+4.3 Kejl tal - IRRBB mis - sistema interna ta’ istituzzjoni
---+79. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw sistemi ta’ kejl interni (IMSs) robusti li jkopru l - …
---+80. L- istituzzjonijiet għandhom ikejlu l - iskopertura tagħhom għall - IRRBB f’termini ta’ bidliet …
---+81. Jekk il - marġnijiet kummerċjali u komponenti oħrajn tal - firxa jiġu esklużi mill - kejl tal - …
---+82. Meta jiġi kkalkolat il - kejl tal - introjtu mill - imgħax nett sabiex jiġu evalwati l - …
---+83. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu skoperturi improduttivi (bl - esklużjoni tad - …
---+84. Meta jkejlu l - iskopertura tagħhom għall - IRRBB, l - istituzzjonijiet ma għandhomx jiddependu …
---+85. L- istituzzjonijiet ma għandhomx jiddependu minn kejl uniku tar - riskju, iżda minflok għandhom …
---+86. Il - limitazzjonijiet ta’ kull għodda u mudell kwantitattiv li jintuża għandhom ikunu mifhuma …
---+87. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw u jkejlu l - komponenti kollha tal - IRRBB. Sabiex …
---+portafoll mhux tan - negozjar
---+Komponent Metodu Fokus
---+Komponent Metodu Fokus
------+88. Għall - kejl u l - monitoraġġ tal - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw mill - anqas …
------+89. Mill - anqas darba kull 3 xhur u aktar frekwentement fi żminijiet ta’ volatilità ogħla fir - …
------+90. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu wkoll jekk japplikawx approċċ kundizzjonali jew mhux …
------+91. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw l - iskoperturi f’kull munita li fiha jkollhom xi …
------+92. Meta jagħżlu xenarji ta’ xokk tar - rati tal - imgħax, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu dan …
------+93. Ir - riżultati tax - xenarji ta’ xokk għandhom jalimentaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet fil - …
------+94. L- ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jitqies fl - ICAAP, fejn l - istituzzjonijiet …
------+95. L- ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jitwettaq regolarment, mill - anqas kull sena u …
------+96. Il - qafas tal - ittestjar tal - istress tal - IRRBB għandu jinkludi objettivi ddefiniti b’mod …
------+97. F’testijiet tal - istress li jkopru intrapriżi sħaħ, għandha tiġi kkomputata l - interazzjoni …
------+98. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet tal - istress bl - invers sabiex (i) …
------+99. Għall - finijiet ta’ valutazzjoni tal - IRRBB, fl - ittestjar tal - vulnerabbiltajiet taħt …
------+100. Ir - riżultati tax - xenarji ta’ stress għandhom jalimentaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet fil - …
------+101. Għall - fini ta’ analiżi tas - sensittività f’xenarji ta’ stress, l - istituzzjonijiet …
------+102. F’każijiet fejn l - istrumenti tal - karta bilanċjali ikollhom restrizzjonijiet sinifikanti …
------+103. Meta jkejlu l - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jifhmu kompletament u jiddokumentaw …
------+104. Fil - valutazzjoni tar - riskju ta’ prodotti sensittivi għar - rata tal - imgħax li huma …
------+105. Meta jitkejjel l - IRRBB, l - obbligazzjonijiet tal - pensjoni u l - assi ta’ pjanijiet tal - …
------+106. L- istituzzjonijiet għandhom, fir - rigward tal - kejl tal - IRRBB differenti, fejn …
------+107. Billi l - kundizzjonijiet tas - suq, l - ambjenti kompetittivi u l - istrateġiji jinbidlu …
------+108. Meta jivvalutaw l - implikazzjonijiet tal - opzjonalità, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu …
------+109. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom stabbiliti politiki li jirregolaw l - issettjar u l - …
------+110. Id- depożiti mingħajr maturità minn klijenti finanzjarji ma għandhomx ikunu soġġetti għal …
------+111. Ħlief għall - iffrankar regolat imsemmi fil - paragrafu (a) tal - Artikolu 428f(2) tas - CRR …
------+112. Meta jagħmlu suppożizzjonijiet komportamentali dwar kontijiet mingħajr dati speċifiċi ta’ …
---+b) Suppożizzjonijiet ta’ ppjanar korporattiv għall - kapital proprju ta’ ekwità għall - fini tal -IRRBB
------+113. Fejn l - istituzzjonijiet jiddeċiedu li jadottaw politika maħsuba sabiex tistabbilizza l - …
------+114. Meta jkunu qegħdin jiddeċiedu s - suppożizzjonijiet tat - terminu tal - investiment għall - …
------+115. Is - suppożizzjonijiet dwar it - terminu tal - investiment li jintużaw sabiex jiġu ġestiti r - …
------+116. Fejn istituzzjoni ma tkunx issettjat suppożizzjonijiet espliċiti għat - terminu ta’ …

