+REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/676 tat-3 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 18 minn (3) sa (6) u fl-Artikolu 18(8) ta’ dan ir-Regolament (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Definizzjonijiet
------+Artikolu 1 (1)
------+Artikolu 1 (2)
------+Artikolu 1 (3)
------+Artikolu 1 (4)
------+Artikolu 1 (5)
---+Artikolu 2 Kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każ ta’ gruppi ta’ impriżi li jkunu relatati fis-sens tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE
------+Artikolu 2 1
------+Artikolu 2 2
------+Artikolu 2 3
------+Artikolu 2 4
------+Artikolu 2 5
---+Artikolu 3 Kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każ ta’ istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji ġestiti minn impriża inkluża fil-konsolidazzjoni flimkien ma’ impriża waħda jew aktar mhux inkluża fil-konsolidazzjoni
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
---+Artikolu 4 Kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet jew rabtiet kapitali f’istituzzjonijiet jew f’istituzzjonijiet finanzjarji għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
------+Artikolu 4 3
------+Artikolu 4 4
------+Artikolu 4 5
---+Artikolu 5 Kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni f’każijiet fejn istituzzjoni teżerċita influwenza sinifikanti fuq istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew aktar, iżda mingħajr ma jkollha parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali oħrajn f’dawk l-istituzzjonijiet
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
------+Artikolu 5 4
------+Artikolu 5 5
---+Artikolu 6 Kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni f’każijiet fejn żewġ istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji jew aktar jitqiegħdu f'ġestjoni unika għajr skont kuntratt, il-klawżoli tal-memoranda tagħhom jew l-artikoli ta’ assoċjazzjoni
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
------+Artikolu 6 3
------+Artikolu 6 4
---+Artikolu 7 Kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni f’każijiet fejn sussidjarja jew impriża li fiha istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni ma tkunx istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari
------+Artikolu 7 1
------+Artikolu 7 2
------+Artikolu 7 3
---+Artikolu 8 Kundizzjonijiet għall-inklużjoni fil-kapital konsolidat tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, u tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali, ta’ strumenti li jkunu jappartjenu għal persuni għajr l-impriżi inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal-konsolidazzjoni
------+Artikolu 8 1
------+Artikolu 8 2
------+Artikolu 8 3
------+Artikolu 8 4
------+Artikolu 8 5
---+Artikolu 9 Dħul fis-seħħ
English - European Union - Financial Industry - Banking -

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/676 tat-3 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 18 minn (3) sa (6) u fl-Artikolu 18(8) ta’ dan ir-Regolament (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/676

tat-3 ta’ Diċembru 2021

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 18 minn (3) sa (6) u fl-Artikolu 18(8) ta’ dan ir-Regolament

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 18(9) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikopri każijiet ta’ konsolidazzjoni prudenzjali ta’ gruppi ta’ impriżi li jkunu relatati fis-sens tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) meta ma tkunx teżisti relazzjoni bejn kumpanija prinċipali u sussidjarja. F’dawn il-każijiet, jeħtieġ li tiġi ddeterminata l-entità li fil-livell tagħha r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiġu applikati fuq bażi konsolidata. Barra minn hekk, f’dawk il-każijiet, l-aktar metodu xieraq ta’ konsolidazzjoni prudenzjali jenħtieġ li jkun il-metodu stabbilit fl-Artikolu 22(8) u (9) tad-Direttiva 2013/34/UE (il-“metodu ta’ aggregazzjoni”) f’konformità mar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva.

