijiet fil - politiki u l - proċeduri tagħhom, u jinkludu proċess sabiex iżommuhom taħt rieżami;
- (d) Jifhmu l - impatt tal - profil ta’ maturità magħżul fuq l - outputs tal - kejl tar - riskju magħżula mill - istituzzjoni stess, inkluż b’kalkolu regolari tal - kejl mingħajr l - inklużjoni tal - kapital ta’ ekwità sabiex jiġu iżolati l - effetti fuq il - perspettivi tal - kejl tal - IRRBB differenti; u
- (e) Iwettqu ttestjar tal - istress sabiex jifhmu s - sensittività tal - kejliet tar - riskju għal bidliet fis - suppożizzjonijiet ewlenin għall - kapital azzjonarju, u jikkunsidraw ir - riżultati ta’ dawn it - testijiet fid - deċiżjonijiet tagħhom dwar l - allokazzjoni tal - kapital intern għall - IRRBB.
|
|
114. Meta jkunu qegħdin jiddeċiedu s - suppożizzjonijiet tat - terminu tal - investiment għall - …
|
Meta jkunu qegħdin jiddeċiedu s - suppożizzjonijiet tat - terminu tal - investiment għall - kapital azzjonarju, l - istituzzjonijiet għandhom jevitaw li jieħdu pożizzjonijiet ta’ stabbilizzazzjoni tad - dħul li jnaqqsu b’mod sinifikanti l - kapaċità tagħhom li jaġġustaw għal bidliet sinifikanti fl - ambjent ekonomiku u kummerċjali sottostanti.
|
|
115. Is - suppożizzjonijiet dwar it - terminu tal - investiment li jintużaw sabiex jiġu ġestiti r - …
|
Is - suppożizzjonijiet dwar it - terminu tal - investiment li jintużaw sabiex jiġu ġestiti r - riskji tas - sensittivitajiet tal - kejl tal - IRRBB differenti, li jirriżultaw mill - kapital ta’ ekwità, għandhom jitqiesu bħala parti miċ - ċiklu normali tal - ippjanar korporattiv, u dawn is - suppożizzjonijiet ma għandhomx jinbidlu sempliċiment sabiex jirriflettu bidla fl - aspettattivi tal - istituzzjoni dwar il - perkors tar - rati tal - imgħax fil - futur. Kwalunkwe użu ta’ portafolli ta’ derivattivi jew ta’ assi sabiex jinkiseb il - profil mixtieq tal - investiment għandu jiġi ddokumentat u rrekordjat b’mod ċar.
|
|
116. Fejn istituzzjoni ma tkunx issettjat suppożizzjonijiet espliċiti għat - terminu ta’ …
|
Fejn istituzzjoni ma tkunx issettjat suppożizzjonijiet espliċiti għat - terminu ta’ investiment tal - kapital ta’ ekwità jew tissettja suppożizzjonijiet li jkunu espliċitament fuq terminu qasir, l - istituzzjoni għandha tiżgura li s - sistemi u l - informazzjoni għall - maniġment tagħha jkunu jistgħu jidentifikaw l - implikazzjonijiet tal - approċċ magħżul tagħha għall - volatilità kemm tal - introjtu mill - imgħax kif ukoll tal - valur ekonomiku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|