4.3 Kejl tal - IRRBB mis - sistema interna ta’ istituzzjoni

4.3.1 Approċċ ġenerali għall - kejl tal-IRRBB

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
79. L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw sistemi ta’ kejl interni (IMSs) robusti li jkopru l - …

L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw sistemi ta’ kejl interni (IMSs) robusti li jkopru l - komponenti u s - sorsi kollha tal - IRRBB li huma rilevanti għall - mudell kummerċjali tal - istituzzjoni.

80. L- istituzzjonijiet għandhom ikejlu l - iskopertura tagħhom għall - IRRBB f’termini ta’ bidliet …

L- istituzzjonijiet għandhom ikejlu l - iskopertura tagħhom għall - IRRBB f’termini ta’ bidliet potenzjali kemm għall - valur ekonomiku kif ukoll għall - kejl tal - introjtu mill - imgħax nett flimkien ma’ bidliet fil - valur tas - suq. L - istituzzjonijiet għandhom jużaw karatteristiċi komplementari tal - kejl tal - IRRBB sabiex jaqbdu n - natura kumplessa tal - IRRBB fuq perjodu ta’ żmien qasir u twil. B’mod partikolari, l - istituzzjonijiet għandhom ikejlu u jimmonitorjaw (i) l - impatt ġenerali ta’ suppożizzjonijiet ewlenin tal - immudellar fuq il - kejl tal - IRRBB taħt il - kejl differenti tal - IRRBB, u

  • (ii) l - IRRBB tad - derivattivi tar - rati tal - imgħax fil - portafoll bankarju tagħhom fejn ikun rilevanti għall - mudell ta’ negozju.
81. Jekk il - marġnijiet kummerċjali u komponenti oħrajn tal - firxa jiġu esklużi mill - kejl tal - …

Jekk il - marġnijiet kummerċjali u komponenti oħrajn tal - firxa jiġu esklużi mill - kejl tal - valur ekonomiku, l - istituzzjonijiet għandhom (i) jużaw metodoloġija trasparenti sabiex jidentifikaw ir - rata mingħajr riskju fil - bidu ta’ kull strument; u (ii) jużaw metodoloġija li tiġi applikata b’mod konsistenti għall - istrumenti kollha sensittivi għar - rati tal - imgħax u għall - unitajiet ta’ negozju kollha.

82. Meta jiġi kkalkolat il - kejl tal - introjtu mill - imgħax nett sabiex jiġu evalwati l - …

Meta jiġi kkalkolat il - kejl tal - introjtu mill - imgħax nett sabiex jiġu evalwati l - iskoperturi tal - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jinkludu marġini kummerċjali.

83. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu skoperturi improduttivi (bl - esklużjoni tad - …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu skoperturi improduttivi (bl - esklużjoni tad - dispożizzjonijiet) bħala strumenti sensittivi għar - rati tal - imgħax li jirriflettu l - flussi tal - flus mistennija u t - twaqqit tagħhom.

84. Meta jkejlu l - iskopertura tagħhom għall - IRRBB, l - istituzzjonijiet ma għandhomx jiddependu …

Meta jkejlu l - iskopertura tagħhom għall - IRRBB, l - istituzzjonijiet ma għandhomx jiddependu biss mill - kalkolu u l - eżiti tat - testijiet superviżorji tal - eċċezzjonijiet kif deskritti fil - paragrafu 5 tal - Artikolu 98 tad - Direttiva 2013/36/UE, u lanqas minn kwalunkwe test outlier addizzjonali żviluppat mill - awtorità kompetenti, iżda għandhom jiżviluppaw u jużaw is - suppożizzjonijiet u l - metodi ta’ kalkolu tagħhom stess. Madankollu, it - testijiet superviżorji tal - eċċezzjonijiet għandhom ikunu integrati bis - sħiħ fil - qafas intern għall - ġestjoni tal - IRRBB u għandhom jintużaw bħala għodod komplementari għall - kejl tal - iskopertura għall - IRRBB.