(2)

F’każijiet ta’ parteċipazzjonijiet f’istituzzjonijiet jew f’istituzzjonijiet finanzjarji ġestiti minn impriża inkluża fil-konsolidazzjoni flimkien ma’ impriża waħda jew aktar mhux inkluża fil-konsolidazzjoni, fejn tkun meħtieġa konsolidazzjoni proporzjonali skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kunsens unanimu ta’ dawn l-impriżi li jikkonċerna d-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tal-istituzzjoni jew tal-istituzzjoni finanzjarja jenħtieġ li jkun meħtieġ għall-applikazzjoni tal-metodu ta’ konsolidazzjoni prudenzjali stabbilit f’din id-dispożizzjoni f’konformità mad-definizzjoni ta’ arranġament bi sħab speċifikat fl-istandards internazzjonali tal-kontabilità kif applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

Il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirreferu għar-rekwiżiti superviżorji għall-konsolidazzjoni prudenzjali fil-każ ta’ influwenza sinifikanti fuq istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew aktar iżda mingħajr parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali oħrajn, u fil-każ meta dawk l-istituzzjonijiet jew l-istituzzjonijiet finanzjarji jitqiegħdu taħt ġestjoni unika għajr skont kuntratt, memorandum jew artikoli ta’ assoċjazzjoni, rispettivament. Biex jiġi ddeterminat jekk teżistix sitwazzjoni ta’ influwenza sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu diversi indikaturi ta’ influwenza sinifikanti. Barra minn hekk, sitwazzjoni ta’ ġestjoni unika jenħtieġ li tiġi ddeterminata biss meta l-awtorità kompetenti jkollha evidenza konkreta li hemm koordinazzjoni effettiva tal-politiki finanzjarji u operattivi ta’ dawn l-istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji.

(4)

Il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (Nasel Committee on Banking Supervision, BCBS) ippubblika Linji Gwida dwar l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta’ step-in (4) li jinkludu diversi indikaturi li jenħtieġ li jintużaw mill-istituzzjonijiet fl-identifikazzjoni ta’ liema entitajiet jistgħu jwasslu għal riskju ta’ step-in. Skont il-Linji Gwida tal-BCBS, “riskju ta’ step-in” huwa r-riskju li istituzzjoni tiddeċiedi li tipprovdi appoġġ finanzjarju lil entità mhux konsolidata, jiġifieri entità mhux konsolidata kompletament jew proporzjonalment, li tkun qed tiffaċċja stress, fin-nuqqas ta’, jew f’eċċess ta’, xi obbligu kuntrattwali li tipprovdi dan l-appoġġ. Skont il-Linji Gwida tal-BCBS, meta istituzzjoni tidentifika li hemm riskju ta’ step-in sinifikanti, din jeħtieġ li tiddetermina l-miżuri xierqa bbażati fuq in-natura u l-firxa tal-appoġġ step-in antiċipat f’kull każ. Dawn il-miżuri jinkludu, fost l-oħrajn, l-inklużjoni tal-entitajiet ikkonċernati fil-kamp ta’ applikazzjoni regolatorju tal-konsolidazzjoni. F’konformità mal-Linji Gwida tal-BCBS, jenħtieġ li jitqiesu diversi indikaturi mill-istituzzjonijiet u mill-awtoritajiet kompetenti biex jiġi konkluż jekk ċerti impriżi jenħtiġux li jiġu kkonsolidati kompletament jew proporzjonalment skont l-Artikolu 18(5), il-punt (a) tal-Artikolu 18(6) jew l-Artikolu 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ikun applikabbli, filwaqt li jitqies ir-riskju ta’ step-in li dawn l-impriżi jistgħu joħolqu għal istituzzjoni. Madankollu, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jqisu wkoll miżuri alternattivi biex jindirizzaw ir-riskju ta’ step-in skont il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju u l-proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l-adegwatezza tal-kapital (internal capital adequacy assessment process, ICAAP) tagħhom. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu miżuri oħrajn biex jittrattaw ir-riskju potenzjali ppreżentat minn dawk l-impriżi taħt il-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni superviżorji (supervisory review and evaluation processes, SREP). Fil-kuntest tal-qafas tal-iskoperturi l-kbar, l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) ħarġet ukoll linji gwida dwar il-limiti fuq l-iskoperturi għall-entitajiet bankarji “paralleli” li jwettqu attivitajiet simili għall-banek barra minn qafas regolatorju (5), li jispeċifikaw il-metodoloġija li jenħtieġ li tintuża mill-istituzzjonijiet biex jistabbilixxu limiti, bħala parti mill-proċessi interni tagħhom, fuq l-iskoperturi individwali u aggregati tagħhom għal entitajiet bankarji “paralleli”.

