+Artikolu 44 2
|
Artikolu 44 2
2. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-kalkolu tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
meta l-istituzzjoni tuża l-metodu dirett imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 fir-rigward ta’ fatturi tar-riskju mhux mudellabbli:
|
(i)
|
jivverifikaw jekk il-proċessi tal-istituzzjoni jsegwux il-kriterji msemmija fl-Artikolu 1, il-punt (a)(i), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 kif stabbilit fil-politiki interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(ii)
|
jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tiddokumentax u tiġġustifikax il-bidliet fl-approċċ użat għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress, kif meħtieġ mill-Artikolu 1, il-punt (a)(ii), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;
|
|
(iii)
|
jivverifikaw jekk hemmx xi differenza materjali bejn il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress li tirriżulta, minn naħa waħda, mill-metodu dirett u, min-naħa l-oħra, il-metodu gradwali, għall-perjodu ta’ 20 jum ta’ negozju msemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a)(iii) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, u jinvestigaw ir-raġunijiet għal kwalunkwe differenza materjali;
|
|
|
(b)
|
meta l-istituzzjoni tuża l-metodu dirett imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 fir-rigward ta’ buckets standardizzati mhux mudellabbli:
|
(i)
|
jivverifikaw jekk il-proċessi tal-istituzzjoni jsegwux il-kriterji msemmijin fl-Artikolu 4, il-punt (a)(i), ta’ dak ir-Regolament Delegat, kif stabbilit fil-politiki interni msemmijin fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(ii)
|
jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tiddokumentax u tiġġustifikax il-bidliet fl-approċċ użat għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress, kif meħtieġ mill-Artikolu 4, il-punt (a)(ii), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;
|
|
(iii)
|
jivverifikaw jekk hemmx xi differenza materjali bejn il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress li jirriżulta, minn naħa waħda, mill-metodu dirett u, min-naħa l-oħra, il-metodu gradwali, għall-perjodu ta’ 20 jum ta’ negozju msemmi fl-Artikolu 4, il-punt (a)(iii), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, u jinvestigaw ir-raġunijiet għal kwalunkwe differenza materjali;
|
|
|
(c)
|
fir-rigward tad-determinazzjoni tas-serje kronoloġiċi ta’ ritorni ta’ 10 ijiem ta’ negozju imsemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:
|
(i)
|
jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tinkludix aktar minn osservazzjoni waħda għal kull jum ta’ negozju fis-serje kronoloġika użata sabiex tiġġenera kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress, u jivverifikaw jekk is-serje kronoloġika tinkludix data tas-suq attwali biss, kif meħtieġ mill-Artikolu 7(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;
|
|
(ii)
|
jivverifikaw jekk il-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (d) sabiex jiġu identifikati l-jiem ta’ negozju u dawk mhux ta’ negozju jintużawx fil-kalkolu tar-ritorni ta’ 10 ijiem ta’ xogħol imsemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 u fl-estensjoni tal-perjodu ta’ stress sa 20 jum ta’ xogħol kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (b) ta’ dak ir-Regolament, u jivverifikaw jekk il-passi sabiex jinkisbu r-ritorni ta’ 10 ijiem ta’ xogħol, inkluża d-determinazzjoni ta’ D
t' kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament Delegat, jitwettqux b’mod korrett;
|
|
(iii)
|
jivverifikaw jekk is-serje kronoloġika tal-fatturi tar-riskju mhux mudellabbli li l-istituzzjoni preċedentement ivvalutat bħala mudell f’konformità mal-Artikolu 325be tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tinkludix l-osservazzjonijiet li l-istituzzjoni użat għall-kalibrazzjoni tax-xenarji ta’ xokkijiet futuri msemmijin fl-Artikolu 325bc ta’ dak ir-Regolament, kif meħtieġ mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;
|
|
|
(d)
|
fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-metodu ta’ riżerva msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:
|
(i)
|
jivverifikaw jekk l-istituzzjonijiet jistgħux jiġġustifikaw id-disponibbiltà skarsa tad-data għall-fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew għall-buckets standardizzati mhux mudellabbli li għalihom l-istituzzjoni tuża l-metodu ta’ riżerva;
|
|
(ii)
|
jivverifikaw jekk hemmx identifikazzjoni xierqa tal-fatturi tar-riskju li għalihom għandu jintuża l-approċċ imsemmi fl-Artikolu 10(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;
|
|
(iii)
|
jivverifikaw jekk, meta tapplika l-metodu msemmi fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, l-approċċ użat mill-istituzzjoni sabiex tagħżel fattur tar-riskju li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu jwassalx għad-determinazzjoni ta’ xokkijiet ’il fuq u ’l isfel li huma xierqa għall-fattur tar-riskju li għalih jiġi applikat l-approċċ ta’ riżerva;
|
|
|
(e)
|
jirrikjedu li l-istituzzjoni tidentifika fatturi tar-riskju mhux mudellabbli jew buckets standardizzati mhux mudellabbli li għalihom il-valur tal-koeffiċjent tat-tendenzi mhux lineari msemmi fl-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 huwa ugwali għal κ
min
jew κ
max
, kif imsemmi f’dawk l-Artikoli, u jivverifikaw jekk ix-xenarju estrem ta’ xokk futur ikunx xieraq jew jekk, f’konformità mal-Artikolu 325bk(3), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni għandhiex tkun meħtieġa tapplika xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;
