1. Meta jivvalutaw il-metodoloġija użata minn istituzzjoni sabiex tiddetermina l-korrelazzjoni tal-inadempjenza bejn emittenti differenti kif meħtieġ mill-Artikolu 325bn(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
jivverifikaw jekk jintużawx biss l-ekwità u l-firxiet ta’ kreditu elenkati bħala inputs tad-data għad-determinazzjoni tal-korrelazzjoni bejn emittenti differenti;
|
|
(b)
|
meta l-istituzzjoni tuża l-ambitu għall-mudell tal-korrelazzjonijiet ta’ inadempjenza, jivvalutaw il-validazzjoni interna tas-suppożizzjonijiet tal-kopula mwettqa mill-istituzzjoni u jivverifikaw jekk hemmx kompatibbiltà bejn id-data storika użata għall-kalibrar tal-korrelazzjonijiet u l-emittenti inklużi fil-portafoll tal-istituzzjoni;
|
|
(c)
|
jidentifikaw jekk il-korrelazzjoni fost l-emittenti hijiex ibbażata fuq ritorni assoluti jew relattivi, u jivvalutaw jekk ir-raġunament wara l-għażla tat-tip ta’ ritorn huwiex:
|
(ii)
|
konsistenti mal-għażliet magħmulin mill-istituzzjonijiet fir-rigward ta’ aspetti oħrajn tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji;
|
|
|
(d)
|
jivvalutaw jekk il-metodu li l-istituzzjoni tuża sabiex tikseb korrelazzjoni fuq il-perjodu ta’ żmien applikabbli mir-ritorni kkalkolati fuq perjodu ta’ żmien iqsar huwiex tajjeb;
|
|
(e)
|
jivvalutaw kif l-istituzzjoni tiddetermina l-perjodu ta’ kalibrar imsemmi fl-Artikolu 325bn(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
Għall-finijiet tal-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta xieraq, jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi data użata sabiex timmudella l-korrelazzjoni bejn kampjun ta’ emittenti magħżul mill-awtoritajiet kompetenti, u jivverifikaw jekk dik id-data tkunx relatata biss ma’ ekwitajiet u ma’ firxiet ta’ kreditu elenkati.
Għall-finijiet tal-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk, meta l-istituzzjoni tapplika d-deroga msemmija fl-Artikolu 325bn(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tintużax korrelazzjoni ta’ 60 jum ta’ negozju biss bejn pożizzjonijiet ta’ ekwità li għalihom tintuża dik id-deroga, u li l-korrelazzjoni titkejjel mill-bqija fuq perjodu ta’ żmien ta’ sena.
Għall-finijiet tal-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-approċċ li tuża l-istituzzjoni sabiex tagħżel il-perjodu, inkluż it-tul tiegħu, huwiex:
|
(b)
|
iddokumentat fil-politiki interni tal-istituzzjoni;
|
|
(c)
|
irrieżaminat sabiex jitqies kwalunkwe tibdil fil-perjodu ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bc(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|