|
+Artikolu 325ba 1. |
Artikolu 325ba 1.Istituzzjoni li tuża mudell intern alternattiv għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha assenjati għall-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni ngħatat permess kif imsemmi fl-Artikolu 325az(2) bħala l-ogħla minn dawn li ġejjin:
(a)
it-total tal-valuri li ġejjin:
(i)
il-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni tal-ġurnata ta' qabel tal-istituzzjoni, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 325bb (ESt-1), u
(ii)
il-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress tal-ġurnata ta' qabel tal-istituzzjoni, ikkalkulata f'konformità mat-Taqsima 5 (SSt-1); jew
(b)
it-total tal-valuri li ġejjin:
(i)
il-medja tal-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni ta' kuljum ta' istituzzjoni, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 325bb għal kull waħda mis-sittin ġurnata tax-xogħol preċedenti (ESmedja), multiplikata bil-fattur ta' multiplikazzjoni (mc); u
(ii)
il-medja tal-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress ta' kuljum ta' istituzzjoni kkalkulata f'konformità mat-Taqsima 5 għal kull waħda mis-sittin ġurnata tax-xogħol preċedenti (SSmedja). Meta tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu ta' mudell intern f'konformità mal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni ma għandhiex tinkludi l-firxiet tal-kreditu tagħha stess fil-kalkolu tal-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) għal pożizzjonijiet fl-istrumenti tad-dejn proprji tal-istituzzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|