4.3.2 Metodi għall - kejl tal -IRRBB

85. L- istituzzjonijiet ma għandhomx jiddependu minn kejl uniku tar - riskju, iżda minflok għandhom …

L- istituzzjonijiet ma għandhomx jiddependu minn kejl uniku tar - riskju, iżda minflok għandhom jużaw il - firxa ta’ għodod u mudelli kwantitattivi li tikkorrispondi għall - iskopertura speċifika tagħhom għar - riskju. Għal dak il - għan, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu l - applikazzjoni tal - metodi elenkati fl - Anness I iżda mhux dawk biss, sabiex jiżguraw li d - diversi aspetti tar - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax jiġu rreġistrati b’mod adegwat.

86. Il - limitazzjonijiet ta’ kull għodda u mudell kwantitattiv li jintuża għandhom ikunu mifhuma …

Il - limitazzjonijiet ta’ kull għodda u mudell kwantitattiv li jintuża għandhom ikunu mifhuma bis - sħiħ mill - istituzzjoni, u dawn il - limitazzjonijiet għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil - proċess ta’ ġestjoni tar - riskju tal - IRRBB. Meta jkunu qegħdin jivvalutaw l - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom ikunu konxji mir - riskji li jistgħu jirriżultaw bħala konsegwenza tat - trattament kontabilistiku tat - tranżazzjonijiet fil - portafoll mhux tan - negozjar.

87. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw u jkejlu l - komponenti kollha tal - IRRBB. Sabiex …

L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw u jkejlu l - komponenti kollha tal - IRRBB. Sabiex jidentifikaw il - komponenti differenti tal - IRRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw mill - anqas dawk l - approċċi li jidhru fit - Tabella 1.

Tabella 1: Identifikazzjoni tas - sottokomponenti tar - riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax fil -

portafoll mhux tan - negozjar

portafoll mhux tan - negozjar

Komponent Metodu Fokus
Riskju ta’ diskrepanzaAnaliżi tad - diskrepanza Durata parzjali tar - riskju tal - kurva tar - rendiment Inventarju ta’ gruppi ta’Il - volum ta’ diskrepanzi f’faxex taż - żmien differenti. Il - varjazzjoni u l - konċentrazzjoni tad - diskrepanzi f’faxex taż - żmien differenti. Użu ta’ derivattivi u strumenti oħrajn ta’ ħħeġġjar f’termini ta’
Riskju ta’ bażistrumenti bbażati fuq rati tal - imgħax differentibażijiet differenti, konvessità u differenza fit - twaqqit injorati mill - analiżi tad - diskrepanzi.
Komponent Metodu Fokus
Riskju tal - opzjoni (opzjonijiet Inventarju kollha tal b’opzjonijiet - istrumentiOpzjonijiet komportamentali: Il - volum ta’ ipoteki, kontijiet kurrenti, tfaddil u depożiti fejn il - klijent ikollu l - possibbiltà li jiddevja mill - maturità kuntrattwali; il - volum ta’ impenji bi prelevamenti mill - konsumatur sensittivi għar - rata tal - imgħax.
awtomatiċi u komportamentali) inkorporati jew espliċitiOpzjonijiet awtomatiċi għar - rati tal - imgħax: Il - limiti superjuri u inferjuri inkorporati fl - attivi u fil - passivi; swapzjonijiet jew opzjonijiet ta’ prepagament inkorporati f’attivi u passivi bl - ingrossa; u limiti superjuri, inferjuri u swapzjonijiet espliċiti.
b) Suppożizzjonijiet ta’ ppjanar korporattiv għall - kapital proprju ta’ ekwità għall - fini tal -IRRBB

b) Suppożizzjonijiet ta’ ppjanar korporattiv għall - kapital proprju ta’ ekwità għall - fini tal -IRRBB

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/