+3. Funzjoni superviżorja tal - korp maniġerjali
---+31. Mingħajr preġudizzju għar - responsabbiltajiet assenjati skont il - liġi nazzjonali dwar il - …

3. Funzjoni superviżorja tal - korp maniġerjali

3. Funzjoni superviżorja tal - korp maniġerjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
31. Mingħajr preġudizzju għar - responsabbiltajiet assenjati skont il - liġi nazzjonali dwar il - …

Mingħajr preġudizzju għar - responsabbiltajiet assenjati skont il - liġi nazzjonali dwar il - kumpaniji applikabbli, il - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu:

  • a. jissorvelja u jimmonitorja t - teħid ta’ deċiżjonijiet u l - azzjonijiet tal - maniġment u jipprovdi sorveljanza effettiva tal - korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu, inkluż il- monitoraġġ u l -iskrutinju tal- prestazzjoni individwali u kollettiva tiegħu u l-implimentazzjoni tal - istrateġija u l - objettivi tal -emittent tal-ARTs;
  • b. jikkontesta b’mod kostruttiv u jirrieżamina b’mod kritiku l - proposti u l - informazzjoni pprovduti mill -membri tal- korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu, kif ukoll id - deċiżjonijiet tiegħu;
  • c. jiżgura u jivvaluta perjodikament l - effikaċja tal - qafas ta’ governanza tal -emittenti tal-ARTs u jieħu passi xierqa biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas identifikat;
  • d. jissorvelja u jimmonitorja li l - objettivi strateġiċi, l - istruttura organizzazzjonali u l - istrateġija tar -riskju tal- emittent, il - predispożizzjoni għar -riskju u l- qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal- emittent, kif ukoll politiki oħra (eż. politika ta’ investiment fuq ir - riżerva ta’ assi) qed jiġu implimentati b’mod konsistenti;
  • e. jimmonitorja li l-kultura tar-riskju tal-emittent tal- ARTs qed tiġi implimentata b’mod konsistenti;
  • f. jissorvelja l - implimentazzjoni, l - aġġornament u l - applikazzjoni effettiva tal - politiki u l - proċeduri għall - identifikazzjoni, il - prevenzjoni, il - ġestjoni u d - divulgazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, f’konformità mal -Artikolu 32 tar- Regolament (UE) 2023/1114;8
  • g. jissorvelja l - integrità tal - informazzjoni u tar - rapportar finanzjarju, u l - qafas ta’ kontroll intern, inkluż qafas ta’ ġestjoni tar - riskju effettiv u b’saħħtu;
  • h. jiżgura li l - kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern jistgħu jaġixxu b’mod indipendenti u, irrispettivament mir - responsabbiltà li jirrapportaw għand korpi interni, linji jew unitajiet operatorji oħrajn, jistgħu jqajmu tħassib u jwissu lill- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu direttament, fejn meħtieġ, meta żviluppi negattivi fir -riskju jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw l -emittent tal-ARTs; u
  • i. jistabbilixxi u jimmonitorja l - implimentazzjoni tal - pjan ta’ awditjar intern.

8 Ara l-RTS dwar il- kunflitt ta’ interessi skont l -Artikolu 32(5) tar - Regolament (UE) 2023/1114.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/