|
|
(f)
|
fir-rigward tad-determinazzjoni tal-perjodu ta’ stress kif meħtieġ mill-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:
|
(i)
|
meta l-istituzzjoni tiddetermina l-perjodu ta’ stress billi timmassimizza l-valur imsemmi fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 u billi tuża metodi ta’ pprezzar ibbażati fuq is-sensittività f’konformità mal-Artikolu 13(4) ta’ dak ir-Regolament Delegat, jivverifikaw ir-robustezza tal-analiżi mwettqa mill-istituzzjoni sabiex turi li t-tibdil fil-prezzijiet li ma jkunx kopert mill-metodi tal-ipprezzar ibbażati fuq is-sensittività ma jimmodifikax il-perjodu ta’ stress;
|
|
(ii)
|
meta l-istituzzjoni tiddetermina l-perjodu ta’ stress għall-fatturi tar-riskju mhux mudellabbli f’kategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju billi tidentifika l-perjodu ta’ osservazzjoni ta’ 12-il xahar li jimmassimizza l-kejl tan-nuqqas parzjali mistenni PES
RS, i
f’konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, jivverifikaw ir-robustezza tal-analiżi mwettqa mill-istituzzjoni sabiex turi li l-perjodu ta’ stress identifikat ikun perjodu ta’ stress finanzjarju għall-fatturi tar-riskju mhux mudellabbli tagħha;
|
|
(iii)
|
jivverifikaw jekk il-perjodi rotanti ta’ 12-il xahar ittestjati sabiex jiġi ddeterminat il-perjodu ta’ stress jibdewx tal-anqas mill-1 ta’ Jannar 2007 kif imsemmi fl-Artikolu 12(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397, u jivverifikaw jekk l-aġġornamenti tal-passat fil-perjodu ta’ stress segwewx il-frekwenza u l-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (g);
|
|
|
(g)
|
fir-rigward tal-komputazzjoni tat-telf b’metodi ta’ pprezzar ibbażati fuq is-sensittività skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:
|
(i)
|
jivvalutaw ir-robustezza tal-proċessi u tal-metodi għall-identifikazzjoni tal-fallimenti fl-ipprezzar, filwaqt li jidentifikaw l-istrumenti finanzjarji u l-komoditajiet li għalihom seħħ falliment fl-ipprezzar, jidentifikaw il-kawżi tan-falliment fl-ipprezzar, u jiddeterminaw is-sensittivitajiet materjali tiegħu;
|
|
(ii)
|
jivverifikaw jekk, wara l-applikazzjoni tax-xenarju estrem ta’ xokk futur għal fattur tar-riskju mhux mudellabbli, l-użu ta’ metodi ta’ pprezzar ibbażati fuq is-sensittività jiġi applikat biss għal strumenti finanzjarji u għal komoditajiet li jġarrbu dak il-fattur tar-riskju u soġġetti għall-fallimenti fl-ipprezzar f’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397;
|
|
|
(h)
|
fir-rigward tad-determinazzjoni tax-xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397:
|
(i)
|
jivverifikaw l-adegwatezza tal-metodu li l-istituzzjoni tuża sabiex tiddetermina jekk it-telf massimu li jista’ jseħħ minħabba tibdil f’fattur tar-riskju mhux mudellabbli jew tibdil f’bucket standardizzat mhux mudellabbli huwiex finit jew le;
|
|
(ii)
|
meta t-telf massimu li jikkorrispondi għal fattur tar-riskju mhux mudellabbli jew għal bucket mhux mudellabbli jkun finit, jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tiddentifikax tali telf massimu b’mod akkurat;
|
|
(iii)
|
meta t-telf massimu li jista’ jseħħ minħabba tibdil f’fattur tar-riskju mhux mudellabbli jew tibdil f’bucket standardizzat mhux mudellabbli ma tkunx finita, jivverifikaw jekk is-suppożizzjonijiet distributtivi u statistiċi użati fl-approċċ ibbażat fuq l-esperti msemmi fl-Artikolu 14(2), il-punt (a), u fl-Artikolu 14(4), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397 humiex ibbażati fuq data oġġettiva u fuq testijiet robusti, u li x-xenarju estrem ta’ xokk futur ikun konservattiv biżżejjed;
|
|
(iv)
|
jivverifikaw jekk:
|
(1)
|
l-informazzjoni inkluża fl-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), tkunx konsistenti mal-kriterji msemmijin fil-punt (e) ta’ dak il-paragrafu;
|
|
(2)
|
il-kriterji speċifikati fl-inventarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), sabiex jiġu identifikati dawk il-fatturi tar-riskju li għalihom il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress jinkiseb billi jiġi ddeterminat xenarju regolatorju estrem ta’ xokk futur ikunu tajbin;
|
|
|
(v)
|
jivverifikaw ir-robustezza tal-metodoloġija u tat-testijiet statistiċi li l-istituzzjoni tuża sabiex tidentifika fatturi tar-riskju li jirriflettu riskju idjosinkratiku biss f’konformità mal-Artikolu 16(3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397.
|
|
Għall-finijiet tal-punt (a)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta tkunx taqbel mal-kriterji msemmijin fil-punt (a)(i) u jekk it-tibdil relatat ma jkunx xprunat mill-fatt li metodu wieħed iwassal għal kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress aktar baxx mill-ieħor.
Għall-finijiet tal-punt (b)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta tkunx taqbel mal-kriterji msemmijin fil-punt (b)(i) u ma tkunx xprunata mill-fatt li metodu wieħed iwassal għal kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress aktar baxx mill-ieħor.
Għall-finijiet tal-punt (g)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-istituzzjoni tikkalkola t-telf relatat ma’ strumenti finanzjarji u ma’ komoditajiet oħrajn li jkollhom dak il-fattur tar-riskju iżda mhux soġġetti għal falliment fl-ipprezzar bil-metodi tal-ipprezzar użati fil-mudell tal-kejl tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/397.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|