(5)

B’mod partikolari, biex jiġi ddeterminat jekk ikunx hemm bżonn ta’ konsolidazzjoni sħiħa jew proporzjonali skont l-Artikolu 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-każ ta’ sussidjarji jew impriżi li fihom istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni meta dik is-sussidjarja jew impriża ma tkunx istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari, u meta jkun hemm riskju ta’ step-in sostanzjali u dment li l-impriża ma tkunx impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew impriża azzjonarja tal-assikurazzjoni, fost l-oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu mistennija li jiskrutinizzaw, mill-inqas, ċerti kategoriji ta’ impriżi bħal entitajiet bi skop speċjali li ma jikkwalifikawx bħala entitajiet bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), li għalihom huma applikabbli l-kundizzjonijiet għat-trasferiment ta’ riskju ta’ kreditu sinifikanti stabbiliti fl-Artikolu 244 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ukoll dawk l-impriżi li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(6)

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-qafas ta’ fondi proprji skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u biex jiġi evitat ir-rikonoxximent ta’ benefiċċji kapitali mhux dovuti, f’dawk il-każijiet meta l-konsolidazzjoni tkun meħtieġa skont l-Artikolu 18 minn (3) sa (6) jew l-Artikolu 18(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-inklużjoni fil-fondi proprji konsolidati tal-ammonti ta’ entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u tal-istrumenti kapitali tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali maħruġa mill-impriżi inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal-konsolidazzjoni u li jkunu jappartjenu għal persuni għajr dawn l-impriżi, kif ukoll il-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, jenħtieġ li jkunu bbażati wkoll fuq l-Artikoli minn 81 sa 88 ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-EBA.

(8)

L-EBA wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

Artikolu 1 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 2 Kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każ ta’ gruppi ta’ impriżi li jkunu relatati fis-sens tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE
Artikolu 3 Kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każ ta’ istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji ġestiti minn impriża inkluża fil-konsolidazzjoni flimkien ma’ impriża waħda jew aktar mhux inkluża fil-konsolidazzjoni
Artikolu 4 Kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet jew rabtiet kapitali f’istituzzjonijiet jew f’istituzzjonijiet finanzjarji għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 18(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Artikolu 5 Kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni f’każijiet fejn istituzzjoni teżerċita influwenza sinifikanti fuq istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew aktar, iżda mingħajr ma jkollha parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali oħrajn f’dawk l-istituzzjonijiet
Artikolu 6 Kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni f’każijiet fejn żewġ istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji jew aktar jitqiegħdu f'ġestjoni unika għajr skont kuntratt, il-klawżoli tal-memoranda tagħhom jew l-artikoli ta’ assoċjazzjoni
Artikolu 7 Kundizzjonijiet li f’konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni f’każijiet fejn sussidjarja jew impriża li fiha istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni ma tkunx istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari
Artikolu 8 Kundizzjonijiet għall-inklużjoni fil-kapital konsolidat tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, u tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali, ta’ strumenti li jkunu jappartjenu għal persuni għajr l-impriżi inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali tal-konsolidazzjoni
Artikolu 9 Dħul fis-seħħ

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(4)  Il-Linji Gwida tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja dwar l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju ta’ step-in, Basel, Ottubru 2017.

(5)  Il-Linji Gwida tal-EBA dwar il-limiti fuq l-iskoperturi għall-entitajiet bankarji “paralleli” li jwettqu attivitajiet bankarji barra minn qafas regolat skont l-Artikolu 395(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, 3 ta’ Ġunju 2016, EBA/GL/2015/20.

(6)  Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2012 tal-11 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 10 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 11, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 12, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 (2011) u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 28 (2011) (ĠU L 360, 29.12.2012, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0676
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.