+Artikolu 35 1

Artikolu 35 1

1.   Meta jivvalutaw jekk l-istandards tad-data ta’ istituzzjoni jissodisfawx l-istandards minimi għall-mudell intern tal-kejl tar-riskji sabiex jitqiesu raġonevolment akkurati fil-kejl tar-riskji kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:

(a)

l-istituzzjoni tiddokumentax, bħala parti mill-politiki interni tagħha, kwalunkwe metodoloġija użata sabiex timla s-serje kronoloġika bil-punti tad-data niqsin, u jekk tali dokumentazzjoni fihiex analiżi soda li turi li dawk il-metodoloġiji ma jaffettwawx il-volatilitajiet u l-korrelazzjonijiet tal-fatturi tar-riskju;

(b)

l-istituzzjoni tkunx stabbiliet kriterji oġġettivi li jistabbilixxu liema metodoloġija tintuża sabiex timla s-serje kronoloġika, meta jkun hemm disponibbli aktar minn metodoloġija waħda, u tkunx iddokumentat dawk il-kriterji fil-politiki interni tagħha;

(c)

l-istituzzjoni tkunx stabbiliet, bħala parti mill-politiki interni tagħha, il-proċess li għandu jiġi segwit kull meta jinbidlu l-valuri f’serje kronoloġika, u jekk dan il-proċess jinkludix id-dokumentazzjoni tal-bidliet imwettqin;

(d)

l-istituzzjoni ma twettaqx iffiltrar tad-data, inklużi l-limiti minimi, il-limiti massimi u l-esklużjonijiet ta’ outliers, sakemm l-istituzzjoni ma tkunx tista’ turi li l-punt tad-data eskluż ikun relatat ma’ data żbaljata jew invalida, u l-istituzzjoni tiddokumenta tali esklużjoni;

(e)

l-istituzzjoni twettaqx kontrolli perjodiċi tal-kwalità fuq is-serje kronoloġika użata għall-komputazzjoni tal-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni, u tiddokumentax dawk il-kontrolli u jiġux iddokumentati r-riżultati korrispondenti;

(f)

l-istituzzjoni tanalizzax, bħala parti mill-kontrolli msemmijin fil-punt (e), l-effett li d-data nieqsa jew sostitwita u l-metodoloġija użata sabiex tinkiseb is-serje kronoloġika ikollhom fuq il-volatilitajiet u fuq il-korrelazzjonijiet tal-fatturi tar-riskju;

(g)

il-kwalità tad-data tas-serje kronoloġika użata mill-istituzzjoni tkunx xierqa.

Għall-finijiet tal-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni timmonitorjax, bħala parti mill-kontrolli msemmija f’dak il-punt, għal kull serje kronoloġika:

(a)

in-numru ta’ jiem li għalihom il-punti tad-data inizjalment kienu neqsin u mbagħad imtlew bl-użu ta’ metodoloġija partikolari;

(b)

in-numru ta’ jiem li għalihom il-punti tad-data kienu inizjalment disponibbli u ġew issostitwiti bl-użu ta’ metodoloġija partikolari;

(c)

in-numru ta’ jiem mingħajr tibdil ta’ kuljum;

(d)

in-numru massimu ta’ jiem konsekuttivi mingħajr tibdil ta’ kuljum.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.